14.12.2012 Views

MT - Europa

MT - Europa

MT - Europa

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

13.5.2009

PARLAMENT EWROPEW

2004

2009

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

AVVIŻ LILL-MEMBRI

(01)

Suġġett : Pakkett ta' informazzjoni għall-Membri

1. Kif jaħdem il-kumitat FEMM paġna 2

A. Rwol tas-segretarjat paġna 2

B. Rapporti u opinjonijiet paġna 2

C. Aġenda tal-kumitat paġna 5

D. Komitoloġija paġna 5

E. Seduti ta' smigħ paġna 6

F. Delegazzjonijiet paġna 6

G. Studji paġna 6

H. Jum Internazzjonali tan-Nisa (8 ta' Marzu)

I. Integrazzjoni ta' ugwaljanza bejn is-sessi (Gender mainstreaming)

paġna 7

2. anness 1: L-Anness VI tar-Regoli ta' proċeduri:

kompetenzi tal-kumitat paġna 8

3. anness 2: Kalendarju tal-FEMM għat-tieni nofs tas-sena 2009

paġna 9

4. anness 3: lista tas-segretarjat paġna 10

CM\784577MT.doc PE423.993v02-00

MT MT

MT

A. L-irwol tas-segretarjat

KIF JAĦDEM IL-KUMITAT FEMM

Li jassisti lill-President tal-kumitat bl-organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-kumitat, u li jassissti lirrapporteurs/rapporteurs

għal opinjoni f'kull aspett tal-preparazzjoni, l-abbozzar, l-adozzjoni u ssegwitu

tar-rapporti jew opinjonijiet li għalihom huma responsabbli, kif ukoll sabiex jagħti

konsulenza dwar l-applikazzjoni tal-artikoli relevanti tar-regoli ta' proċedura tal-Parlament

Ewropew.

Amministraturi individwali huma magħżula sabiex jaħdmu mar-rapporteurs/rapporteurs għal

opinjoni skont l-oqsma speċjali ta' interess tagħhom u l-esperjenza/kompetenza ta' qabel.

Flimkien mar-rapporteurs/rapporteurs għal opinjoni jgħinu fil-preparament tal-kalendarju għarrapport/opinjoni

mid-data ta' riferiment u l-għażla tar-rapporteur, sad-diskussjoni inizjali filkumitat,

u wara tgħaddi għall-adozzjoni fil-kumitat u l-Plenarja (jew għall-adozzjoni mill-kumitat

prinċipali f'każ ta' opinjonijiet għal kumitati oħra). Dawn jagħmlu l-abbozz tar-rapport/opinjoni

f'forma korretta, jibagħtuha għat-traduzzjoni u jirrispondu għall-mistoqsijiet, kummenti u

korrezzjonijiet proposti mill-Unità għall-Kwalità Leġiżlattiva. Flimkien mal-assistenti tal-kumitat,

jivverifikaw ukoll id-disponibilità tat-testi bil-lingwi varji għal dak li jikkonċerna l-laqgħat

sussegwenti tal-kumitat.

L-Amministraturi jgħinu wkoll fiż-żamma tal-kuntatti ma' Istituzzjonijiet oħra (il-Kunsill, il-

Kummissjoni, eċċ) u l-Presidenza, kif ukoll mal-aġenziji deċentralizzati l-oqsma ta' responsabilità

tal-Kumitat. Kuntatti sistematiċi mal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Presidenza huma partikolarment

importanti fir-rigward tad-diskussjonijiet finali dwar temi leġiżlattivi, wisq iktar fil-fażijiet tal-1 u t-

2 qari.

Jieħdu ħsieb il-loġistika ġenerali: l-organizzazzjoni ta' laqgħat, ċirkolazzjoni ta' dokumenti,

skambju ta' informazzjoni ma' shadow rapporteurs u Istituzzjonijiet oħra eċċ. Huma jipprovdu

informazzjoni dwar l-istat tar-rapporti u opinjonijiet individwali, kemm għal dawk f il-Parlament

kif ukoll għall-pubbliku ġenerali.

