14.12.2012 Views

MT - Europa

MT - Europa

MT - Europa

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

MT

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li għamlet is-sistema tal-kumitati aktar trasparenti

għall-Parlament u l-pubbliku ġenerali, ġiet mibdula minn waħda ġdida adottata f'Lulju 2006 li

introduċiet proċedura ġdida għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni: il-proċedura

regolatorja bi skrutinju. L-idea ta' din il-proċedura l-ġdida hi li tqiegħed iż-żewġ fergħat tal-poter

leġiżlattiv fuq l-istess livell, tal-inqas f'materji suġġetti għall-kodeċiżjoni f'dak li jirrigwardja lmonitoraġġ

ta' kif il-Kummissjoni teżerċita l-poteri ta' implimentazzjoni konferiti lilha.

E. Seduti ta' Smigħ

Il-kumitat jista' jorganizza smigħ pubbliku sabiex ikun hemm skambju ta' opinjonijiet ma' esperti

esterni dwar tema speċifika fl-inkwadru, jew le, ta' rapport leġiżlattiv/inizjattiva. Kull kumitat jista'

jistieden kull sena għas-seduta ta' smigħ pubbliku, massimu ta' 16-il mistieden imħallas bħala

espert. Id-deċiżjoni dwar jekk jiġix imsejjaħ smigħ pubbliku fuq tema speċifika hija meħuda millkumitat

fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-koordinaturi.

Aktar informazzjoni dwar il-regoli tas-seduti ta' smigħ pubbliku jistgħu jinstabu fuq:

http://www.sib.ep.parl.union.eu/SIB/download.do?file=/Documents/10_Recueil/1/1.3/1.3.3/692718_

1_en.pdf

F. Delegazzjonijiet

Il-kumitat jista' jibgħat delegazzjonijiet lil hinn mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament sabiex

jeżaminaw problemi speċifiċi relatati mal-kompetenzi tiegħu, fil-kuntest tal-implimentazzjoni talliġi

Ewropea, sabiex jiġi segwit il-proċess ta' tkabbir, eċċ. Sa massimu ta' 25 membru tal-Kumitat

jistgħu jivjaġġaw kull sena f'dawn id-delegazzjonijiet (massimu ta' 8 'l barra mill-UE jew pajjiżi

kandidati), bl-ebda delegazzjoni waħda ma ddum iktar minn tlett ijiem jew li tkun komposta

b'aktar minn 12-il membru. Faċilitajiet ta' interpretazzjoni fuq dawn id-delegazzjonijiet huma

suġġetti għal restrizzjonijiet (kif jidhru fil-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwaliżmu). Filprinċipju,

żjarat tad-delegazzjonijiet għandhom isiru matul il-ġimgħat imwarrba għal-laqgħat tal-

Kumitati jew għall-attivitajiet parlamentari esterni. L-ebda vjaġġar ma jista' jsir f'sena ta' elezzjoni.

Fl-aħħar trimestru ta' kull sena, il-kumitat jagħżel il-postijiet u l-kontenut tas-suġġett għal dawn

id-delegazzjonijiet fuq il-bażi tas-suġġerimenti ppreżentati mill-membri lill-koordinaturi tagħhom.

Id-delegazzjonijiet proposti jirrikjedu mbgħad l-awtorizzazzjoni finali mill-Konferenza tal-

Presidenti u mill-Bureau.

Barra l-vjaġġi normali tad-delegazzjonijiet, kull sentejn il-kumitat jista' jibgħat delegazzjoni ta' tliet

membri l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

Aktar informazzjoni dwar ir-regoli tal-vjaġġi tad-delegazzjonijiet tal-kumitat jistgħu jinstabu fuq:

http://www.sib.ep.parl.union.eu/SIB/download.do?file=/Documents/10_Recueil/1/1.3/1.3.2/715543_

1_en.pdf

G. Studji

Meta l-Kumitat jirrikjedi kompetenza dwar tema speċifika marbuta mal-attivitajiet tal-kumitat, u li

mhijiex disponibbli fi ħdan is-segretarjat tal-Kumitat jew x'imkien ieħor fil-Parlament, huwa

possibbli li jiġi kummissjonat studju speċifiku taħt il-linja baġitarja għall-kompetenza esterna

ġestita mid-Dipartiment tal-Politika.

Id-deċiżjoni dwar l-istudji li jiġu kkummissjonati tittieħed mill-kumitat fuq rakkomandazzjoni talkoordinaturi.

H. Jum Internazzjonali tan-Nisa (8 ta' Marzu)

PE423.993v02-00 6/10 CM\784577MT.doc

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!