12.07.2015 Views

“IL-FESTA TA' LAPSI” - lc.gov.mt

“IL-FESTA TA' LAPSI” - lc.gov.mt

“IL-FESTA TA' LAPSI” - lc.gov.mt

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Apparti hekk ser ikun hemm armati wkoll karettuni dekorati li juru snajja ta’ l-imgħoddi bħalma huma tal-ħalib, tal-pitrolju, eċċ. Il-lokalita ser tkun imżejnadaqs li kieku għall-festa bi bnadar u bandalori u tiżjin ieħor. Minbarra hekk tulix-xatt ser issir fjakkolata li żgur ser tkompli żżid ma’ l-atmosfera.Ser ikun hemm ukoll “area tat-tfal” kompluta b’kull tip ta’ loghob bħalma huma“ferrovija”, “arts & crafts”, “bouncing castles”, eċċ. li ser tkun animata minnanimaturi professjonali. It-tfal ser ikunu wkoll imħeġġa li jipprattikaw il-logħobtradizzjonali Malti flimkien ma’ l-istess animaturi bħalma huma “il-Passju”, “Bumbum il-bieb”, eċċ.Fl-inħawi kollha tal-bajja ser ikun hemm mużiċisti bi strumenti tradizzjonali Maltinbhalma huma ż-żaqq, iż-żavżava u l-mandolina u anke kantanti b’ilbiesfolkloristiku li jitħalltu mall-pubbliku. L-istess pubbliku, ser ikun jista’ bla ħlas ta’xejn idur dawra ma’ l-akkwati bil-karrozzini tradizzjonali.L-attivitajiet kollha ser jibdew għall-ħabta tas-6.30 p.m b’marċi diversi mill-gruppTama Tnabar kif ukoll mill-Baned ta’ San Giljan – il-Banda San Giljan u l-BandaSpinola, li ser jagħmlu wkoll diversi programmi mużikali f’inhawi differenti.“RE-ENACTMENT” - STORIKU B’90 ATTURL-akbar spettaklu kkulurit ser ikun bla dubju ir-“re-anactment” storiku bis-sehe<strong>mt</strong>a’ madwar 90 attur b’ilbies ta’ l-epoka li ser jittella’ mill-Awtorita tat-Turiżmu.F’dan ir-“re-anactment” ħa jieħdu sehem diversi atturi u ser ikun animat ankeb’użu ta’ diversi żwiemel, sparar ta’ xkubetti u anke salut mill-kanuni.Ir-re-enactment ser ifakkar fiż-żjara li kien jagħmel ta’ kull sena l-Granmastrugħal dil-Festa folkloristika ta’ Lapsi f’San ġiljan. Ir-“re-anactment” jibda mill-Pjazza tal-Balluta fis-7.30 p.m. fejn stakkament sħiħ ta’ suldati jimmarċjaw lejn il-Bajja Spinola.Hemmhekk l-istess stakkament jilqa’ l-wasla tal-Granmastru li ser jasal permezzta’ dgħajsa fil-bajja. Wara li l-Granmastru jigi milqugħ b’diskorsi uffiċjali, l-istessGranmastru jassisti għal żfin folkloristiku Malti u jingħaqad mall-pubbliku għal dinil-Festa.Minn hawn, il-Granmastru jitwassal ċerimonjalment sal-Palazz tiegħu – il-PalazzSpinola. Dan ir-“re-anactment” ser ikollu kummentajru ta’ Charles Abela Mizzi.Waqt din is-serata ser jagħtu s-sehem tagħhom il-gruppi folkloristiċi GħawdxinTal-Fuklar Folk Group u Mnarja Folk Group. Apparti hekk, ser ikun hemm ukoll


id-duo Benny & Tonia. Dawn ser ikunu f’postijiet diversi. It-tejatru tat-triq minnanimaturi u anke falkuniera ser ikun wieħed kontinwu u ta’ attrazzjoni partikolari.“Il-Festa ta’ Lapsi” tigi fi tmiemha bi spettaklu kbir fuq il-palk prinċipali li ser ikunarmat fil-bajja. Dan ser ikun kunċert ta’ l-aqwa kanzunetti Maltin bhalma huma‘L-Aħħar bidwi f’Wied il-Għasel”, “Il-Bajja tal-Mellieħa”, “Blue Riviera”, u oħrajn.Dawn ser ikunu esegwiti mill-istess grupp li oriġinahom – il-grupp leġġendarjuMalti New Cuori Fin-nuqqas tal-kantant ta’ l-istess grupp, il-mibki SammyBartolo, ser jieħdu postu l-istess uliedu kif ukoll il-kantanti Gorgina, LudvigGalea, Olivia Lewis u J Anvil.L-attivitajiet kollha relatati mal-Festa ta’ Lapsi huma bla ħlas u dawn l-attivitajietjiġu fi tmiemhom għal-ħabta tan-12.30 a.m.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!