15.04.2014 Views

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA

– aħbarijiet bejn l-24 ta’ Awissu 2007 u l-31 ta’ Awissu 2007 –

Il-Ġimgħa, 24 ta’ Awissu:

IL-GVERN QED IKOMPLI JINVESTI FIT-TITJIB TAT-TOROQ: Triq oħra li

tlestiet, minn lista twila ta’ proġetti li saru fl-aħħar snin,

kienet triq il-Mannikata – triq ta’ 2.3 kilometri li saret

b’investiment ta’ kważi €233,000. Din it-triq tibda mill-

Knsija tal-Mannikata u tibqa sejra sal-by pass tal-

Mellieħa. Waqt li żar dan il-proġett il-Ministru għall-

Iżvilupp Urban u t-Toroq Jesmond Mugliet faħħar

ħafna ix-xogħol li sar, u li tlesta fiż-żmien stipulat.

Hawnhekk ix-xogħol kien jikkontisti fit-tqegħid ta’

servizzi ġodda taħt it-triq, tqegħid ta’ cables tad-dawl,

u sistema ġdida tad-drenaġġ. Wara dawn ix-xogħlijiet

sar l-asfaltar tar-rotta kollha tat-triq u issa se jibdew

jitwaħħlu il-crash barriers. Il-Ministru qal li din it-triq se

tkun tista titgawda b’mod partikolari min-nies li jkunu

niżlin minn Għawdex, minn nies tal-Mellieha u millbdiewa

li jaħdmu fl-għelieqi tal-Mannikata. Fil-Mellieħa

wkoll se jkunu qed jinbnew numru ta’ toroq residenzjali

ġodda mill-Gvern, filwaqt li fl-aħħar ġimgħat intlaħaq

ftehim dwar il-bini ta’ madwar 20 triq f’Santa Maria

Estate.

AKTAR RIŻULTATI POŻITTIVI FIT-TURIŻMU: Ir-rata ta’ kmamar mimlija fillukadni

u l-istabbilimenti ta’ l-akkomodazzjoni f’Ġunju li għadda żdiedet b’5.3%

meta mqabbel ma’ l-istess xahar is-sena li għaddiet. Fl-istess xahar it-turisti li

żaru Malta żdiedu b’7.7%. Dawn iż-żidiet joħrġu minn ċifri ppubblikati mill-Ufficju

Nazzjonali ta’ l-Istatistika. Minkejja li t-tendenza madwar id-dinja hi li t-turisti

jagħżlu li jqattgħu vakanzi qosra, matul Ġunju kien

hemm żieda ta’ 4.3% fin-numru ta’ iljiel li t-turisti

qattgħu f’pajjiżna. Dan meta mqabbel ma l-istess

perjodu fis-sena 2006. Iż-żieda fir-rata ta’

akkomodazzjoni rriżultat minn żieda li kien hemm

f’guest nights kif ukoll għal tnaqqis fin-numru ta’

sodod li hemm bhalissa, speċjalment fil-kategoriji tallukandi

ta’ 4 u 3 stilel. L-okkupazzjoni fil-lukandi ta’

ħames stilel kienet kważi 6% aktar fil-waqt li f’lukandi

ta’ erbgħa stilel kien hemm żieda ta’ kważi 8%. Kien hemm żieda wkoll fil-lukandi

ta’ tliet stillel. Anke fil-gżira Għawdxija kien hemm żieda fir-rata ta’ okkupanza li

ammontat għal-13.2% aktar fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. Fuq bażi

annwali l-użu ta’ sodod f’Malta żdied b’4.9% dan fl-istess waqt li kien hemm

tnaqqis ta’ 0.6% fil-medja ta’ ljieli li t-turisti għaddew f’Malta.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ JASON MICALLEF MA FIHA XEJN ĦAŻIN – Charles

Mangion, Deputat Mexxej MLP: Id-deputat Mexxej Laburista Charles Mangion

iddefenda wkoll id-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef

li waqt attivita' politika stqarr li jekk il-Partit Laburista jkun fil-Gvern se jkun Gvern

tal-Laburisti. Skond Charles Mangion fid-diskors kollu ta’ Jason Micallef ma kien

hemm xejn ħażin. Id-Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament qal

dan waqt żjara fil-Cottonera Waterfront meta kien mistoqsi minn

MaltaRightNow.com, jekk iħossx li għandu

jikkundanna jew jappoġġja id-dikjarazzjoni tas-

Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef. Fittwegiba

tiegħu, Charles Mangion iddefenda lil Jason

Micallef u allega li d-diskors tas-Segretarju Ġenerali

Laburista ingħata interpretazzjoni politika. Minbarra

d-Deputat Mexxej Laburista, anki l-Mexxej Laburista

Alfred Sant iddefenda lis-Segretarju Generali

Laburista kif ukoll id-Deputat Laburista Jose' Herrera u l-esponent tal-media

Laburista Toni Abela. Sadattant waqt iż-żjara tiegħu fil-Birgu, id-Deputat Mexxej

