04.02.2013 Views

MINUTI KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ IS-SITT ... - Lc.gov.mt

MINUTI KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ IS-SITT ... - Lc.gov.mt

MINUTI KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ IS-SITT ... - Lc.gov.mt

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

MINUTI

KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ

IS-SITT LEĠISLATURA

LAQGĦA NUMRU WIEĦED U ERBGĦIN

8 ta’ April, 2011

Il-Kunsill Lokali Żurrieq iltaqgħu fl-Uffiċċju Amministrattiv tiegħu li jinsab flindirizz

Ċentru tal-Komunita Joe Cassar, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq fis-6.20

ta’ filgħaxija.

PREŻENTI

Is-Sindku Silvio Izzi Savona u l-Viċi Sindku Charmaine Christiano Grech u l-

Kunsilliera Joseph D’Amato, Claudio Zammit (avża li ser jattendi ftit tard),

Raymond Grixti, Dino Bonnici, Kenneth Farrugia u Mauro Pace Parascandalo u ċ-

Chairperson tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Bubaqra Pierre Farrugia.

SKUŻATI

Il-Kunsillier Mario Ellul ma setgħax jattendi għax kien għadu xogħol.

UFFIĊĊJAL PREŻENTI

Is-Segretarju Eżekuttiv Josianne Cilia Mumford.

MINUTI

Is-Sindku Silvio Izzi Savona ppreseda l-laqgħa.

41.1 Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-Minuti

41.1.1 Fir-rigward ta’ punt 40.3.1 ‘Triq ta’ Ħal Millieri’ għandha

tinqara ‘Triq Tal-Ħniena’.

41.1.2 Fir-rigward ta’ punt 40.3.2 il-Viċi Sindku Charmaine

Cristiano Grech infurmat li kellha laqgħa mal-Kap taliskola

Primarja – Mrs Dalmas fejn qablet li jsir il-Family

Hort Course wara l-ħinijiet tal-iskola. Għandha ssir

laqgħa oħra fejn jiġi ffinalizzat dan il-kunċett.

41.1.3 Il-Minuti tas-Seduta numru 40 ġew approvati hekk kif

emendati.

41.2 Approvazzjoni tal-Minuti tal-Kumitat Amministrattiv

ta’ Bubaqra.

Minuti Seduta 41-06 1

41.2.1 Ġew approvati l-minuti tal-laqgħa numru 10 tal-Kumitat

Amministrattiv ta’ Bubaqra.

41.3 Kommunikazzjoni mis-Sindku

41.3.1 Is-Sindku qal li tkellem mal-Kap tal-iskola Primarja Mrs

Dalmas fejn infurmatu li għal Jum iż-Żurrieq l-istudenti

ta’ Year 4, 5 u 6 ser ikollhom l-eżamijiet u għalhekk ma

setgħux jattendu għaċ-ċerimonja. Il-projection li kull

sena ssir waqt il-quddiesa ma kienetx ser issir lanqas,

minħabba li l-għalliema li normalment jieħdu ħsieb ser

ikunu mpenjati bl-eżamijiet.

Mrs Dalmas offriet li għaċ-ċerimonja jkunu preżenti ttfal

tal-Year 3 biss. Hi qalet li tali tfal mhux possibbli li

jieħdu sehem fl-isports wara l-quddiesa minħabba li

għadhom żgħar wisq.

41.3.2 Il-Kunsillier Raymond Grixti ssuġġerixxa li l-Kunsill

jagħmel leaflet fuq Jum iż-Żurrieq u jitqassam lit-tfal

preżenti waqt iċ-ċerimonja.

Kien hemm qbil li jsir book mark u jitqassam lil dawk

preżenti u fil-librerija taż-Żurrieq.

Tali book mark ser jieħu ħsieb li jagħmlu l-Kunsillier

Mauro Pace Parascandalo.

41.3.3 Is-Segretarju Eżekuttiv qalet li ġabret kwotazzjoni millkumpanija

tal-insurance li l-Kunsill hu assigurat magħha,

fuq assigurazzjoni tal-5 ġonna fiż-Żurrieq. Tali

kwotazzjoni tlaħħaq it-€3,053.

Kien hemm qbil li n-nefqa hi għolja wisq u għalhekk ma

kienx hemm qbil li l-kunsill jinxurja l-ġonna taż-Żurrieq.

