14.12.2012 Views

MT - Europa

MT - Europa

MT - Europa

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

MT

A. L-irwol tas-segretarjat

KIF JAĦDEM IL-KUMITAT FEMM

Li jassisti lill-President tal-kumitat bl-organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-kumitat, u li jassissti lirrapporteurs/rapporteurs

għal opinjoni f'kull aspett tal-preparazzjoni, l-abbozzar, l-adozzjoni u ssegwitu

tar-rapporti jew opinjonijiet li għalihom huma responsabbli, kif ukoll sabiex jagħti

konsulenza dwar l-applikazzjoni tal-artikoli relevanti tar-regoli ta' proċedura tal-Parlament

Ewropew.

Amministraturi individwali huma magħżula sabiex jaħdmu mar-rapporteurs/rapporteurs għal

opinjoni skont l-oqsma speċjali ta' interess tagħhom u l-esperjenza/kompetenza ta' qabel.

Flimkien mar-rapporteurs/rapporteurs għal opinjoni jgħinu fil-preparament tal-kalendarju għarrapport/opinjoni

mid-data ta' riferiment u l-għażla tar-rapporteur, sad-diskussjoni inizjali filkumitat,

u wara tgħaddi għall-adozzjoni fil-kumitat u l-Plenarja (jew għall-adozzjoni mill-kumitat

prinċipali f'każ ta' opinjonijiet għal kumitati oħra). Dawn jagħmlu l-abbozz tar-rapport/opinjoni

f'forma korretta, jibagħtuha għat-traduzzjoni u jirrispondu għall-mistoqsijiet, kummenti u

korrezzjonijiet proposti mill-Unità għall-Kwalità Leġiżlattiva. Flimkien mal-assistenti tal-kumitat,

jivverifikaw ukoll id-disponibilità tat-testi bil-lingwi varji għal dak li jikkonċerna l-laqgħat

sussegwenti tal-kumitat.

L-Amministraturi jgħinu wkoll fiż-żamma tal-kuntatti ma' Istituzzjonijiet oħra (il-Kunsill, il-

Kummissjoni, eċċ) u l-Presidenza, kif ukoll mal-aġenziji deċentralizzati l-oqsma ta' responsabilità

tal-Kumitat. Kuntatti sistematiċi mal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Presidenza huma partikolarment

importanti fir-rigward tad-diskussjonijiet finali dwar temi leġiżlattivi, wisq iktar fil-fażijiet tal-1 u t-

2 qari.

Jieħdu ħsieb il-loġistika ġenerali: l-organizzazzjoni ta' laqgħat, ċirkolazzjoni ta' dokumenti,

skambju ta' informazzjoni ma' shadow rapporteurs u Istituzzjonijiet oħra eċċ. Huma jipprovdu

informazzjoni dwar l-istat tar-rapporti u opinjonijiet individwali, kemm għal dawk f il-Parlament

kif ukoll għall-pubbliku ġenerali.

Il-lista tal-membri tas-segretarjat tal-FEMM sa mill-1.6.2009 hi mehmuża fl-anness 3.

B. Rapporti u opinjonijiet

a. rapporti leġiżlattivi huma rapporti immirati għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Kull

darba li proposta tal-Kummissjoni tiġi adottata dwar temi li għalihom il-kumitat FEMM huwa lkumitat

ewlieni, dan ikun riferut mill-President tal-Parlament għall-Kumitat FEMM. L-istess jiġri

fit-tieni qari ta' pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill.

b. rapporti ta' inizjattiva: jistgħu jinqasmu f'ħames sottokategoriji:

• rapporti leġiżlattivi ta' inizjattiva proprja jitolbu lill-Kummissjoni sabiex tniedi leġiżlazzjoni

dwar tema speċifika (Artikolu 192 tat-Trattat KE u Artikolu 42 tar-regoli ta' proċedura tal-

PE);

• rapporti strateġiċi, imħejjija fuq il-bażi ta' inizjattivi strateġiċi u prijoritarji mhux leġiżlattivi

li huma inklużi fil-programm leġiżlattiv u ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni;

• rapporti mhux leġiżlattivi ta' inizjattiva proprja imħejjija dwar suġġetti magħżula millkumitat

jew fuq il-bażi ta' dokumenti mgħoddija lill-Parlament għall-informazzjoni;

• rapporti annwali ta' attività u monitoraġġ kif imniżżla fid-deċiżjoni tal-Konferenza tal-

Presidenti tal-14 ta' Frar 2008. Għall-Kumitat FEMM dawn huma: "Rapport dwar lugwaljanza

bejn l-irġiel u n-nisa fl-UE" u "Strateġija integrata għall-ugwaljanza bejn l-irġiel

PE423.993v02-00 2/10 CM\784577MT.doc

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!