Laburista Charles Mangion seta’ jara hu stess il-proġett tal-jott marina, li Gvern

Laburista l-anqas biss kien kapaċi jibda u li dwaru spicca tilef il-Gvern. Kien

propju fl-istess post fejn kien Charles Mangion, li l-Mexxej Laburista Alfred Sant

f’Ġunju ta’ l-1998 kien għajjar lill-eks Mexxej Soċjalista Dom Mintoff traditur.

Matul iż-żjara, ufficjal mill-Grand Harbour Marina spjega lid-Deputat Mexxej

Laburista li ma jistgħux ilaħħqu mad-domanda u l-irmiġġi huma kollha mimlijin.

Hu kompla wkoll li Malta toffri irmiġġi għal super yachts li ftit hawn bħalhom

minħabba li jinsabu fil-qalba tal-pajjiż u mhux f’partijiet fil-periferija. Sadattant

tħabbar ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu inawgurati uffiċini ġodda minn fejn l-

amministrazzjoni tal-marina tkun tista’ titmexxa aħjar.

Is-Sibt, 25 ta’ Awissu:

GVERN LI JAGĦTI PRIORITA’ LILL-EDUKAZZJONI U L-AMBJENT: Fost ilpillastri

li fuqhom il-Gvern qed jibdni l-ekonomija hemm l-edukazzjoni u l-ambjent.

Għal dan il-għan, f'dawn l-aħħar snin il-Gvern investa bis-sħiħ fit-titjib ta' dawn iżżewġ

oqsma tant importanti. Fil-programm il-Fatti

Kollha fuq Radio 101, il-Professur Kenneth Wayne,

tkellem dwar l-investiment tal-Gvern fl-edukazzjoni.

Hu faħħar l-investiment qawwi li għamel il-Gvern flinfrasttutura

u l-bini ta' iskejjel u faċilitajiet godda.

Faħħar ukoll ir-riforma fl-edukazzjoni primarja u

sekondarja, il-ftuħ ta' l-MCAST u l-ħidma tal-Gvern li

għandha tibqa' iżied in-numru ta' studenti li jkomplu

bl-istudju tagħhom wara l-iskola sekondarja. Il-Professur Wayne tenna, li

minħabba li l-Gvern qed jinvesti kemm fl-infrastruttura u fis-servizzi edukattivi,

pajjiżna għandu l-istrutturi kollha meħtieġa għal edukazzjoni ta' l-ogħla kwalita'. Il-

Professur Wayne faħħar ukoll l-inċentivi li qed jittieħdu sabiex jonqos l-illitterriżmu

f'pajjiżna fost l-oħrajn permezz ta' programmi li jinkludu il-parteċipazzjoni talġenituri

u li għalhekk iħeġġu t-tagħlim anke fid-dar. Kenneth Wayne spjega li l-

edukazzjoni hija ċ-ċavetta għal futur u wieħed għandu jkompli bl-istudji tiegħu tul

il-ħajja. Tenna li pajjiżna għandu futur sabiħ quddiemu għaliex il-Gvern preżenti

bena struttura mifruxa minn taħriġ ta' professjonisti fl-edukazzjoni għal servizzi

speċjalizzati skond il-bżonnijiet ta' l-istudenti. Dan kollu mistenni jħalli frott anke

fuq il-ġenerazzjonijiet futuri.

