23.06.2017 Views

15

• No tags were found...

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Biż-żgħażagħ il-ġejjieni

tal-Għaqda żgurat

Inħossni xxurtjat u onorat li nifforma parti minn dan ilkumitat,

din is-sena aktar minn snin oħra.

Issa ili membru tal-kumitat mill-2011. Niftakar li konna seba’

membri biss b’impenn iebes biex nippreparaw għall-Kunċert

ta’ Santa Ċeċilia li dejjem kien isir it-Teatru Manoel. Kien hemm

xi ftit taqtiegħ ta’ qalb, niftakar, minħabba li dan il-kunċert

huwa importanti ħafna, u kienu ħafna l-każini tal-banda f’Malta

li qatgħu qalbhom minnu minħabba l-organizzazzjoni li

jirrikjedi u x-xogħol mhux biss tal-kumitat, iżda tal-banda u ta’

min imexxiha.

Dak il-kunċert memorabbli f’teatru mimli daqs bajda kompla

ta spinta lill-kumitat biex ikompli jħares ’il quddiem b’aktar

kunfidenza u determinazzjoni. Għax la kien kapaċi jorganizza

kunċert bħal dak – kunċert li qala’ t-tifħir minn kullimkien –

kien ikun kapaċi wkoll jorganizza aktar attivitajiet fil-lokalità

tagħna stess.

Naħseb li kulħadd japprezza l-attivitajiet regolari organizzati

mhux biss fil-każin tagħna, iżda wkoll barra, anke minn xtutna.

U kull min għandu l-interess tal-lokalità jinduna bil-qabża filkwalità

tal-banda tagħna li issa hi meqjusa bħala waħda millaħjar

fil-pajjiż u, ukoll, l-għajra ta’ ħafna baned aktar stabbiliti

minnha.

U hawn niġi biex ngħid għaliex inħossni daqshekk ixxurtjat

u onorat li nifforma parti minn dan il-kumitat.

Kumitat, biex jimxi, ikun jeħtieġlu injezzjoni ta’ ideat ġodda.

Mingħajr dawn, il-kumitat jistaġna, jiġġammja u jibqa’ fejn hu.

Uħud minna ilna s-snin fil-kumitat, u għalkemm matul dan iżżmien

ma nqasniex milli noħorġu b’ideat ġodda, hemm limitu

sa fejn nistgħu naslu mingħajr injezzjoni ta’ demm ġdid.

Din is-sena kellna dak li l-Ingliżi jgħidulu breakthrough għax

daħlu fil-kumitat membri żgħażagħ li ġabu magħhom aktar

enerġija, entużjażmu u, l-aktar importanti, ideat ġodda.

Ikun il-gost tiegħi waqt laqgħa li noqgħod nisma’ idea

wara l-oħra ħierġa minn fomm dawn iż-żgħażagħ, u f’qalbi

ngħid li l-ġejjieni tal-Għaqda huwa żgurat. U nkompli ngħid li

darba aħna nwarrbu, jkollna moħħna mistrieħ li l-pedamenti li

bnew ta’ qalbilna u aħna komplejna saħħaħna, se jkomplu jibnu

fuqhom iż-żgħażagħ tagħna tal-lum.

Iżda dan ma jfissirx li l-anzjani m’għadx għandhom

posthom fit-tmexxija tal-Għaqda. Mingħajrhom jispiċċa l-bilanċ

li bħalissa jeżisti. Il-bilanċ li għamel lil dan il-kumitat l-aħjar

wieħed f’ħafna snin.

Nawgura lilkom u l-familji tagħkom il-festa t-tajba, u

j’Alla l-Madonna tal-Karmelu żżomm idejha fuqna lkoll.

Charles Micallef St John

PRO

15

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!