41.3.4 Fir-rigward tal-email li l-Kunsill irċieva mingħand il-

Kumpanija TCTC fejn naqqset is-somma għall-kors tal-

ETFAL minn €1,100 għal-€300, kien hemm qbil li l-

Kunsill jaċċetta tali nefqa u l-kors jibda fis-sajf li ġej.

41.3.5 Is-Segretarju Eżekuttiv infurmat lill-Kunsill, li l-Perit Paul

Micallef talab li jpoġġi tower crane fi Triq Tal-Bebbux u

li jixtieq japplika għal madwar 9 xhur.

Kien hemm qbil li jingħata l-permess meħtieġ.

41.3.6 Is-Segretarju Eżekuttiv infurmat li l-istimi miġbura fuq

WIFI fi 3 ġonna kienu mingħand GO u Melita.

Kien hemm qbil li s-Segretarju Eżekuttiv tieħu parir

Minuti Seduta 41-06 2

mingħand persuna professjonali u jiġi ffirmat kuntratt

ta’ prova għal sena fi Ġnien il-Bennej.

41.3.7 Is-Segretarju Eżekuttiv ġibdet l-attenzjoni fuq kont tal-

ARMS li l-Kunsill irċieva fuq elettriku tal-Mitħna tax-

Xarolla. Tali kont ilaħħaq is-somma ta’ €12,078.38.

Kien hemm qbil li jiġi ċċekjat sew jekk il-metre jinkludix

il-kappella u xi postijiet oħra għaliex ma jistax ikun li ddawl

tal-Mitħna biss ilaħħaq għal din is-somma.

Barraminnhekk kien hemm qbil li jsir timer sabiex il-

Mitħna ma tibqax tixgħel il-lejl kollu.

41.3.8 Is-Segretarju Eżekuttiv ġibded l-attenzjoni fuq ilment li

rċeviet mingħand is-Sur Ivan Schembri, li jrid li jsiru 2

parking bays fi Triq il-Kbira faċċata tal-ħanut tiegħu

minħabba li resident qed jokkupa l-ispazju ta’ żewġ

vetturi u mhux jagħti ċans lil min jipparkja.

Ma kienx hemm qbil li jsiru tali parking bays biex il-

Kunsill ma jidħolx f’tilwiem bejn il-ġirien.

Is-Sur Ivan Schemri talab ukoll li jsiru yellow lines

quddiem il-garaxx tiegħu u jittawlu sa’ metru ‘l bogħod

biex ikun jista joħroġ u jidħol fil-garaxx li jinsab fi Triq

Ta’ Ciantar.

Kien hemm qbil li tali linji ma jsirux għax ħafna mirresidenti

Żrieraq għandhom l-istess problema u jkun

impossibbli li jsiru linji għal kull min jitlob.

41.3.9 Is-Segretarju Eżekuttiv ġibdet l-attenzjoni li fir-rigward

tat-talba li saret fl-aħħar seduta fejn kien hemm qbil li

tinġabar kwotazzjoni għal survey ta’ Vjal ix-Xarolla, fejn

min jagħmel tali survey jagħmel il-proposti tiegħu fuq ittibdil

ta’ traffic management tal-akwata. Mill-periti li

ġew avviċinati 2 kienu dawk li taw stima tax-xogħol

meħtieġ. Dawn kienu:

Perit William Lewis – €700 eskluż il-VAT

Kumpanija EMDP – €1,500

(Mehmuż Dok 41 B)

Kien hemm qbil li tali servizz jittieħed mingħand il-Perit

William Lewis, minħabba li kellu l-orħos stima. Kien

hemm qbil li l-Kunsill jistieden lill-Perit Lewis għasseduta

li jmiss biex ifiehem lill-kunsill il-proposti tiegħu.

41.3.10 Il-Kunsillier Dino Bonnici qal li saru xi marki fi Vjal ix-

Xarolla u staqsa jekk il-Kunsill kienx infurmat bix- xogħol

li ser isir.

Peress li l-Kunsill mhux infurmat b’dan, kien hemm qbil

Minuti Seduta 41-06 3

li tinkiteb email lill-Perit Cordina mit-TM.