Fil-programm ġie diskuss ukoll il-qasam ambjentali ma' Chris Ciantar, id-Direttur

tal-Politika Ambjentali. Hu saħaq li l-ambjent hu assoċjat mal-kwalita' ta' ħajja li

ngħixu, ir-rikreazzjoni u s-saħħa. Ciantar sostna li l-ambjent ikompli jsebbaħ lil

pajjiżna u dan awtomatikament għandu effett pożittiv fuq l-ekonomija għaliex

jattira aktar tursiti lejn Malta. Hu tenna li fl-aħħar snin, il-Gvern, minbarra li wettaq

proġetti mill-fond nazzjonali, wettaq ukoll diversi proġetti b'fondi ta' l-Unjoni

Ewropea. Dawn wasslu biex il-Gvern investa fil-birdiversita', fit-tnaqiss flemmisjonijiet,

fil-protezzjoni taż-żona urbana kif ukoll fil-qasam marittimu u filprotezzjoni

ta' riżorsi naturali bħal ġebla tal-franka. Il-Gvern investa wkoll f'oqsma

oħra marbutin mal-qasam ambjentali fosthom fl-immaniġjar ta' l-iskart u

f'kampanji ambjentali. Ciantar semma wkoll inizjattivi li l-Gvern ħa

b'kollaborazzjoni ma' għaqdiet mhux governattivi fosthom il-proġett marbut malbiodiversita'

f'Xorb l-Għaġin li sar bi sħab ma' l-għaqda Nature Trust. Hawnhekk

qed tiġi preservata biċċa art sabiex fost l-oħrajn isir ċentru għal-kura ta' l-annimali

u ċentru marittimu. Hu faħħar ukoll l-proġett 34U li minbarra li tejjeb l-ambjent ta'

madwarna serva ukoll bħala eżerċizzju edukattiv.

IL-GWU DDAWWAR FHIEMTHA BIEX TAQBEL MA’ DIKJARAZZJONIJIET

TA’ ALFRED SANT: Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Toni Zarb indika li l-GWU

taqbel mal-proposta li għamel il-Mexxej Laburista din il-ġimgħa li jekk ikun PM,

jaħtar fil-kabinett tal-Ministri liċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp

Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD. Mistoqsi għall-ewwel reazzjoni tiegħu għal din ilproposta

li ħareġ biha Alfred Sant, Toni Zarb sejħilha “proposta interessanti”.

Jirriżulta pero’ li l-GWU u Toni Zarb mhux hekk

kienu jaħsbuha sa ftit ilu. Meta f'Marzu li għadda

ressqet il-proposti tagħha għar-riforma ta’ l-MCESD,

il-GWU kienet iddikjarat li ma taqbilx ma’ l-

involviment tal-Gvern fil-Kunsill, u trid MCESD li

jeskludi għal kollox lill-membri tal-Gvern. Dan kollu

jwassal għall-konklużjoni li l-GWU bidlet il-pożizzjoni

tagħha issa li ħareġ b’din il-proposta Alfred Sant. Ilproposta

kontroversjali li ħareġ biha l-kap ta’ l-oppożizzjoni jirriżulta li ma

kkonsulta ma’ ħadd dwarha; qabad u ħareġ biha dak il-ħin. Fil-fatt ma tidher

imkien fil-famuż pjan għall-bidu ġdid li jiġbor fih id-dokumenti li ħareġ il-Partit

Laburista fl-aħħar snin; dokument li ironikament kien f’idejn Alfred Sant stess

meta ħareġ b’din il-proposta. F'lukanda f'Ħ'Attard, Alfred Sant mhux talli qal li liċ-

Chairman tal-MCESD jaħtru fir-rank ta’ Ministru fil-kabinett Laburista, imma

sahanistra qal li jagħżlu hu stess. Dan ikun ifisser li minkejja li jkun fir-rank ta’

Ministru, dan ma jkunx ġie elett demokratikament bħal ħaddiehor u jintagħżel

direttament mill-PM. Il-bidla fil-pożizzjoni tal-GWU dwar iċ-Chairman tal-MCESD

wieħed jista’ jaraha iswed fuq l-abjad fid-dokument li l-GWU ppubblikat bilproposti

tagħha għar-riforma fl-MCESD preċiżament nhar it-Tlieta 6 ta’ Marzu

2007. Dan ir-rapport li dwaru Toni Zarb dakinhar kien indirizza konferenza ta’laħbarijiet

jista’ faċilment jitniżżel mill-website tal-union mis-sezzjoni talpubblikazzjonijiet

u r-rapporti. Li l-GWU ma taqbilx – jew aħjar, ma kinitx taqbel,

mal-preżenza tal-Gvern fil-Kunsill huwa enfasizzat mill-inqas erba’ darbiet f’dan

id-dokument ta’ sitt paġni. L-ewwel dikjarazzjoni hija li skond il-GWU kunsill

mingħajr l-involviment dirett tal-membri tal-Gvern jagħti vuċi akbar u aktar liberta’

lill-membri tas-soċjeta’ ċivili. Aktar 'il quddiem fil-lista ta' min għandu jkun parti

mill-MCESD, ma jissemma mkien il-Gvern. Filwaqt li fil-mod kif għandu jkun

kompost il-Kunsill, il-GWU titkellem dwar ic-Chairman u tgħid li għandu jkun

maħtur minn fost il-21 membru. Fl-aħħar riferenza li titkellem dwar it-tmexxija tal-