Il-lista tal-membri tas-segretarjat tal-FEMM sa mill-1.6.2009 hi mehmuża fl-anness 3.

B. Rapporti u opinjonijiet

a. rapporti leġiżlattivi huma rapporti immirati għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Kull

darba li proposta tal-Kummissjoni tiġi adottata dwar temi li għalihom il-kumitat FEMM huwa lkumitat

ewlieni, dan ikun riferut mill-President tal-Parlament għall-Kumitat FEMM. L-istess jiġri

fit-tieni qari ta' pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill.

b. rapporti ta' inizjattiva: jistgħu jinqasmu f'ħames sottokategoriji:

• rapporti leġiżlattivi ta' inizjattiva proprja jitolbu lill-Kummissjoni sabiex tniedi leġiżlazzjoni

dwar tema speċifika (Artikolu 192 tat-Trattat KE u Artikolu 42 tar-regoli ta' proċedura tal-

PE);

• rapporti strateġiċi, imħejjija fuq il-bażi ta' inizjattivi strateġiċi u prijoritarji mhux leġiżlattivi

li huma inklużi fil-programm leġiżlattiv u ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni;

• rapporti mhux leġiżlattivi ta' inizjattiva proprja imħejjija dwar suġġetti magħżula millkumitat

jew fuq il-bażi ta' dokumenti mgħoddija lill-Parlament għall-informazzjoni;

• rapporti annwali ta' attività u monitoraġġ kif imniżżla fid-deċiżjoni tal-Konferenza tal-

Presidenti tal-14 ta' Frar 2008. Għall-Kumitat FEMM dawn huma: "Rapport dwar lugwaljanza

bejn l-irġiel u n-nisa fl-UE" u "Strateġija integrata għall-ugwaljanza bejn l-irġiel

PE423.993v02-00 2/10 CM\784577MT.doc

u n-nisa fix-xogħol tal-kumitat";

• rapporti ta' implimentazzjoni dwar it-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-liġijiet

nazzjonali u dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tagħha fl-Istati Membri. Kull sena, massimu

ta' rapport ta' implimentazzjoni wieħed jista' jiġi mħejji minn xi kumitat.

Bl-eċċezzjoni taż-żewġ rapporti annwali ta' attività u ta' monitoraġġ, id-deċiżjoni inizjali li

jitħejjew rapporti ta' inizjattiva tittieħed mill-kumitat wara rakkomandazzjoni mill-koordinaturi

tal-kumitat (li l-membri individwali jistgħu jgħaddulhom proposti). Fuq dawn ir-rapporti kollha,

il-kumitat għandu imbgħad jakkwista l-awtorizzazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti u/jew mill-

Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Jistgħu jiġu mħejjija biss 6 rapporti b'mod parallel bejn

dawk leġiżlattivi ta' inizjattiva proprja, rapporti strateġiċi u rapporti mhux leġiżlattivi ta' inizjattiva

proprja.

Aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għal rapporti ta' inizjattiva proprja tista'

tinstab fuq:

http://www.sib.ep.parl.union.eu/SIB/download.do?file=/Documents/10_Recueil/1/1.3/1.3.1/339465net_en.pdf

c. opinjonijiet: proposti leġiżlattivi u rapporti mhux leġiżlattivi mħejjija minn kumitat ieħor jiġu

riferuti lill-kumitat FEMM għal opinjoni meta huwa kkunsidrat li jikkonċernaw aspett wieħed jew

aktar tal-kompetenzi tal-kumitat. Il-kumitat jiddeċiedi, wara rakkomandazzjoni mill-koordinaturi,

jekk jixtieqx li jħejji tali opinjoni. Il-kumitat jista' wkoll jiddeċiedi li jħejji opinjoni dwar rapport