41.3.11 Is-Segretarju Eżekuttiv qalet li t-TM qed titlob permess

mill-Kunsill biex isir storm water culvert minn Triq Dun

Ġużepp Barbara (li jagħddi minn ġo l-għelieqi). Kien

hemm qbil li l-Kunsill ma jsibx oġġezzjoni.

41.3.12 Fir-rigward tat-talba li saret mis-Soċjeta’ Mużikali Santa

Katarina fejn il-Kunsill intalab li minħabba l-ħruq tan-nar

tal-art fi Vjal il-Blue Grotto, ġie mitlub li jitneħħew ilgabbani

tal-festa minħabba l-periklu li inħoloq is-sena loħra,

il-Kunsill osserva li għalkemm il-kunsill kien ta

ordni li waqt il-ħruq tan-nar il-gabbani jieqfu mill-bejgħ

u jagħlqu l-gabbani, ma kienx hemm kontroll millpulizija

u xorta baqa’ għaddej il-bejgħ.

41.4 Jum iż-Żurrieq

Fi Vjal il-Blue Grotto minn Triq Dun Ġużepp Zammit sa

Triq il-Qrendi hemm 9 gabbani involuti. Kien hemm qbil

li f’seduta oħra, jiġu msejħa s-sidien sabiex jitilgħu bilpolza

biex jitpoġġew fi Triq il-Qrendi (fil-parti tac-central

strip tal-bebbux). Jekk ma joqgħodux kollha, l-gabbani

jitpoġġew wara l-aħħar wieħed li jarma fi Vjal il-Blue

Grotto sabiex il-parti fejn ikun hemm il-ħruq tan-nar

tibqa’ vojta għall-festa ta’ Santa Katarina.

41.4.1 Is-Segretarju Eżekuttiv ġibdet l-attezjoni tal-Kunsill fuq littra

li l-Kunsill irċieva mis-Soċjeta’ Mużikali Santa

Katarina fejn tgħid li m’aċċettatx li tagħmel programm

fuq il-pjanċier, imma lesta li tagħti servizz ta’ marċ

bħalma jsir is-soltu.

Kien hemm qbil fuq dan.

F’dan il-ħin il-Kunsillier Claudio Zammit daħal għasseduta(

7:50pm)

41.4.2 Il-Ħadd 29ta’ Mejju, 2011

Il-Kunsillier Raymond Grixti qal li minħabba li l-Mitħna

hi żgħira biex tilqa lill-mistiedna li kien iddeċieda lkunsill

li jistieden fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-wirja talartiġjanat,

issuġġerixxa li r-riċeviment li ser isir wara linawgurazzjoni

tal-wirja jsir fid-Day Centre tal-Anzjani fi

Triq l-imqabba.

Kien hemm qbil li jekk it-temp ikun tajjeb, ir-riċeviment

isir fil-mitħna jew fil-parapett tal-mitħna, imma l-Kunsill

jibbukkja s-sala tad-Day Centre xorta waħda ħalli jekk

ikun maltemp ikrah ir-reċiviment isir fis-sala.

Minuti Seduta 41-06 4

41.4.3 Il-Ħadd 29 ta’ Mejju, 2011

Il-Kunsillier Raymond Grixti qal li kellu laqgħa mas-Sur

Rokku Farrugia (kif kien miftiehem fl-aħħar seduta) u

dan infurmah li lest li jorganizza 8 timijiet ta’ futbol ta’

5-a-side –il wieħed. Li jkun hemm bżonn mill-Kunsill hu

li jsib żewġ referees, 3 blalen, 40 midalja u tazza għattim

rebbieħ.

Kien hemm qbil li l-Kunsillier Dino Bonnici jitkellem

maż-Żurrieq FC biex jinkera l-ground il-kbir tal-futbol u

ż-Żurrieq FC tkun inkarigata li tbiegħ ilma/energy drinks

(bi qliegħ għaliha).

Il-Kunsillier Kenneth Farrugia qal li ż-Żurrieq Scout

Group, iridu li l-Kunsill jgħinhom finanzjarjament billi

jorganizzaw attivita’ għall-Jum iż-Żurrieq u hu żied jgħid

li jekk il-Kunsill ma kienx lest li jgħinhom, ġie nfurmat

miż-Żurrieq Scout Group, li huma kienu lesti li

jibbojkotjaw il-Half Marathon ta’ Novembru.

