27.12.2014 Views

FLIMKIEN - Ghajnsielem.com

FLIMKIEN - Ghajnsielem.com

FLIMKIEN - Ghajnsielem.com

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

mill-Maħżen

Storja ritratti

Reġgħet waslet festa oħra u din

is-sena niċċelebrawha b’mod aktar

speċjali peress li se taħbat fil-ġurnata

tal-festa liturġika ta’ Sant’Antnin,

nhar it-13 ta’ Ġunju, 2010. Għallmaħżen

ta’ l-armar, din is-sena ma

kienetx waħda faċli. Iltqajna ma

diversi sfidi iżda bl-għajnuna t’Alla,

u bil-koperazzjoni ta’ persuni li

għandhom għal qalbhom il-festa,

irnexxilna naslu fejn qegħdin illum.

Għal darba oħra, l-għaqda ħadet

sehem fil-proġett ta’ Bethlehem

f’Għajnsielem fejn bil-ħidma ta’ diversi persuni setgħu jinġabru fondi biex inkunu

nistgħu nlaħħqu ma’ l-ispejjeż li ġġib magħha l-festa, f’dak li għandu x’jaqsam

ma’ xogħol u armar. Grazzi lil dawk kollha li taw sehemhom u b’mod partikolari

nirringrazzjaw lil L&R Car Hire ta’ l-għajnuna siewja tagħhom. Kienet esperjenza

li, għalkemm iltqajna ma diversi ostakli, uriet biċ-ċar li meta naħdmu flimkien u bissehem

ta’ kulħadd jirnexxilna nkomplu għaddejjin biex nilħqu l-għan tagħna; dik li

Sant’Antnin jgħaddi minn toroq imżejna kif jixraq.

Riżultat tas-suċċess tal-ħidma tagħna f’Bethlehem f’Għajnsielem, se naraw

l-ewwel fażi mill-iskultura għall-pedistall ta’ Sant’Antnin, b’disinn tas-Sur James

Azzopardi, żewġ pedistalli ġodda li jintramaw ħdejn il-pedistall ta’ Sant’Antnin

b’gastri ġodda u ġilji restawrati, diversi liedna ġodda għal Triq Sant’Antnin u restawr

tas-sitt trofej ta’ Triq il-Ħamri. Grazzi kbira lis-Sur Vince Farrugia ta’ l-irħamar tattrofej

u ż-żewġ pedistalli ġodda, kif ukoll nirringrazzjaw lis-Sur Vince Caruana taddisinn

u dekorazzjoni ta’ l-armi tat-trofej.

Ma ninsewx ukoll lil dawk il-persuni li b’xi mod jew ieħor taw l-għajnuna

tagħhom fosthom f’xogħol ta’ ħjata, għajnuna fil-preparazzjonijiet kemm fil-knisja

kif ukoll barra, finanzjarjament, bit-talb u anke b’kelma ta’ kuraġġ. Nirringrazzjaw

ukoll lil Għaqda ta’ l-Armar t’Għajnsielem ta’ l-għajnuna li dejjem sibna minn

għandha.

Din is-sena sibna wkoll għajnuna mill-adoloxxenti li jiffrekwentaw iċ-Ċentru

tagħna li wrew interess fix-xogħol li jkun għaddej il-maħżen u taw is-sehem

tagħhom. Nittamaw li dan jawgura futur sabiħ għall-maħżen!

Ngħalqu billi nitolbu lil Alla permezz ta’ Sant’Antnin biex iżomm idejh fuqna u

jtina festa kif tixtieq qalbu.

Viva Sant’Antnin!

Għaqda ta’ l-Armar 13 ta’ Ġunju

Festa Sant’Antnin 2009:

Jum l-Abbatini u tfal

Festa Sant’Antnin 2009:

Jibda l-grupp ġdid tal-Kitarri

25 ta’ April 2010:

Tajna bidu għall-ewwel

quddiesa għaż-żgħażagħ

Festa Sant’Antnin 2009:

It-Triq armata

29 ta’ Ottubru 2009:

Il-Ministru Ġeneral ta’ l-Ordni

Franġiskan fostna

1 ta’ Mejju 2010:

Tberik tas-Salib il-Ġdid

għall-Knisja

Festa Sant’Antnin 2009:

Skeda Speċjali ta’ Radju

Lauretana għal-Festa

19 ta’ Diċembru 2009:

Fra. Stephen Magro

ordnat Djaknu

20 ta’ Mejju 2010:

Jitlesta x-xogħol ta’ restawr

fuq il-kwadru tal-Kunċizzjoni

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!