23.06.2017 Views

24

• No tags were found...

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Roxanne Bugeja

Segretarja

Kummissjoni Banda

Il-festa ċelebrazzjoni...

Il-marċi fit-toroq, il-programmi mużikali, u t-tagħlim tal-mużika,

huma fost l-attivitajiet ewlenin li joħolqu l-iskop t’għixien ta’ każin

tal-banda. Sena wara sena l-Kummissjoni Banda taħdem fi ħdan l-

Għaqda Mużikali Mount Carmel biex permezz ta’ dawn it-tliet attivitajiet

tibni dejjem iktar il-preġju ta’ isimha.

Bħas-snin ta’ qabilha, din is-sena kienet ukoll waħda

impenjattiva għall-banda tagħna. Nibdew bil-fatt li fid-29 ta’ Ġunju

2016 ippubblikajna CD ta’ rrikordjar ta’ sett marċi ġodda bit-titlu

“Tifħira li Tixraq”. Fl-istess ġimgħa l-banda ħadet sehem fiċċelebrazzjoni

tar-restawr tas-saqaf tal-Knisja Parrokkjali tal-Gżira

fejn preżenti għall-okkażjoni kien hemm ukoll l-Arċisqof Mons.

Charles Scicluna. Dawn iż-żewġ avvenimenti wasslu għall-ftuħ ta’

ġimgħa impenjattiva ħafna għal-lokal tagħna fejn iċċelebrajna l-

festa tagħna l-Gżirjani, dik tal-Madonna tal-Karmnu.

Għal ħafna nies il-festa tfisser ċelebrazzjoni, però wieħed irid

jiftakar li huwa permezz ta’ ħafna xogħol li jsir minn wara l-kwinti

li tittella’ l-festa tal-lokal. Minbarra l-marċi, li bihom il-banda

tagħna animat it-toroq Gżirjani matul din il-ġimgħa, f’Sibt il-festa

l-Għaqda Mużikali Mount Carmel tellgħet il-programm

strumentali u vokali annwali fuq iz-zuntier tal-knisja fejn fost

diversi siltiet li ndaqqu nsibu Disney Film Favourites, Centuries,

Tifħira li Tixraq u l-Innu lill-Madonna tal-Karmelu. Il-banda tagħna

ma tagħtix biss is-servizz tagħha fil-Gżira. Matul din is-sena morna

ndoqqu wkoll f’Santa Venera, Stella Maris f’Tas-Sliema u fil-festa

tal-Bambina fl-Isla.

Hekk kif għaddew il-festi bdejna naħsbu għat-tħejjija talattivitajiet

tal-Milied u ftit xhur wara dawk tal-Ġimgħa l-Kbira. Din

is-sena nistgħu ngħidu li saħħaħna iktar il-kwalità ta’ dawn ilprogrammi.

Fost is-siltiet tal-programm tal-Milied, li sar fil-

Kappella tar-Redentur (Gżira), insibu Scenes from the Nutcracker,

Brindisi (Traviata) u The Prayer bil-parteċipazzjoni tal-kantanti Aldo

Busuttil, Lara Dimech u Karin Catania.

Fl-istess okkażjoni żewġ alljievi ġew ippreżentati b’ċertifikat mis-

Surmast Direttur George Debono u mogħtija l-uniformi tas-Soċjetà

mill-President Joseph Spiteri. Sven Mallia Harmsworth u Nathan

Debono, il- bandisti l-ġodda tal-Għaqda Mużikali Mount Carmel,

ħarġu jdoqqu bi prova għall-ewwel darba fis-servizz ta’ lejliet il-

Milied li għadda.

Fil-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa, li sar fil-Knisja Parrokkjali,

il-Banda wkoll uriet il-livell għoli tagħha billi fost is-siltiet li

ndaqqu kellna Sursum Corda, Mater Dolorosa, u Adagio Op. 42 ta’

Freddie Mizzi. Ta’ min ifakkar li programmi bħal dawn isiru biss

permezz ta’ ħafna preparamenti u xogħol minn qabel.

24

ikompli f’paġna 25

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!