Il-walking tour ser jieħu ħsiebhu l-Kunsillier Mauro Pace

Parascandalo.

Fir-rigward tal-final tal-logħba tal-boċċi li ssir kull sena

fil-Guy Boċċi Klabb kien hemm qbil li l-Kunsill jerġa

jgħamel it-tazzi li jagħmel kull sena.

Il-Kunsillier Mauro Pace Parascandalo ssuġġerixxa li

jorganizza sport event għat-tfal fil-pitch tal-boċċi li

hemm fil-gwrands tal-Bebbux. Kien hemm qbil fuq dan.

Il-Kunsillier Joseph D’Amato qal li ma jistax ikun li l-

Kunsill jibqa’ jorganizza attivitajiet bil-parteċipazzjoni

tal-istess għaqdiet/soċjetajiet tar-raħal askapitu ta’

għaqdiet oħra fiż-Żurrieq.

Hu żied jgħid li l-Kunsill għandu jagħti opportunitajiet

lill-għaqdiet li ma tantx kellhom opportunita li jieħdu

sehem f’attivitajiet mal-Kunsill.

41.4.4 Minħabba li għat-Tlieta 31 ta’ Mejju, 2011 il-Kunsill ma

ħasibx li jorganizza attivitajiet, kien hemm qbil massuġġeriment

tas-Sindku li jekk jirnexxielu jġib palk

b’xejn – tiġi organizzata attivita’ mużikali bilparteċipazzjoni

ta’ mużiċisti Żrieraq.

F’dan il-ħin il-Kunsillier Joseph D’Amato ħareġ misseduta

( 8:25pm)

Minuti Seduta 41-06 5

41.4.5 Kien hemm qbil li t-tqegħid tal-fjuri jsir fl-1 ta’ Ġunju,

fis-7.30pm u wara jsir il-marċ mil-banda tas-Soċjeta’

Mużikali Santa Katarina.

41.4.6 Is-Segretarju Eżekuttiv ġibdet l-attenzjoni tal-Kunsill fuq

l-ittra li l-Kunsill irċieva mingħand is-Soċjeta’ Mużikali

Santa Katarina fejn talbet lill-Kunsill sabiex fl-okkażżjoni

ta’ Jum iż-Żurrieq fit-tqeg]id tal-kuruni, tiġi mpoġġija

wkoll kurina fuq il-monument ta’ Santa Katarina VM li

jinsab f’Misraħ ir-Repubblika.

Is-Sindku ssuġġerixxa li jitqiegħdu dawn il-kuruni kif

mitlub, u l-Kunsilliera Dino Bonnici, Mauro Pace

Parascandalo u Kenneth Farrugia żiedu li jaqblu.

Il-Kunsillier Claudio Zammit qal li din iċ-ċerimonja hija

ċerimonja ċivili u profana, u m’għandu jkollha ebda

element reliġjuż. Il-Kunsill hu bħala gvern mhux bħal

għaqda reliġjuża. Din hi ċerimonja li tfakkar u tagħti

ġieh lir-raħal, iżda mhux lil xi qaddisa jew lill-

Madonna. Fakkar li l-Kunsill ħa deċiżjoni fuq din l-istess

kwistjoni inqas minn tnax-il xahar ilu, fejn fuq l-istess

argument li kien għadu kemm qed iġib issa, il-Kunsill

kien qabel illi ma jitqegħdux kuruni fuq dan il-post. Qal

ukoll li uħud minn dawk il-kunsilliera stess li llum qalu li

jaqblu li jitqiegħdu dawn il-fjuri, inqas minn sena ilu

argumentaw eżattament bil-kuntrarju. Qal li hu

personalment lest joqgħod għal u josserva kull deċiżjoni

tal-Kunsill, pero’ jekk il-Kunsill idawwar din id-deċiżjoni

li għadha friska, il-membri li jaċċettaw dan it-tqegħid ta’

fjuri jkunu qed jesponu lilhom infushom u lill-Kunsill

għar-redikolu.

