23.06.2017 Views

19

• No tags were found...

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Ix-xogħol fil-każin…

Iż-żmien ma jistenna lil ħadd u reġgħet waslet festa oħra talpadruna

tagħna il-Madonna tal-Karmnu.

Bħal kull sena l-Kumitat Ċentrali wara l-lagħqa ġenerali

jippjana programm ta’ manutenzjoni u affarijiet li għandhom

isiru matul is-sena. Bħalma kulħadd jaf il-kumitat nieħdu ħsieb

li l-każin nippruvaw inżommuh dejjem attiv u nżejnuh għal kull

okkażjoni li jkollna matul is-sena sija fil-Milied, kemm fil-Ġimgħa

il-Kbira u b’mod speċjali fil-festa. L-ewwel ma bdejna naħdmu

kien fuq l-armar li jintrama mal-faċċata tal-każin għal żmien il-

Milied. Ħassejna l-bżonn li ninvestu f’dawl LED għal dan l-armar,

żidna forom ġodda oħra ma li kien hemm u dawwarna kollox

b’wire rope lighting.

Il-forte tal-Ghaqda tagħna

huma l-attivitajiet soċjali li

norganizzaw matul is-sena: attivitajiet ta’ ġranet Għawdex u

Sqallija; ikliet fis-sala bħal fenkati u carvery nights u BBQ’s fis-sajf.

Għalhekk ħadna ħsieb li ninvestu f’siġġijiet iktar komdi għal waqt

l-attivitajiet li nagħmlu fis-sala tal-każin.

Komplejna nagħmlu manutenzjoni fil-każin u din is-sena

ħadna ħsieb li nirranġaw is-sala tas-surmast jew aħjar is-sala fejn

isir it-tagħlim tal-mużika u l-provi tal-kunċerti. Sar xogħol ta’ kisi

u żebgħa mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien ma’

membri oħra tal-Kumitat Ċentrali.

Kulħadd jaf li biex issir il-manutenzjoni fil-każin tirrikjedi ħafna

flus u spejjeż oħra minbarra l-ħin personali tal-membri tal-kumitat

u bil-limiti kollha tagħna dejjem għamilna mill-aħjar li stajna.

Fid-dinja ma’ tistax tagħmel kollox jew mhux dejjem jirnexxilek

twettaq dak kollu li jkollok ippjanat u aħna hekk ġralna. Kellna

ħafna iktar affarijiet ippjanati f’moħħna bħal per eżempju s-sala

tal-kumitat u l-indana tat-taraġ li xtaqna li wettaqnihom imma

minħabba haġa jew oħra dawn kellna nipposponuhom għal wara

l-festa li ġejja.

Qabel nagħlaq dan il-messaġġ nixtieq nirringrazzja lill-

President is-Sur Joseph Spiteri u l-Kumitat Ċentrali tal-appoġġ

tagħhom sabiex dan ix-xogħol ikun jista’ jitwettaq u lil kull min

ħadem b’mod volontarju. Nieħu l-okkażjoni biex nistieden lil kull

min jixtieq jgħin kemm finanzjarjament u kif ukoll b’mod

manwali sabiex ma jidejjaqx javiċinana.

Nawgura ukoll il-festa t-tajba lil sħabi kollha tal-kumitat, lillfamilja

tiegħi kollha, lill-kummissjoniet kollha li għandna fis-

Soċjeta tagħna, lis-Surmast Direttur George Debono u l-assistenti

tiegħu, lill-bandisti u l-allievi fi ħdan l-Għaqda tagħna kif ukoll

lill-helpers li dejjem kienu ta’ għajnuna. Nieħu l-opportunità biex

nirringrazzja wkoll lill-barman tagħna Jason u lill-familja tiegħu

kollha tal-koperazzjoni li nsibu mingħandhom matul is-sena

kollha u fl-aħħarnett lilkom il-membri u l-Gżirjani kollha.

Viva l-Madonna tal-Karmnu

Joshua Chircop

Direttur Każin

19

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!