23.06.2017 Views

17

• No tags were found...

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Eviva l-festa tagħna

X’inhi l-festa għalina? X’post nagħtu lil Marija Santissma f’ħajjitna?

Fil-festa noħorġu l-vara mat-toroq tal-Gżira u nġorruha fuq l-

ispallejn. Però fir-realtà lill-Madonna kif nerfgħuha? Bħal tebut

b’ġisem mejjet li xi darba kien fostna u m’għadux magħna?

Nikkommemorawha u niftakru fiha però ma nistgħux inkellmuha

jew nieħdu l-parir minn għandha għax m’għadhiex magħna. Forsi

għalina l-Madonna hi reġina li xi kultant toħroġ mill-palazz u niesha

jifirħu u jagħmlu festa u daqshekk?

Ir-reġina li jekk jirnexxilek tkellimha jew tieħu ritratt magħha

ddum tiftaħar għal għomrok; però ftit ikunu dawk li jirnexxilhom

jagħmlu dan. Jew lil Marija nitrattawha ta’ tarbija fi ħdan familja?

Tarbija tingħata l-attenzjoni mill-membri kollha tal-familja. Kulħadd

lest li jagħtiha dak kollu li trid. Għat-tarbija m’hemmx nhar u lejl,

dejjem fi ħsiebna. Qatt ma nixbgħu ħdejha. Qatt ma ddejjaqna.

Nieħdu pjaċir meta narawha tidħaq u ninkwetaw meta narawha

tibki. It- tarbija wkoll taraha tidħaq meta tarana ferħanin u tibki

meta tarana mdejjqa. Fil-familja t-tarbija tħoss l-imħabba tagħna. Ilmembri

kollha tal-familja jġorru fuqhom ir-ritratt tat-tarbija u jiftaħru

ma’ sħabhom x’tarbija għandhom. Jekk fuq il-lant tax-xogħol jew l-

iskola moħħhom li jasal dak il-mument li jirritornaw id-dar biex

ikunu mat-tarbija. Tarahom iċemplu kull ħin li jistgħu biex jistaqsu

fuq it-tarbija. Lesti jaqsmu mat-tarbija kulma għandhom u l-ewwel

post dejjem tkun it-tarbija.

Din hi l-attitudni li għandna jkollna lejn il-Madonna. M’għandniex

inħarsu lejha bħala l-persuna li għexet elfejn sena ilu jew bħala dik

il-persuna li niftakru fiha u nipprovaw inkellmuha meta toħrog millknisja.

Il-Madonna għandha tkun iċ-ċentru tal-familja tagħna.

Għandna naqsmu magħha kollox. Għandna niftakru fiha lejl u nhar.

Hekk il-festa li naghmlulha kull sena jkollha sens u tħalli ħafna frott.

Argument ieħor li xi kultant nisma’ huwa kemm jagħmel sens ilferħ

u l-briju fil-festi. Jiena ċert li l-Madonna u l-Knisja tieħu pjaċir

tarana nifirħu basta mhux bil-piki u lanqas b’eseġerazzjonijiet. Il-ferħ

huwa parti mill-ħajja nisranija tagħna. Ferħġenwin li ġej minn spirtu

ta’ għaqda huwa mixtieq. Isir żball kbir jekk dan il-ferħ jintuża biex

idejjaq jew jinsulenta lil xi ħaddieħor. Isir żball meta l-ferħ jintuża

bħala skuża biex neċċedu l-limitu tax-xorb alkoħoliku. Però jkun ferħ

ġenwin meta nuru l-ferħ tagħna billi nagħmlu opra ta’ karità mal-ġar

tagħna jew ma’ xi ħadd li jgħix waħdu. Tkun espressjoni ta’ ferħ

ġenwin jekk fil-festa nagħmlu riżoluzzjoni li nżuru lil xi ħadd qarib

tagħna li ilna ma naraw. Tkun ħaġa sabiħa li bil- mezzi elettroniċi tallum,

eżempju Skype, nagħmlu kuntatt ma’ niesna li jgħixu barra

minn Malta u nibagħtulhom filmati tal-marċ għaddej minn taħt ilgallerija

tagħna. L-istess nistgħu nagħmlu meta tgħaddi l-purċissjoni.

U xi ħaġa sabiħa tara lill-familja kollha, anki dawk li żżewġu u

m’għadhomx jgħixu l-Gżira, jaqsmu l-ikla flimkien fil-ġurnata talfesta.

Il-Każin tal-banda u l-Banda Mt Carmel flimkien miegħi

nixtiequlkom ilkoll il-festa it-tajba.

Evviva l-festa tagħna. Il-festa t-tajba mimlija b’ferħ ġenwin u atti

ta’ karità. Marija Santissma taħt il-titolu tal-Karmelu tberikna lkoll.

Anthony Sammut

Viċi-President

17

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!