Il-Kunsillier Claudio Zammit qal ukoll illi din mhi xejn

differenti miċ-ċerimonji li jagħmel il-gvern ċentrali

f’diversi festi nazzjonali, fejn iqiegħed kuruni fuq

monumenti ċivili u mhux quddiem statwa ta’ xi qaddisa

jew oħra.

Hu żied jgħid li, għal dawn ir-raġunijiet, u għallkonsistenza,

ser iżomm l-istess pużizzjoni li żamm issena

l-oħra.

41.4.7 Il-Kunsillier Dino Bonnici qal li meta ra l-ittra li bagħtet

is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina dehrlu li wara dak li

ġara s-sena l-oħra waqt l-istess ċerimonja, meta

għalkemm fil-Kunsill kien hemm qbil li ma jitpoġġewx

kuruni fuq l-istess monument u xorta waħda s-Sindku u

Minuti Seduta 41-06 6

Kunsillier marru mal-istess soċjeta’ jpoġġu l-fjuri,

jipproponi li jippreferi li jekk għandu jsir hekk isir bi qbil

fil-Kunsill milli jkunu żewġ membri biss li jpoġġu kuruni

f’isem il-Kunsill.

41.4.8 Il-Kunsillier Kenneth Farrugia qal li dak inhar hu aġixxa

bħala ċittadin u mhux bħala Kunsillier u din is-sena

jaqbel u ma jaqbilx il-Kunsill, hu ser jerġa jaġixxi kif

aġixxa s-sena l-oħra u ser jerġa jmur ipoġġi kuruna fuq

dan il-monument.

41.4.9 Il-Kunsillier Mauro Pace Parascandalo qal li s-sena loħra

l-Kunsilliera li ma marrux mas-Sindku u mal-

Kunsillier Farrugia ġew f’pożizzjoni kerha mal-istess

soċjeta’. Hu żied jgħid li m’għandux oġġezzjoni li l-

Kunsill ipoġġi kuruna imma dan għandu jsir mill-Kunsill

kollu. Hu żied jgħid li jekk il-Kunsill ma jaqbilx li jpoġġi

kuruna mal-monument ta’ Santa Katarina u jkun jaf li s-

Sindku ser jerġa jagħmel dak li għamel is-sena l-oħra

(għalkemm ikun hemm qbil fil-Kunsill), hu mhux lest li

jattendi għaċ-ċerimonja kollha.

Il-Kunsillier Mauro Pace Parascandalo qal li l-aktar ħaġa

mbarazzanti fiċ-ċerimonja tas-sena l-oħra kienet saret

mis-Sindku, għax is-Sindku ma jistax jinża l-kappell

tiegħu bħala Sindku meta jfettillu. Hu żied jgħid li ma

jħossux komdu li jattendi għaċ-ċerimonja jekk ser ikun

hemm xi ħadd li ma jonorax id-deċiżjoni tal-Kunsill.

41.4.10 Il-Kunsillier Dino Bonnici qabel mal-Kunsillier Mauro

Pace Parascandalo.

41.4.11 Il-Kunsillier Claudio Zammit żied jgħid li ma jfissirx li

għax żewġ Kunsilliera għamlu dak li għamlu s-sena loħra,

u għamluh taħt liema kappell għamluh, dan

għandu jiġbed lill-Kunsill kollu biex jagħmel U-turn bħal

din, u jittraxxinaw lill-Kunsill miegħu. Qal ukoll illi ma

jiddejjaq xejn jiġi kritikat għal deċiżjoni li jieħu, sakemm

iħoss li tkun tajba. Jiddejjaq biss kieku bid-deċiżjoni li

jieħu jikkontradixxi dak li jkun qal u li jemmen

fih. Għalhekk huwa kontra t-tqegħid ta’ dawn il-fjuri.

41.4.12 Il-Viċi Sindku Charmaine Cristiano Grech qalet li mhux

sew li l-Kunsill jiftiehem xi ħaġa u jkun hemm min jimxi

‘l kontra. Hi qalet li l-Kunsill kien qabel li din iċċerimonja

għandha tkun waħda ċivili u għandha

tinżamm l-istess pożizzjoni. Żieded tgħid li ma jistax

ikun li kull pożizzjoni li jieħu l-Kunsill tiġi mibdula f’inqas

minn sena wara.