leġiżlattiv jew mhux leġizlattiv li jkun qed jiġi mħejji f'kumitat ieħor fuq inizjattiva tiegħu u jistaqsi

għall-awtorizzazzjoni neċessarja lill-President tal-Parlament. F'kull każ meta l-kumitat iħejji

opinjoni, iżomm kuntatt mal-kumitat ewlieni dwar l-iskeda taż-żmien applikabbli. Il-kumitat

ewlieni jiffissa żmien ta' skadenza, iżda ma jkunx intenzjonat li jasal għall-konklużjonijiet tiegħu sa

qabel jiskadi tali żmien ta' skadenza. Regoli speċjali japplikaw għal opinjonijiet u emendi dwar ilbaġits.

Finalment, regoli speċjali dwar koperazzjoni msaħħa bejn il-kumitati japplikaw meta xi materja

taqa' kważi b'mod ugwali fil-kompetenza ta' żewġ kumitati jew meta partijiet differenti talkwistjoni

taqa' fi ħdan il-kompetenza ta' żewġ kumitati (Artikoli 50 u 51, din hi iktar magħrufa b'mod

familjari bħala 'kumitati assoċjati' jew 'koperazzjoni msaħħa' jew 'il-proċedura Hughes').

- Dati ta' skadenza tat-traduzzjoni

Testi għall-eżami f'kumitat parlamentari jew delegazzjoni għandhom ikunu sottomessi għattraduzzjoni

permezz tas-sistema interna tal-kompjuter mis-segretarjat tal-kumitat jew delegazzjoni

mhux aktar tard minn 10 ġranet tax-xogħol qabel il-laqgħa konċernata.

Rapporti finali adottati mill-kumitati parlamentari jistgħu jkunu mniżżla fuq l-aġenda għal sezzjoni

parzjali jekk kienu sottomessi lid-Direttorat tal-Atti Leġiżlattivi għall-verifika u tressiq sussegwenti

mhux aktar tard minn:

(a) xahar qabel is-sessjoni parzjali konċernata f'każ tal-ewwel qari tar-rapporti leġiżlattivi (COD)

(b) il-Ġimgħa tar-raba' ġimgħa ta' xogħol qabel is-sessjoni parzjali konċernata f'każ ta' rapporti

leġiżlattivi adottati skont il-proċedura ta' konsultazzjoni (CNS) u rapporti ta' inizjattiva proprja

(INI)

(c) il-Ġimgħa tat-tielet ġimgħa ta' xogħol qabel is-sessjoni parzjali konċernata fil-każ ta' rapporti

oħra.

- Tul ta' dokument

Għandu jiġi applikat dan it-tul massimu għal testi sottomessi għat-traduzzjoni:

(a) Noti spjegattivi u dokumenti preparatorji ta' ħidma: 7 paġni għal rapporti li mhux leġiżlattivi -

6 paġni għal rapporti leġiżlattivi - 3 paġni għal opinjonijiet leġiżlattivi

CM\784577MT.doc 3/10 PE423.993v02-00

MT

MT

(b) Abbozzi ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: 4 paġni, inklużi l-premessi, iżda esklużi ċċitazzjonijiet.

(c) 'Suġġerimenti' f'opinjonijiet li mhux leġiżlattivi: Paġna 1

(d) Ġustifikazzjonijiet għal emendi: 500 karattru

(e) Sommarji eżekuttivi: 5 paġni

Paġna għandha tiġi meqjusa li tfisser test ta' 1 500 karattru (esklużi l-ispazji). Derogi mit-tulijiet

massimi msemmija aktar il fuq jistgħu jinkisbu mill-Kumitat sa limitu massimu ta' 45 paġna kull

sena.

