23.06.2017 Views

25

• No tags were found...

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

... u ħafna ħafna xogħol

ikompli minn paġna 50

Tal-inqas, jekk inħarsu mill-aspett ta’ mużika l-

ewwel ma rridu nsemmu hi l-għażla li ssir mis-

Surmast Direttur George Debono li f’kull

programm jagħmel mezz li jkollna siltiet ġodda, ta’

temi u ġeneru differenti, adattati għall-okkażjoni u

wara kollox ta’ impenn.

Din is-sena kienet waħda partikolari għall-banda

tagħna u dan għaliex minbarra s-servizzi li jsiru

kull sena ġejna wkoll mistiedna ndoqqu fil-ftuħ ta’

Manoel Island u saħansitra għamilna programm

mużikali waqt l-inawgurazzjoni tal-bust tal-mibki

Reverendu Karlu Manchè.

Madankollu, dan kollu seta’ jsir biss bil-ħidma

ta’ grupp ta’ nies li għandhom għal qalbhom il-

Gżira u/jew il-mużika. Banda hi primarjament

magħmula minn bandisti li jitgħallmu jdoqqu fi

ħdan l-Għaqda. L-Għaqda Mużikali Mount Carmel

toffri t-tagħlim tal-mużika mingħajr ħlas lil dawk

it-tfal, żgħażagħ jew adulti li jixtiequ jitgħallmu

strument mużikali. Jekk l-alljievi juru interess

Sven Mallia Harmsworth u Nathan Debono, il- bandisti l-ġodda tal-

Għaqda Mużikali Mount Carmelwaqt il-kunċert tal-Milied (fuq) u

mal-President t, Joseph Spiteri (lemin). Fir-ritratt isfel mas-Surmast

George Debono

fl-istudju dawn jiġu mislufa wkoll strument millkażin

tal-banda sabiex ikomplu jistudjaw u

joħorġu jdoqqu fis-servizzi li jkollha l-Għaqda

matul is-sena.

Għal iktar informazzjoni dwar il-banda llum

wieħed jista’ jiċċekkja l-page tagħna fuq Facebook

taħt l-isem Mount Carmel Band Club jew jaqbeż

qabża sal-Każin tal-Banda l-Ġimgħa filgħaxija u

jsaqsi għal xi membru tal-Kumitat tal-Banda.

F’isem il-Kummissjoni Banda nawgura l-festa t-

tajba lill-Gżirjani kollha!

25

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!