Minuti Seduta 41-06 7

41.4.13 Il-Kunsillier Raymond Grixti qal li jekk is-sena l-oħra

għax ma attendiex il-Kunsill kollu kien ġie kkritikat. Hu

żied jgħid li l-Kunsill għandu jaġixxi bħala stat ċivili u

mhux tal-knisja.

41.4.14 Is-Sindku qal li u jaqbel li titpoġġa kuruna fuq ilmonument

ta’ Santa Katarina VM.

41.4.15 Il-maġġoranza ta’ dawk preżenti qablu li l-Kunsill

jagħmel kuruna fuq il-monument ta’ Santa Katarina VM.

41.5 Kuntratt Green MT

F’dan il-ħin il-Kunsillier Mauro Pace Parascandalo ħareġ

mis-seduta (8:50pm)

41.5.1 Il-Kunsillier Raymond Grixti qal li kellu laqgħa ma’

rappreżentanti tal-Green Pak fejn ġew innutati l-ilmenti

li l-Kunsill għandu mal-Kumpanija Green Mt. Il-

Kumpanija Green Pak lesta li toffri servizz tajjeb firrigward

ta’ indafa, leaflets, website, informazzjoni

edukattiva lir-residenti bieb bieb, seminars u attivitajiet

fl-iskejjel bi premjijiet reċiklati. It-tindif ta’ madwar l-

BIS isir mill-istess kumpanija. Fir-rigward ta’ żieda ta’

ġurnata fil-ġbir tal-borża l-griża, il-Kumpanija Green Pak

ma taqbilx, għaliex hi tippreferi teduka lir-residenti

jużaw il-BIS. Il-kumpanija qalet li fejn ikun hemm

bżonn jitpoġġew BIS doppji f’ċertu postijiet.

Il-Kunsillier Raymond Grixti qal li l-Kunsill għadu blistess

problemi li kellu xhur ilu mal-kumpanija Green

MT. Hu żied jgħid li l-BIS li kellhom jiċċaqalqu misseduti

li għaddew, baqgħu ma ċċaqalqux, bilkonsegwenza

li l-Kunsill kellu jqabbad il-kuntrattur tal-

Kunsill biex iċaqlaq sit minnhom minħabba li fejn kienu,

kien ser jinbeda l-proġett tal-ġnien.

Barraminhekk, il-Kunsillier Grixti qal li kellu

appuntamenti għal-laqgħat u fl-aħħar ħin jiġi nfurmat li

tħassar l-appuntament.

Iċ-Chairperson tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Bubaqra

ukoll għamel l-ilmenti tiegħu fuq il-BIS li jisabu

f’Bubaqra.

41.5.2 Il-Kunsill kien bagħat ittra ta’ twissija lill-kumpanija

Green MT u ta sal-15 ta’ April biex issolvi l-problemi

kollha li għandha mal-Kunsill. Kien hemm qbil unanimu

li jekk sal-15 ta’ April (nhar il-Ġimgħa li ġejja) ma jiġux

Minuti Seduta 41-06 8

41.6 Gabbani tal-festa

solvuti l-problemi kollha, tintbagħat ittra oħra ta’

terminazzjoni tal-kuntratt.

F’dan il-]in il-Kunsillier Dino Bonnici ħareġ mis-seduta

(9:05pm)

41.6.1 Is-Segretarju Eżekuttiv infurmat lill-Kunsill li wara li

kienet intbagħtet l-ittra li kienet miftehma fis-seduta ta’

qabel, ċemplet lis-sidien kollha tal-gabbani u talbet ilqies

ta’ kull gabbana.

Kien hemm qbil li minħabba li skond il-kejl li ttieħed ilgabbani

tal-ikel ta’ Triq Dun Ġużepp Zammit joqgħodu

kollha ma kienx hemm għalfejn jittellgħu bil-polza.

41.6.2 Is-Segretarju Eżekuttiv infurmat li l-gabbani tat-toys li

jarmaw fi Triq Dun Ġużepp Zammit (int u nieżel fuq ixxellug)

minħabba l-bini l-ġdid u minħabba li ta’ kull sena

quddiem il-familja Galea Farrugia ma jarmawx gabbani,

ser ikun hemm il-problema għaliex ma joqgħodux kollha

bil-qisien li taw.