Aktar informazzjoni dwar ir-regoli fuq skadenzi ta' żmien għat-traduzzjoni u tul ta' testi tista'

tinstab fuq:

http://www.sib.ep.parl.union.eu/SIB/download.do?file=/Documents/10_Recueil/5/5.2/5.2.1/recueilnet2_en.pdf

- Emendi

X'GĦANDEK TAGĦMEL?

dwar il-proċedura:

L-Emendi għandhom jintbagħtu permezz ta' email lill-amministratur responsabbli u lill-mailbox

ġenerali tal-kumitat: IP-FEMM@europarl.europa.eu U kopja stampata u ffirmata għandha tiġi

mgħoddija mill-aktar fis possibbli (preferibbilment imwassla bl-idejn lis-segretarjat jew b'faks, n.

44945). Emendi koiffirmati għandu jkollhom il-firem kollha fuq l-istess faċċata.

Kull membru tal-Parlament jista' jippreżenta emendi fil-kumitat (Art. 195-1) ħlief fil-fażi tat-tieni

qari meta huma biss il-membri jew sostituti permanenti tal-kumitat li jistgħu jressqu emendi (Art.

63.4).

F'dawk li huma kriterji ta' ammissibilità (Art. 66, 157), id-deċiżjoni finali tittieħed mill-President.

Jekk jogħġbok ikkonsulta mal-amministratur responsabbli fis-segretarjat f'każ ta' dubju qabel

tressaq l-emendi.

dwar il-preżentazzjoni:

L-emendi huma ppreżentati f'2 kolonni.

Emendi għar-rapporti leġiżlattivi jistgħu jiġu segwiti b'ġustifikazzjoni limitata għal massimu ta'

500 karattru (madwar 7 linji). Għar-rapporti leġiżlattivi, poġġi l-proposta tal-Kummissjoni (għallewwel

qari) jew il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (għat-tieni qari) fil-kolonna tax-xellug. Għal

emendi tar-rapporti li mhux leġiżlattivi, poġġi t-test tal-abbozz tar-rapport fil-kolonna tax-xellug.

Ikkopja t-test mill-bidu sal-aħħar tal-paragrafu mingħajr ma' tuża "..." . Uża tipa qawwija

korsiva sabiex tenfasizza d-differenzi - partijiet imħassra fuq ix-xellug u żidiet fil-kolonna tallemin.

M'hemmx għalfejn tikteb: "numru x ta' kliem imħassra".

Eżempju:

Emenda 136

Astrid Lulling

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 4 – paragrafu 1

1. L-Istati Membri u l-korpi nazzjonali ta’

ugwaljanza għandhom jikkomunikaw lill-

Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn

[ħames snin wara l-adozzjoni] u kull ħames

snin wara dan, l-informazzjoni kollha

meħtieġa biex il-Kummissjoni tagħmel

rapport lill-Parlament Ewropew u lill-

Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-

1. L-Istati Membri u l-korpi nazzjonali ta’

ugwaljanza għandhom jikkomunikaw lill-

Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn

[tliet snin wara l-adozzjoni] u kull tliet snin

wara dan, l-informazzjoni kollha meħtieġa

biex il-Kummissjoni tagħmel rapport lill-

Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar lapplikazzjoni

tad-Direttiva 92/85/KEE kif

PE423.993v02-00 4/10 CM\784577MT.doc

Direttiva 92/85/KEE kif emendata minn

din id-Direttiva.

emendata minn din id-Direttiva.

Emenda ta' kompromess hija emenda li tfittex li jintlaħaq kompromess (Art. 57.2, 63.5, 66.2,

160.2/4/6 u 161.4). Bħala regola ġenerali, emendi ta' kompromess għandhom ikunu mressqa millgruppi

politiċi, mill-presidenti, mir-rapporteurs jew rapporteurs għal opinjoni tal-kumitati

konċernati, jew mill-awturi tal-emendi l-oħra. Dawn għandhom jirrikjedu l-irtirar ta' emendi oħra

fuq l-istess punt.

