27.05.2020 Views

Kliem il-Ħajja, Ġunju 2020

  • No tags were found...

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

It-Tnejn, 1 ta’ ĠUNJU 2020

Demm u Ilma Ġw 19:25-34

Silta

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu,

oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’

Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u liddixxiplu

li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu:

“Mara, hawn hu ibnek.” Imbagħad qal lid-dixxiplu:

“Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu

ħadha għandu. Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf

li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal:

“Għandi l-għatx!” Kien hemm bieqja mimlija bilħall;

huma xarrbu sponża bil-ħall, waħħluha ma’

qasba tal-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu. Kif Ġesù

ħa l-ħall, qal: “Kollox hu mitmum!” Imbagħad

mejjel rasu u radd ruħu.

Illum fil-festa ta’ Marija Omm il-Knisja naqraw din issilta

mill-Evanġelju skont San Ġwann. Taħt is-salib ta’

Ġesù, dan l-Evanġelista jippreżentalna l-aktar persuni li

donnhom kienu qrib Ġesù, l-ewwel fil-lista Omm Ġesù li

kienet “wieqfa” taħt is-salib ta’ binha, jiġifieri determinata,

persuna li baqgħet temmen f’dak il-waqt li fih kienet qed

isseħħ il-profezija li kien għamlilha Xmun fit-Tempju meta

ħabbrilha li sejf għad jinfed il-qalb tagħha. Din ix-xbieha

ta’ Marija trid tgħin lilna wkoll biex nitgħallmu naffaċjaw

il-waqtiet tqal u diffiċli tal-ħajja tagħna b’fidi u b’tama

f’Alla li jista’ kollox.

Talba

Marija, Omm Alla, itlob għalina midinbin issa u

fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.

Kliem il-Óajja

35

35

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!