04.02.2013 Views

Miguel Borg - Bank of Valletta

Miguel Borg - Bank of Valletta

Miguel Borg - Bank of Valletta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Suġġett li dwaru l-azzjonisti tal-Bank

isaqsu ta’ spiss huwa dak dwar ittaxxa

li titħallas fuq id-dividends tal-

BOV. Għalhekk qed inġib hawn taħt

l-aktar mistoqsijiet komuni li intom

tistaqsu dwar dan is-suġġett, kif ukoll

it-tweġibiet u l-ispjegazzjonijiet rispettivi.

Din l-informazzjoni m’għandhiex bħala

għan li sservi ta’ parir dwar it-taxxa u

qed tingħata biss bħala informazzjoni

ġenerali.

Minn fejn nista’ nikseb għajnuna biex

nimla l-prospett tat-taxxa tiegħi, u

x-tip ta’ dokumenti huma meħtieġa

biex nista’ nitlob ħlas lura tat-taxxa

mħallsa fuq id-dividends li nkun

irċevejt fuq l-ishma tal-BOV tiegħi?

Kwalunkwe għajnuna dwar il-mili

tal-prospett tat-taxxa tiegħek u/jew

dwar it-trattament tat-taxxa mħallsa

fuq id-dividends għandha tinkiseb

mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni jew

konsulent tat-taxxa professjonali. Il-Bank

ma jistax jagħti pariri dwar it-taxxa lillazzjonisti

tiegħu.

Madankollu, il-Bank jista’ jagħtik evidenza

tat-taxxa mħallsa fuq il-pagament taddividends

tiegħek f’għamla ta’ avviż

tad-dividends, li tista’ tużah biex issostni

kwalunkwe talba għal ħlas lura tat-taxxa

mingħand il-Kummissarju tat-Taxxi

Interni.

Għaliex it-taxxa titnaqqas bir-rata

ta’ 35%, u għaliex ma nistax nirċievi

d-dividends tiegħi mill-BOV mingħajr

ma titnaqqas it-taxxa minnhom?

Mistoqsija li tqum minn żmien għal żmien

hija għaliex id-dividends li jitħallsu fuq

l-ishma tal-BOV ma jiġux intaxxati birrata

ta’ 15%, bħal fil-każ tal-imgħax fuq

il-bonds.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-Att dwar it-

Taxxa fuq l-Income (Kapitlu 123 tal-liġijiet

Important Dates

ta’ Malta) u l-Att dwar l-Amministrazzjoni

tat-Taxxa (Kapitlu 372 tal-liġijiet ta’ Malta),

it-trattament fiskali tad-dħul mill-bonds

huwa differenti mit-trattament fiskali taddħul

mill-ishma. Il-bonds iħallsu imgħax,

li huwa suġġett għal-Final Witholding Tax

bir-rata ta’ 15%. Id-detentur ta’ bonds

jista’ jagħzel li tinqatagħlu din it-taxxa

mill-ewwel, imma jista’ wkoll jagħzel li

jirċievi l-pagament sħiħ mingħajr taxxa

mnaqqsa.

Min-naħa l-oħra l-ishma jħallsu

d-dividends, li huma suġġetti għal

trattament fiskali differenti. L-ewwel

ħaġa, f’Malta t-taxxa fuq id-dividends

tinqata’ mill-ewwel, u għal din ir-raġuni

ma teżiżtix l-għażla li wieħed jirċievi

l-pagament tad-dividend fuq l-ishma tal-

BOV mingħajr tnaqqis tat-taxxa. It-tieni

ħaġa, ir-rata tat-taxxa mħallsa tiddependi

mit-tip tad-dħul minn fejn jitħallsu

d-dividends.

B’mod ġenerali, id-dħul tal-Bank

jiġi kklassifikat skont in-natura talattivitajiet

li minnhom ikun ġie ġġenerat

l-istess dħul. Dan id-dħul mbagħad jiġi

ddepożitat fir-riżervi (jew kontijiet) adattati

skont id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi

rilevanti. Imbagħad id-dividends jitħallsu

minn dawn ir-riżervi, u kull riżerva hija

suġġetta għal rata speċifika ta’ taxxa.

Jekk dividend jitħallas minn riżerva li hija

suġġetta għal rata ta’ taxxa ta’ 35%,

allura d-dividend irid jeħel taxxa ta’ 35%,

u kif intqal aktar ’l fuq, it-taxxa tinqatà

mill-ewwel u m’hemmx għażla li wieħed

jista’ jirċievi l-pagament mingħajr tnaqqis

ta’ taxxa.

Eżempju reċenti huwa l-ħlas taddividend

interim tal-Bank fit-28 ta’ Mejju

2011, li tħallas minn riżerva msejħa

l-‘Immovable Property Account’, li hija

suġġetta għal taxxa ta’ 35%.

Ir-riżervi li minnhom jitħallsu d-dividends

flimkien mal-ammont tad-dividends

mħallsa minn kull riżerva u r-rata tattaxxa

applikabbli għal kull riżerva huma

murija fuq l-avviż tat-taxxa.

Jekk jien mhux residenti f’Malta u

nħallas it-taxxa f’pajjiżi, japplika

għalija wkoll dan t’hawn fuq?

Iva. Madankollu bħala persuna mhux

residenti f’Malta tista’ tkun eliġibbli li

titlob ħlas lura tat-taxxa mħallsa hawn

Malta mingħand il-Kummissarju tat-Taxxi

Interni u tista’ tagħmel użu mill-avviżi

ta’ taxxa mogħtija lilek mill-Bank biex

issostni t-talbiet tiegħek.

X’inhi s-sitwazzjoni fiskali tal-ishma

bonus?

Is-sitwazzjoni fiskali tal-ishma bonus

hija l-istess bħal dik tal-pagamenti

tad-dividends. Fil-fatt, skont l-Att dwar

it-Taxxa fuq l-Income, id-dividends

jinkludu l-ishma bonus. F’termini

sempliċi, meta kumpanija toħroġ ishma

bonus, hija tkun qed tqassam il-profitti

lill-azzjonisti tagħha, li madankollu jkunu

qed jiġu kapitalizzati f’għamla ta’ ishma

bonus.

Fil-mument li l-Bank jalloka l-ishma

bonus lill-azzjonisti tiegħu, huwa jibgħat

avviż tat-taxxa lill-azzjonist li fuqu jkunu

jidhru l-ammont qabel it-tnaqqis tattaxxa,

l-ammont tat-taxxa u l-ammont

wara t-tnaqqis tat-taxxa fir-rigward talallokazzjoni

tal-ishma bonus.

Iċ-ċertifikat jirrappreżenta avviż ta’

dividend u wieħed jista’ jużah biex isostni

talbiet għall-ħlas lura ta’ xi taxxa bl-istess

mod li wieħed jista’ jitlob ħlas lura ta’

taxxa fuq pagamenti ta’ dividends.

Dejjem tiegħek,

Stefan Kottmann Soler

Investor Relations Officer

Board approval of Group Financial Statements - Friday 28 October 2011

Press Conference and Stockbrokers'/Analysts' Meeting - Friday 28 October 2011

Annual General Meeting - Friday 16 December 2011

13

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!