27.05.2020 Views

Kliem il-Ħajja, Ġunju 2020

  • No tags were found...

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Is-Sibt, 27 ta’ ĠUNJU 2020

Ma jistħoqqlix Mt 8:5-13

Resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u

jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut,

mifluġ u batut wisq.” Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu.”

“Sinjur,” qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol

taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u

l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt

is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati

taħti; lil wieħed ngħidlu, ‘Mur’, u jmur; lil ieħor

ngħidlu, ‘Ejja’, u jiġi.” Ġesù baqa’ mistagħġeb meta

sama’ dan, u qal: “F’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi

bħal din. Għad jiġu ħafna mil-Lvant u mill-Punent

u joqogħdu fuq il-mejda ma’ Abraham fis-Saltna

tas-Smewwiet, waqt li dawk li twieldu fis-Saltna

jitkeċċew ‘il barra fid-dlam!” Imbagħad Ġesù

qal liċ-ċenturjun: “Mur, ħa jsirlek kif emmint!” U

l-qaddej fieq dak il-ħin stess.

Kemm huma sbieħ dawk l-episodji mill-Evanġelju li fihom

nisimgħu lil Ġesù jfaħħar il-fidi tal-persunaġġi involuti. Din

hija waħda minn dawn is-siltiet li fiha Ġesù jfaħħar il-fidi

ta’ raġel pagan, jiġifieri ta’ xi ħadd li ma kienx Lhudi. Dan

ir-raġel jistqarr ma’ Ġesù li hu ma kienx jistħoqqlu li Ġesù

jmur għandu anke jekk kien talbu sabiex ifejjaqlu lill-qaddej

tiegħu. Din hija t-talba li nirrepetu f’kull quddiesa qabel

it-Tqarbin. Min minna jistħoqqlu li Ġesù jiġi jgħammar fih?

Imma dan hu l-mod kif Ġesù għażel biex jgħix fina.

Talba

Ma jistħoqqlix Mulej li tgħammar fija.

Għid kelma waħda biss, u fejjaq lil qalbi.

Kliem il-Óajja 61

Silta

61

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!