Preżentazzjoni teknika hija assigurata mis-segretarjat. Huwa suġġerit li tippreparaha bil-quddiem

sabiex tiġi tradotta qabel il-laqgħa (ara l-iskadenzi taż-żmien tat-traduzzjoni).

B'mod ġenerali, emendi għall-plenarja jsegwu l-istess regoli iżda għandhom jintbagħtu lis-servizzi

tal-plenarja (ara l-Handbook għall-membri)

Il-mudelli xierqa li għandhom jintużaw għat-tressiq tal-emendi jistgħu jinstabu fuq:

http://www.infomep.ep.ec/General/Frameseten.htm

- Votazzjonijiet

Listi tal-votazzjoni huma ppreparati fuq il-bażi tar-Regoli ta' Proċedura (Art. 160-161) missegretarjat

sabiex jassisti lill-President. Ir-rapporteur għandu jissettja l-pożizzjoni tiegħu/tagħha

għal kull emenda fil-waranofsinhar ta' qabel il-votazzjoni.

Voti maqsuma huma mitluba mill-gruppi politiċi sal-4.00 p.m. ta' lejliet il-votazzjoni; Art. 160.6 -

m'hemmx votazzjoni maqsuma fuq l-emendi ta' kompromess.

Preferibbilment, emenda orali għandha tingħata bil-mitkub lill-amministratur responsabbli mhux

aktar tard mill-iskadenza taż-żmien għall-votazzjoni maqsuma, sabiex tiġi inkluża fil-lista ta'

votazzjoni. Din tiġi kkuppjata (iżda mhux tradotta) u mqassma lill-kabini tal-interpretazzjoni.

Dawn l-emendi għandhom jiġu evitati fejn possibbli minħabba li ma jkunux mgħoddija għallvotazzjoni

jekk joġġezzjona membru wieħed biss.

Wara li tkun saret il-votazzjoni fil-kumitat, is-segretarjat iħejji r-rapport/opinjoni finali, jintegra lemendi

adottati u jibgħatha għat-traduzzjoni permezz tal-Unità għall-KwalitàLeġiżlattiva.

C. Aġenda tal-Kumitat

Tkun normalment imħejjija ġimagħtejn bil-quddiem fuq il-bażi tal-kalendarji maqbula marrapporteurs/rapporteurs

għal opinjoni kif ukoll materji urġenti. Membri u gruppi konċernati jiġu

infurmati permezz ta' email. Jekk membru ma jistax jattendi jew jippreferi slott differenti, hu/hi

jrid jinforma lill-amministratur responsabbli immedjatament.

Il-kalendarju tal-laqgħat tal-kumitat FEMM minn Settembru sa Diċembru 2009, huwa mehmuż

fl-Anness 2.

D. Komitoloġija

Skont l-Artikolu 202 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (KE), huwa kompitu tal-

Kummissjoni li timplimenta l-leġiżlazzjoni fuq livell Komunitarju. Fil-prattika, kull strument

leġiżlattiv jispeċifika l-ambitu tal-poteri ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni mill-

Kunsill tal-Unjoni Ewropea. F'dan il-kuntest, it-Trattat jipprovdi li l-Kummissjoni tkun assistita

b'kumitat, skont il-proċedura magħrufa bħala "komitoloġija". Il-kumitati jikkonsistu

f'rappreżentanti minn Stati Membri u huma preseduti mill-Kummissjoni.

CM\784577MT.doc 5/10 PE423.993v02-00

MT

MT

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li għamlet is-sistema tal-kumitati aktar trasparenti

għall-Parlament u l-pubbliku ġenerali, ġiet mibdula minn waħda ġdida adottata f'Lulju 2006 li

introduċiet proċedura ġdida għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni: il-proċedura

regolatorja bi skrutinju. L-idea ta' din il-proċedura l-ġdida hi li tqiegħed iż-żewġ fergħat tal-poter

leġiżlattiv fuq l-istess livell, tal-inqas f'materji suġġetti għall-kodeċiżjoni f'dak li jirrigwardja lmonitoraġġ

ta' kif il-Kummissjoni teżerċita l-poteri ta' implimentazzjoni konferiti lilha.