L-ewwel tnejn (posta numru 1 u 2) jistgħu jżommu listess

post li kellhom qabel għaliex hemm post ta’ 8

metri u dawn it-tnejn għandhom 4m tul kull wieħed.

Filwaqt li jkun fadal ħames sidien oħra li wieħed

minnhom biss aċċetta li jarma fi tliet metri.

Kien hemm qbil li fis-seduta li jmiss l-erba’ sidien li

għandhom daqs ta’ aktar minn 4metri jiġu fis-seduta u

jittellgħu bil-polza sabiex 3 minnhom jitpoġġew fi Triq

Dun Ġużepp Zammit u l-ieħor jitpoġġa fi Triq Stefano

Zerafa, faċċata tal-garaxxijiet, imiss mal-aħħar gabbana

tal-ikel.

41.7 Nofs Maratona Internazzjonali – Novembru

41.7.1 Fir-rigward tal-attivita’ tal-Half Marathon li ssir

f’Novembru, kien hemm qbil li l-Kunsill joħroġ is-somma

ta’ €398, mas-somma ta’ €398 mogħtija mid-

Dipartiemnt għall-Gvern Lokali u l-Kunsill Malti għallisports.

B’dan kollu s-Segretarju Eżekuttiv għandha

tinforma liż-Zurrieq Wolves biex ikunu jistgħu jħejju lpreparamenti

meħtieġa.

Minuti Seduta 41-06 9

41.8 Talba mill-Assistent Prinċipali Charmaine Atanasio fuq

Ħinijiet ta’ xogħol

41.8.1 Is-Segretarju Eżekuttiv ippreżentat ittra mibgħuta mill-

Assistent Prinċipali Charmaine Atanasio fuq talba ta’

ħinijiet tax-xogħol għal wara l-leave tal-maternita.

Wara diskussjoni kien hemm qbil li l-Kunsill jaċċetta dak

mitlub. (Dok 41 C)

41.9 Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni:Xogħ]lijiet u Servizzi

41.9.1 Il-Viċi Sindku Charmaine Cristiano Grech qalet li l-pjanċa

tal-ħadid li hemm f’Misraħ Repubblika għadha ma

ssewwitx, bil-konsegwenza li kull karozza li tagħddi

minn fuqha tħabbat.

Kien hemm qbil li terġa tinġibed l-attenzjoni tas-Soċjeta

Mużikali Santa Katarina minħabba li tali pjanċa hi tassoċjeta’.

41.9.2 Is-Segretarju Eżekuttiv qalet li l-Meusac spjegat li għallapplikazzjoni

ta’ fondi speċjali mill-EU ser japplika l-

Gvern fuq proġett ta’ Sant Iermu u żgur mhux ser ikun

hemm ċans li l-proġett tal-Mitħna tax-Xarolla ser

jintlaqa’ għalhekk issuġġeriet li l-Kunsill ma jkomplix

jaħdem fuq tali applikazzjoni.

Kien hemm qbil li tinkiteb email lill-Perit Anthony

Bezzina biex jiġi nfurmat sabiex ma jkomplix bix-xogħol

fuq l-applikazzjoni tal-Mitħna.

41.9.3 IL-Kunsillier Claudio Zammit qal li għall-festa Ġemellaġġi

li ser nhar it-Tnejn u t-Tlieta 11 u 12 ta’ April fid-Dolmen

Hotel, ser ikun hemm preżenti l-Viċi Sindku ta’

Morphou Dr Charalambos Charalambous u l-Kunsillier

ta’ Angermunde Mr Volkhard Maass flimkien malħames

kunsillieri li kienu wrew ix-xewqa li jipparteċipaw

għal din il-konferenza.

Il-Kunsillier Claudio Zammit ippropona li lil dawn iżżewġ

kunsilliera nistidnuhom fil-Kunsill nhar it-Tlieta u

wara ssir ikla tal-okkażjoni.

Kien hemm qbil fuq dan.

41.9.4 Il-Kunsill Kenneth Farrugia qal li fit-toroq taż-Żurrieq

hawn telqa kbira, speċjalment fin-Nigret fejn hemm

ħaxix ħażin fi Triq il-Barrieri u taħt iċ-ċint, b’siġar iffullati

li jeħtieġ li jsirilhom żabra.

