04.02.2013 Views

Miguel Borg - Bank of Valletta

Miguel Borg - Bank of Valletta

Miguel Borg - Bank of Valletta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Bank of Valletta kien l-uniku

parteċipant dirett minn Malta fl-eżerċizzju ta’ stress testing

organizzat mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fil-pajjiżi

kollha tal-UE. Il-BOV kiseb riżultati tajbin fis-sentejn li huma,

bħala riżultat tal-ġestjoni prudenti tal-kapital, tal-attitudni

kawta lejn ir-riskju u tal-politika responsabbli u sostenibbli

dwar il-ħlas tad-dividends attwata mill-Bank.

B’riżultat tal-aktar kriżi finanzjarja qawwija fl-istorja reċenti,

il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew waqqfu l-Awtorità

Bankarja Ewropea (EBA) sabiex tassumi r-rwol ta’ awtorità

superviżorja ġdida mal-UE kollha u tkun responsabbli

prinċipalment li tassigura l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja,

t-trasparenza tas-swieq u mill-ħarsien tad-depożitanti

u l-investituri. L-għodda prinċipali użata mill-EBA għallanaliżi

mikro-prudenzjali tagħha huwa l-eżerċizzju ta’ stress

testing imwettaq madwar il-pajjiżi kollha tal-UE li jitmexxa

b’kooperazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju

Sistemiku (ESRB).

L-eżerċizzju ta’ stress testing jevalwa r-reżistenza tal-banek

prinċipali Ewropej quddiem ipotesi ta’ xokkijiet ekonomiċi

estremi permezz ta’ metodoloġiji u suppożizzjonijiet

konsistenti. L-eżerċizzju tal-2011 jittestja r-reżistenza talbanek

fuq perspettiva ta’ sentejn fl-isfond ta’ deterjorament

qawwi fl-ambjent makroenomiku. Il-banek kollha li

pparteċipaw ġew soġġettati għal xenarju avvers mfassal mill-

Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li kien jinkludi devjazzjonijiet

sostanzjali mill-figuri tal-punt tat-tluq (baseline figures) firrigward

tal-varjanti ekonomiċi prinċipali bħall-Prodott Gross

Domestiku, ix-xogħol u l-prezzijiet tad-djar. Barra minn hekk,

it-test kien jinkludi tnaqqis fil-prezzijiet tas-suq fir-rigward talpożizzjonijiet

kollha tal-gvern fit-trading book.

Fil-każ ta’ Malta, il-BĊE assuma xenarju fejn l-ekonomija

tonqos b’ċifra sostanzjali ta’ 3.1% fl-2011, liema tnaqqis ikun

segwit b’irkupru ta’ biss 0.5% fl-2012. Il-BĊE assuma ukoll

li l-qgħad jitla’ għal 8.8% fl-2012 u li l-prezzijiet tal-proprjetà

jaqgħu b’6.3% fl-2011 u b’rata qawwija ta’ 23.8% fl-2012.

Dawn is-suppożizzjonijiet użati għall-eżerċizzju ta’ stress

testing u li ma jirrappreżentawx tbassir għall-perspettiva

tas-sentejn taħt konsiderazzjoni, kienu meqjusa li huma

estremi meta mqabbla mat-tbassir ekonomiku uffiċjali tal-UE

għal Malta u mal-esperjenza tal-imgħoddi. Minkejja dawn

il-kondizzjonijiet iebsin ħafna, il-BOV għadda minn dan

l-eżerċizzju ta’ stress testing b’riżultati tajbin, fejn anki spiċċa

mal-ewwel ħmistax meta mqabbel mad-90 bank parteċipant

li kienu jirrappreżentaw 65% tas-sistema bankarja tal-UE.

Verament, il-ratio tal-kapital Core Tier 1 tal-Bank, li jirrelata

l-fondi tal-azzjonisti mal-assi risk-weighted, niżel bi ftit għal

10.4% fl-isfond ta’ dan ix-xenarju avvers meta mqabbel mal-

10.5% irreġistrat fl-aħħar tal-2010. Mill-banek parteċipanti

kollha, tmienja ma rnexxilhomx jilħqu l-pass mark ta’ 5%,

filwaqt li sittax oħrajn għaddew mit-test b’mod marġinali.

L-eżerċizzju wera li l-karta tal-bilanċ tal-BOV bil-kemm tkun

mittiefsa f’każ ta’ reċessjoni ekonomika qawwija, inkluż

jekk ikun tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet tal-proprjetà fuq

perjodu ta’ sentejn. Dan ma jfissirx li l-Bank, anzi s-settur

bankarju kollu, ma jħossx l-impatt taċ-ċikli makro-ekonomiċi.

Madankollu, dan ir-riżultat huwa xhieda tal-istabbiltà tassettur

finanzjarju domestiku, li rnexxilu jegħleb il-Kriżi l-Kbira

tal-2007-2009, u li huwa armat għal xokkijiet qawwijin

ħafna, irrispettivament minn kemm jistgħu jkunu improbabbli

ċirkustanzi bħal dawn.

11

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!