E. Seduti ta' Smigħ

Il-kumitat jista' jorganizza smigħ pubbliku sabiex ikun hemm skambju ta' opinjonijiet ma' esperti

esterni dwar tema speċifika fl-inkwadru, jew le, ta' rapport leġiżlattiv/inizjattiva. Kull kumitat jista'

jistieden kull sena għas-seduta ta' smigħ pubbliku, massimu ta' 16-il mistieden imħallas bħala

espert. Id-deċiżjoni dwar jekk jiġix imsejjaħ smigħ pubbliku fuq tema speċifika hija meħuda millkumitat

fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-koordinaturi.

Aktar informazzjoni dwar il-regoli tas-seduti ta' smigħ pubbliku jistgħu jinstabu fuq:

http://www.sib.ep.parl.union.eu/SIB/download.do?file=/Documents/10_Recueil/1/1.3/1.3.3/692718_

1_en.pdf

F. Delegazzjonijiet

Il-kumitat jista' jibgħat delegazzjonijiet lil hinn mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament sabiex

jeżaminaw problemi speċifiċi relatati mal-kompetenzi tiegħu, fil-kuntest tal-implimentazzjoni talliġi

Ewropea, sabiex jiġi segwit il-proċess ta' tkabbir, eċċ. Sa massimu ta' 25 membru tal-Kumitat

jistgħu jivjaġġaw kull sena f'dawn id-delegazzjonijiet (massimu ta' 8 'l barra mill-UE jew pajjiżi

kandidati), bl-ebda delegazzjoni waħda ma ddum iktar minn tlett ijiem jew li tkun komposta

b'aktar minn 12-il membru. Faċilitajiet ta' interpretazzjoni fuq dawn id-delegazzjonijiet huma

suġġetti għal restrizzjonijiet (kif jidhru fil-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwaliżmu). Filprinċipju,

żjarat tad-delegazzjonijiet għandhom isiru matul il-ġimgħat imwarrba għal-laqgħat tal-

Kumitati jew għall-attivitajiet parlamentari esterni. L-ebda vjaġġar ma jista' jsir f'sena ta' elezzjoni.

Fl-aħħar trimestru ta' kull sena, il-kumitat jagħżel il-postijiet u l-kontenut tas-suġġett għal dawn

id-delegazzjonijiet fuq il-bażi tas-suġġerimenti ppreżentati mill-membri lill-koordinaturi tagħhom.

Id-delegazzjonijiet proposti jirrikjedu mbgħad l-awtorizzazzjoni finali mill-Konferenza tal-

Presidenti u mill-Bureau.

Barra l-vjaġġi normali tad-delegazzjonijiet, kull sentejn il-kumitat jista' jibgħat delegazzjoni ta' tliet

membri l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

Aktar informazzjoni dwar ir-regoli tal-vjaġġi tad-delegazzjonijiet tal-kumitat jistgħu jinstabu fuq:

http://www.sib.ep.parl.union.eu/SIB/download.do?file=/Documents/10_Recueil/1/1.3/1.3.2/715543_

1_en.pdf

G. Studji

Meta l-Kumitat jirrikjedi kompetenza dwar tema speċifika marbuta mal-attivitajiet tal-kumitat, u li

mhijiex disponibbli fi ħdan is-segretarjat tal-Kumitat jew x'imkien ieħor fil-Parlament, huwa

possibbli li jiġi kummissjonat studju speċifiku taħt il-linja baġitarja għall-kompetenza esterna

ġestita mid-Dipartiment tal-Politika.

Id-deċiżjoni dwar l-istudji li jiġu kkummissjonati tittieħed mill-kumitat fuq rakkomandazzjoni talkoordinaturi.

