27.05.2020 Views

Kliem il-Ħajja, Ġunju 2020

  • No tags were found...

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Is-Sibt, 13 ta’ ĠUNJU 2020

Smajtu x’intqal Mt 5:33-37

Silta

“Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari, ‘Tonqosx

mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej ilwegħdiet

li ħliftlu.’ Imma jiena ngħidilkom biex

ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron

ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh,

u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-

Sultan il-kbir. U lanqas b’rasek ma għandek taħlef,

għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek

ħila tagħmilha bajda jew sewda. Mela ħa jkun

id-diskors tagħkom, ‘Iva, iva’, ‘Le, le’; kull ma hu

iżjed minn hekk ikun ġej mill-Ħażin.”

Din is-silta li tagħmel parti mid-Diskors ta’ Ġesù fuq il-

Muntanja tkompli tgħallimna kif għandna ngħixu l-ħajja

tagħna bħala Insara. Din id-darba Ġesù jitkellem fuq ilkliem

tagħna li għandu jkun dejjem fuq in-naħa tal-verità.

Xi drabi fil-ħajja nispiċċaw inqabblu fejn jaqblilna u b’hekk

inkunu qed nitilfu l-prinċipji tal-verità u tal-integrità

tagħna. Imma n-Nisrani jrid juri min hu tassew dejjem u

kullimkien. Inkunu ma’ min inkunu, u nkunu fejn inkunu,

aħna rridu nkunu Dawl għal xulxin, inkluż bil-mod kif

nitkellmu.San Ġakbu fl-ittra tiegħu jxebbah l-ilsien ma’

tmun ta’ vapur, li minkejja li t-tmun hu makkinarju żgħir

imma kapaċi jikkontrolla vapur kbir. Ħalli ngħassu mela

fuq il-mod kif nitkellmu.

Talba

Ħa jkun kliemi, Mulej, kliem li bih tingħata glorja

lilek, Sultan ta’ ħajjitna.

Kliem il-Óajja

47

47

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!