Minuti Seduta 41-06 10

Il-Kunsillier Farrugia qal li jeħtieġ li l-kunsill jinsisti mat-

TM biex tapprova it-traffic management li kien għamel

il-Perit Bezzina f’isem il-Kunsill għall-inħawi tal-Mużew

tal-Bniet. Hu ppropona li jekk it-TM tibqa’ ddawwem

biex tagħti l-permess, il-Kunsill għandu jikteb fil-ġurnali.

41.9.5 Il-Kunsillier Raymond Grixti qal li jaqbel mal-email li

rċieva l-Kunsill fuq it-triq li toħroġ minn Tal-Bebbux

għall-Triq il-Belt Valletta. Hu żied jgħid li l-vetturi qed

isibu ostaklu bil-ħaxix ħażin li hemm fis-service road

minħabba li qed jostakola l-viżibilita’ tas-sewwieqa.

Il-Kunsillier Raymond Grixti qal li residenta ta’ 47 Triq

San Bartilmew qed toħroġ il-borża taż-żiebel minn

filgħaxija bil-konsegwenza li qed tinfaqa’ jew jiftħuha lqtates.

Il-Kunsillier Raymond Grixti qal li hemm bżonn li jsir

refresh taż-zebra crossing ta’ Triq Bronja fejn il-ħanut

ta’ Martin Monreal.

Il-Kunsillier Raymond Grixti qal li ġie avviċinat minn

residenti ta’ Triq in-Nigret li qed jitolbu li ssir bankina

quddiem ir-residenza tagħhom.

41.10 Kunsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-Iskeda ta’

Pagamenti

41.10.1 Is-Segretarju Eżekuttiv ippreżentat l-iskeda ta’

pagamenti anessa bħala ‘Dok 41 D’ għall-ammont

totali ta’ €62,472.44 talbiet għall-ħlas lura ta’ spejjeż

magħmula f’isem il-Kunsill mingħand is-Segretarju

Eżekuttiv ta’ € 30 anness bħala Dok 41 E u ħlas ta’

overtime ta’ l-impjegata Maria Briffa Callus għallammont

ta’ € 93.36 u l-impjegata Francesca Camilleri

għall ammont ta’ €44.80 annessi bħala Dok 41F, l-ħlas

fil-kont tal-petty cash għall-ammont ta’ €57.65

anness bħala Dok 41G

Is-Sindku Silvio Izzi Savona ressaq din il-mozzjoni:

“ Is-Segretarju Eżekuttiv ippreżentat l-iskeda ta’

pagamenti anessa bħala ‘Dok 41 D’ għall-ammont

totali ta’ €62,472.44 talbiet għall-ħlas lura ta’ spejjeż

magħmula f’isem il-Kunsill mingħand is-Segretarju

Eżekuttiv ta’ € 30 anness bħala Dok 41 E u ħlas ta’

overtime ta’ l-impjegata Maria Briffa Callus għallammont

ta’ € 93.36 u l-impjegata Francesca Camilleri

Minuti Seduta 41-06 11

Il-laqgħa ntemmet b’dan l-item fuq l-aġenda fid-9.30 ta’ filgħaxija. Il-Kunsilliera

preżenti qablu li d-data tal-laqgħa li jmiss ssir nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Mejju, 2011

fis-6.00 ta’ filgħaxija.

Konfermati, illum ___ ta’ April, 2011

għall ammont ta’ €44.80 annessi bħala Dok 41F, lħlas

fil-kont tal-petty cash għall-ammont ta’ €57.65

anness bħala Dok 41G”

GħaIl-pagamenti mill-Kumpanija Always Clean kien

hemm qbil unanimu li ma jitħallsux.

Kien hemm qbil li l-pagament ta’ Polidano Brothers

jiġi approvat u jitħallas wara li l-kumanija tissupplixxi

dak kollu neċessarju biex jinbeda x-xogħol tal-PPP.

Il-mozzjoni għaddiet u l-iskeda ta’ pagamenti ġiet

iffirmata mis-Sindku u l-Viċi Sindku Charmaine

Cristiano Grech.

Silvio Izzi Savona Josianne Cilia Mumford

Sindku Segretarju Eżekuttiv

Minuti Seduta 41-06 12

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!