H. Jum Internazzjonali tan-Nisa (8 ta' Marzu)

PE423.993v02-00 6/10 CM\784577MT.doc

Kull sena, u sabiex jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, il-kumitat jorganizza attivita' -

seminar, smigħ pubbliku - fit-8 ta' Marzu jew viċin, kultant bil-parteċipazzjoni tan-Netwerk tal-

Kumitati Parlamentari għall-Opportunitajiet Indaqs għan-Nisa u l-Irġiel fl-Unjoni Ewropea

(NCEO). Matul l-aħħar leġiżlatura, il-Jum Internazzjonali tan-Nisa kien ukoll okkażjoni għall-

Bureau u l-koordinaturi tal-kumitat sabiex jiltaqgħu għal kolazzjon annwali ta' ħidma mal-

President Barroso u Kummissarji konċernati, u sabiex tiġi diskussa l-implimentazzjoni u l-abbozzi

ta' leġiżlazzjoni

Aktar informazzjoni dwar attivitajiet organizzati mill-Kumitat FEMM fi snin imgħoddija, flokkażjoni

tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa, tista' tinstab fuq:

http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/editoDisplay.do;jsessionid=A4E20C6082DE0647

A974885D47F60340.node1?language=MT&menuId=2038&body=FEMM&id=1

I. Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Gender Mainstreaming)

Skont ir-Riżoluzzjoni tal-PE P5_TA(2003)0098), il-kumitat FEMM iħejji rapport biannwali fuq ilgender

mainstreaming fix-xogħol tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet tal-PE. Matul is-sitt

leġiżlatura, ġew adottati żewġ rapporti ta' dan it-tip. Bħala bażi għar-rapporti, il-FEMM jipprepara

kwestjonarju li jiġi mwieġeb mill-Membri fin-Netwerk tal-Presidenti u Viċi Presidenti appuntati

f'kull kumitat bħala dawk responsabbli għall-gender mainstreaming. Id-delegazzjonijiet ħolqu

wkoll Netwerk simili. In-Netwerk tal-Presidenti / Viċi Presidenti huwa sekondat minn Netwerk

ta' amministraturi f'kull kumitat u delegazzjoni parlamentari, koordinat mis-segretarjat tal-FEMM.

Il-kwestjonarju msemmi huwa magħmul minn 28 mistoqsija maqsuma f'erba' partijiet li jkopru

dawn l-oqsma: l-ambitu tal-kumitat, l-istrateġija għall-ugwaljanza bejn is-sessi, l-implimentazzjoni

tal-gender mainstreaming u evalwazzjoni mill-esperti, konsultazzjoni u kooperazzjoni dwar oqsma

relatati mal-ġeneru.

Bażi oħra għar-rapporti biannwali huma l-preżentazzjonijiet fil-kumitat FEMM minn Membri

mistiedna tan-Network imsemmi dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-gender mainstreaming fixxogħol

tal-kumitat rispettiv.

L-għan ta' dan ir-rapport hu li tiġi evalwata l-firxa ta' implimentazzjoni tal-gender mainstreaming

u l-progress magħmul mill-kumitati u d-delegazzjonijiet f'dan il-qasam.

It-tieni rapport biannwali (adottat f'April 2009) jenfasizza l-bżonn ta' taħriġ xieraq sabiex jiżgura

fehim u implimentazzjoni tajbin tal-gender mainstreaming.

Minbarra l-koordinament ta' dawn in-netwerks, il-President tal-kumitat FEMM huwa wkoll

Membru tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Ġeneru u d-Diversità, maħluq mill-Bureau.

