04.02.2013 Views

Miguel Borg - Bank of Valletta

Miguel Borg - Bank of Valletta

Miguel Borg - Bank of Valletta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

X’inhu l-għan tal-LĠA?

Waqt laqgħa ġenerali annwali, l-kumpanija tagħti tagħrif dwar

ir-riżultati tas-sena finanzjarja li tkun qed tintemm u tinforma

lill-azzjonisti dwar il-pjanijiet tan-negozju għall-futur. L-azzjonisti

jkollhom l-opportunità li jivvutaw fuq materji li jiġu mressqa fillaqgħa

u anki li jagħmlu mistoqsijiet pertinenti fuq dawn il-materji.

Il-LĠA tittratta dak li fil-Listing Rules tal-Awtorità għas-Servizzi

Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) jissejjaħ “in-negozju ordinarju”

jiġifieri l-aċċettazzjoni tal-kontijiet annwali, id-dikjarazzjoni ta’

dividend, il-ħatra mill-ġdid tal-Bord tad-Diretturi (li għaliha jista’

jkun hemm il-ħtieġa ta’ elezzjoni), il-ħatra mill-ġdid tal-awdituri

u l-awtorizzazzjoni lill-Bord biex jiffissa l-ħlasijiet lill-awdituri.

It-tieni nett, il-LĠA tista’ tindirizza “negozju straordinarju” ieħor

bħal emendi fl-Istatut Legali tal-kumpanija.

Min jista’ jieħu sehem fil-LĠA?

Il-parteċipazzjoni hija ristretta għall-azzjonisti li jkunu reġistrati

bħala tali fir-Reġistru tal-azzjonisti tal-kumpanija fir-Record

Date. Skond il-Listing Rules, ir-Record Date hi d-data li tiġi 30

ġurnata qabel il-LĠA.

Fil-każ ta’ ishma miżmuma f’ismijiet konġunti, l-avviż jinħareġ

f’isem l-azzjonist li ismu jidher l-ewwel fir-Reġistru u dan

l-azzjonist biss jista’ jattendi l-Laqgħa. Madankollu, fil-każ ta’

ishma miżmuma f’ismijiet konġunti minn raġel u martu, jistgħu

jattendu t-tnejn li huma għal-laqgħa, għalkemm jinħareġ biss

dokument ta’ vot wieħed.

Meta jinħareġ l-avviż tal-LĠA lill-azzjonisti?

X’dokumentazzjoni oħra jirċievu l-azzjonisti?

Kumpaniji kkwotati fil-Borża ta’ Malta huma mitluba li jagħtu lillazzjonisti

avviż bil-quddiem tal-LĠA ta’ mhux inqas minn 21 jum,

u dan jintbagħat flimkien ma’ ċirkulari li sservi ta’ spjega, l-ismijiet

ta’ dawk nominati għall-elezzjoni ta’ diretturi (jekk tkun se ssir

elezzjoni), dokument ta’ prokura (proxy form, kif spjegat hawn

taħt) kif ukoll kopja tar-Rapport Annwali u l-Bilanċi Finanzjarji.

Jista’ azzjonist jaħtar terza persuna biex tivvota

f’ismu jew f’isimha fil-LĠA?

Iva. Id-dokument ta’ prokura jrid tasal għand il-Bank (inkluż

fil-format elettroniku jekk ser jintuża dan il-format) mhux inqas

minn 48 siegħa qabel il-ħin tal-LĠA.

Filwaqt li prokuratur ma jistax jittrasferixxi l-prokura tiegħu

lil persuna oħra, azzjonist jista’ jagħżel li jirrevoka prokura

mogħtija minnu sakemm il-Bank ikun avżat b’dan sa 48 siegħa

qabel il-ħin tal-LĠA.

Azzjonist jista’ jagħżel li jispeċifika fil-formola ta’ prokura kif ilprokuratur

tiegħu għandu jivvota. Din tissejjaħ prokura vvutata

minn qabel u għalhekk il-prokura fiha nnifisha tikkostitwixxi vot.

Madankollu, l-prokuratur xorta waħda huwa meħtieġ li jattendi

l-laqgħa biex il-vot ikun validu.

X’dokumenti jrid jippreżenta azzjonist jew ilprokuratur

tiegħu sabiex ikun jista’ jidħol għal-LĠA?

Id-dokumenti li jridu jiġu ppreżentati huma d-Dokument tal-

Aċċess li huwa parti mill-formola ta’ prokura li jkun irċieva kif

ukoll il-karta tal-identità tiegħu.

Wara li jiġi reġistrat, l-azzjonist jew il-prokuratur jinħariġlu

dokument tal-vot. Fil-każ fejn il-formola ta’ prokura li kienet

ġiet ippreżentata lill-Bank kienet waħda vvutata minn qabel,

il-prokuratur ma jingħatalux dokument tal-vot.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali (LĠA) tal-BOV li tmiss

se ssir fil-Grand Master Suite, il-Lukanda Hilton

Malta, San Ġiljan fis-16 ta’ Diċembru 2011 fl-16.30.

9

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!