13.07.2015 Views

Strateġija għall-Industrija ta' Malta: 2007 - 2010 - doi photography ...

Strateġija għall-Industrija ta' Malta: 2007 - 2010 - doi photography ...

Strateġija għall-Industrija ta' Malta: 2007 - 2010 - doi photography ...

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Direzzjoni Strateġika għall-IndustrijaKapitlu 0505.1 Il-Viżjoni u l-Prinċipji li Fuqhom Hija MsejsaĦarsa lejn il-pajjiżi li sejrin tajjeb turi illi parti mis-suċċess tagħhom huwa mibni fuq Viżjoni li kisbetappoġġ politiku, u li tippermetti lill-industrija biex timmobilizza r-riżorsi u l-investiment waqt li tkunmoħħha mistrieħ illi bidliet fl-amministrazzjoni mhux ser jippreġudikaw l-istabbiltà.L-għan ta’ l-IS hu li tipproponi viżjoni li tħares ’il quddiem, tiffaċilita ftehim komuni, waqt li tiżgura illi l-atturi kollha fis-soċjetà joħorġu rebbieħa. F’dan ir-rigward, l-IS tistabbilixxi din il-viżjoni:“Ngħinu lill-Industrija tikseb valur miżjud ta’ kwalità għolja u tkabbir talproduttivitàbiex jitkattru l-prosperità u l-ġid.”Din il-Viżjoni tagħraf illi settur privat b’saħħtu joħloq prosperità u ġid għas-soċjetà kollha. Huwagħalhekk fl-interess tal-partijiet interessati kollha illi l-bażi industrijali ta’ Malta tespandi kemm jista’jkun. Ta’ importanza wkoll huwa l-fatt illi l-Viżjoni tistabbilixxi l-mira tad-direzzjoni strateġika propostafl-IS. It-tkabbir għandu jkun strateġiku u ffukat : il-viżjoni tpoġġi enfasi ċara fuq il-kisba kontinwa ta’kwalità dejjem aktar għolja u żieda fil-valur miżjud fl-elementi kollha ta’ l-industrija, kemm fl-ekonomija‘tradizzjonali’ kif ukoll f’dik ‘ġdida’.Il-Viżjoni hija msejsa fuq dawn il-prinċipji strateġiċi:(i)Trawwim ta’ l-Ispirtu IntraprenditorjaliIl-Gvern u l-industrija, flimkien ma’ l-istituzzjonijiet u l-entitajiet li jipprovdu l-għarfien kif ukoll ma’ l-imsieħba soċjali, għandhom jaħdmu id f’id biex irawwmu spirtu intraprenditorjali f’Malta sabiex titla’ġenerazzjoni ġdida ta’ intraprendituri.(ii)Tisħiħ tal-Vantaġġ Komparattiv tal-Kapital Uman ta’ MaltaIl-Gvern, l-industrija, l-intrapriżi, l-imsieħba soċjali u l-istituzzjonijiet ta’ l-għarfien għandhom jaħdmuflimkien biex jiżguraw illi l-ħaddiema jingħataw mentalità tajba lejn ix-xogħol u jkollhom il-ħilietmeħtieġa sabiex Malta tkun tista’ żżomm il-vantaġġ kompetittiv tagħha fir-rigward tal-kapital umantagħha. L-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni għolja għandhom jistabbilixxu rabta ma’ l-industrija sabiexikunu jistgħu jipprovdu ħaddiema bil-kapaċitajiet meħtieġa, fil-ħin it-tajjeb, u skond il-kwalità meħtieġa.Għandha tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema biex jimtlew postijiet battala ta’ riċerkaturi u xogħol ta’kapaċità avvanzata sakemm tinbena l-bażi ta’ kapital uman meħtieġa f’Malta.(iii)Kisba ta’ Valur Miżjud ta’ Kwalità Għolja u Tkabbir tal-Produttività ta’ l-IndustrijaGħalkemm għandna nfittxu tkabbir futur f’oqsma partikolari ta’ l-industrija, dan ma jfissirx illi l-industrijieżistenti għandhom jiġu injorati. Għal dak li jirrigwarda l-industrija eżistenti, għandhom isiru sforzi biexdawn jingħataw għajnuna sabiex jiksbu valur miżjud ta’ kwalità għolja u tkabbir tal-produttività. L-istess għandu japplika, madanakollu, għal investiment ġdid fl-ekonomija ‘tradizzjonali’ u ‘ġdida’.(iv)Niżguraw Aktar Aggressjoni fil-Penetrazzjoni u l-Espansjoni fi Swieq BarraninL-industrija lokali, kemm eżistenti jew ġdida, fl-ekonomija ‘tradizzjonali’ jew ‘ġdida’ għandha taspira litippenetra fi swieq barranin u li tespandi din il-penetrazzjoni. L-industrija għandha tħaddan b’modaktar attiv il-mudelli ta’ negozju tal-kummerċ elettroniku, sabiex tisfrutta l-Internet bħala mezz ta’marketing u bejgħ, u biex tippromwovi l-għarfien u l-prodotti tagħha. Għandhom ikomplu jiġu ffaċilitatil-ġbir ta’ intelliġenza dwar in-negozju u l-promozzjoni fi swieq barranin, kemm fuq livell nazzjonali kifukoll mill-ME.Strateġija għall-Industrija ta’ Malta : 2007-2010Paġna 31

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!