Għal aktar informazzjoni dwar l-artikoli applikabbli għall-kumitati parlamentari, jekk jogħġbok

irreferi għar-Regoli ta' Proċedura tal-PE fuq:

http://www.europarl.europa.eu/parliament/expert/staticDisplay.do;jsessionid=083F98D0AA3B20A8B5

89EFE9E8E34046.node1?language=MT&id=56

CM\784577MT.doc 7/10 PE423.993v02-00

MT

MT

Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura

XIX. Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Kumitat responsabbli:

1. għad-definizzjoni, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa fl-Unjoni u għallmiżuri

Komunitarji relatati;

2. għall-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa f'pajjiżi terzi;

Anness 1

3. għall-politika ta' opportunitajiet indaqs, inkluża l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għal dak li

għandu x'jaqsam mal-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq il-post tax-xogħol;

4. għall-eliminazzjoni ta' kull tip ta' diskriminazzjoni sesswali;

5. għall-implimentazzjoni u aktar żvilupp fil-qasam tal-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sess fissetturi

kollha;

6. għas-segwitu u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet u konvenzjonijiet internazzjonali li għandhom

x'jaqsmu mad-drittijiet tan-nisa;

7. għall-politika ta' informazzjoni dwar in-nisa.

PE423.993v02-00 8/10 CM\784577MT.doc

Kalendarju tal-FEMM għat-tieni nofs tas-sena 2009

It-Tlieta, 1 ta' Settembru, 09.00-12.30

It-Tlieta, 1 ta' Settembru, 15.00-18.30

It-Tlieta, 29 ta' Settembru, 15.00-18.30

L-Erbgħa, 30 ta' Settembru, 09.00-12.30

L-Erbgħa, 4 ta' Novembru, 09.00-12.30

L-Erbgħa, 4 ta' Novembru, 15.00-18.30

It-Tnejn, 30 ta' Novembru, 15.00-18.30

It-Tlieta, 1 ta' Diċembru, 09.00-12.30

Anness 2

CM\784577MT.doc 9/10 PE423.993v02-00

MT

MT

Segretarjat tal-Kumitat FEMM

Anness 3

Sit elettroniku :

http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/homeCom.do?language=FR&body=FEMM

Email: IP-FEMM@europarl.europa.eu

Nru.tal-faks: Brussell (32 2 28) 44945 - Strażburgu : (33 3 88 1) 79069

Nru.tat-Tel.: Brussell (32 2 28) + estensjoni - Strażburgu : (33 3 88 1) + estensjoni

ISEM

Sabina MAGNANO

Kap tal-Unità

sabina.magnano@europarl.europa.eu

Noelia PETTINARI

Segretarja għall-Kap tal-Unità

noelia.pettinari@europarl.europa.eu

Assistent

Malgorzata SZLENDAK

Amministratriċi

malgorzata.szlendak@europarl.europa.eu

Elena MAINARDI

Amministratriċi

elena.mainardi@europarl.europa.eu

Carolina FALK

Amministratriċi

carolina.falk@europarl.europa.eu

Zoltan PETHO

Administrateur

zoltan.petho@europarl.europa.eu

Pina ZAGARRI

Segretarja

giuseppa.zagarri@europarl.europa.eu

Anna CHAMBERLAIN

Segretarja

anna.chamberlain@europarl.europa.eu

Zuzana SLUNECKOVA

Segretarja

zuzana.sluneckova@europarl.europa.eu

INDIRIZZ

RMD 06J046

SDM G06001

RMD 06J048

SDM G06002

RMD

SDM

RMD 06J008

SDM G06003

RMD 06J002

SDM G06003

RMD 06J006

SDM G06003

RMD 06J012

SDM G06003

RMD 06J050

SDM G06002

RMD 06J050

SDM G06002

RMD 06J010

SDM G06002

BXL

STR

BXL

STR

BXL

STR

BXL

STR

BXL

STR

BXL

STR

BXL

STR

BXL

STR

BXL

STR

BXL

STR

TELEFON

43685

77058

43773

74963

40730

73326

32711

72016

44572

74556

32058

72709

43591

40771

46233

PE423.993v02-00 10/10 CM\784577MT.doc

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!