Kunsill, f’dan id-dokument il-GWU kienet ipproponiet li l-kunsill għandu jitmexxa

minn Chairperson elett minn fost il-membri tal-Kunsill. Anke hawnhekk jispikka n-

nuqqas tar-rappreżentanza tal-Gvern.

PROPOSTI TA’ L-MLP DWAR L-EWWEL PROPJETA’, LI DIĠA’ QEGĦDIN

FIS-SEĦĦ: Il-proposti li ressaq il-Partit Laburista dwar min jixtri l-ewwel propjeta

huma inizjattivi li diġa' qed isiru jew li huma diġa' fil-pjan li ressaq il-Gvern fiddokument

ta’ qabel il-budget. Il-Mexxej Laburista Alfred Sant ressaq l-erba’

proposti tiegħu waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha qal li jeħtieġ li jinħolqu

numru ta' skemi għal min jixtri l-ewwel propjeta tiegħu. Iżda dawn l-erba’ proposti

m'huma qed joffru xejn ġdid. Qabel xejn Alfred Sant

wiegħed li jingħataw grants fuq l-ewwel propjeta.

Dawn il-grants ta’ 10% diġa jingħataw mill-Awtorita'

tad-djar taħt l-iskema msejħa equity sharing. Din l-

iskema tgħodd għal xiri ta’ propjeta' li jkollha valur ta’

Lm50,000 jew anqas. Alfred Sant qal ukoll li

proposta oħra hi dik li persuni li jispiċċaw bla mpjieg

ikollhom il-pagamenti tal-kapital sospiżi għal sena -

din ukoll hi xi haġa li diġa' ssir. Il-Gvern diġa' għamel

arranġament mal-banek ewlenin biex tiddaħħal din ilmiżura.

Eżempju ta’ nies li diġa gawdew minn din ilmiżura

huma l-ħaddiema li kienu mpjegati mal-VF u

mad-Denim. Il-Mexxej Laburista fost il-proposti

tiegħu daħħal ukoll proposta li diga issemiet fid-dokument ta’ qabel il-budget.

Sant qed jipproponi li żidiet fl-imgħax ikunu capped għal first time buyers. Dan

meta l-Gvern diġa' qed jikkunsidra li jkun hemm sussidju ta’ parti mill-interessi fuq

is-self. Minkejja li din il-proposta hi simili għal dik li ressaq il-Gvern fid-dokument

ta' qabel il-budget, meta kien mistoqsi minn Media.Link dwar il-valur li fihom ilproposti

tal-Gvern hu qal li dawn il-proposti huma aktar baxxi minn tiegħu. Dwar

it-taxxa tal-boll fuq l-ewwel propjeta mnaqqsa bir–rata ta’ 3.5% Alfred Sant qal li

din għandha titla għal Lm50,000 tal-prezz sħiħ. Min-naħa l-oħra il-Mexxej

Laburista ma semma xejn dwar l-iskemi li preżentament qed jiġu offruti mill-

Awtorita tad-Djar għal min jixtri l-ewwel propjeta' tiegħu. Anke fid-dokument ta'

qabel il-budget il-Gvern qed jisħaq li skemi bhal dik tax-shared ownership

għadhom ikunu estiżi.

L-AIR MALTA RNEXXIELHA TBIEGĦ L-AJRUPLANI KOLLHA RJ: L-Air Malta

ħabbret li rnexxielha tbiegħ l-ajruplani kollha li kellha fil-flotta tal-British

Aerospace Avroliner RJ. Stqarrija tal-linja nazzjonali ta’ l-ajru qalet li tul dawn l-

aħħar ġimgħat l-Air Malta biegħet l-aħħar erba’ ajruplani RJ li kellha. Ajruplan

RJ85 u ieħor RJ70 inbiegħu lil kumpanija Taljana, RJ70 ieħor inbiegħ lil linja ta’ l-

ajru Svediża u RJ70 ieħor lil kumpanija Bulgara. Ittliet

ajruplani l-oħra kienu ġew mibjugħa aktar kmieni

lil klijenti mil-Lvant Nofsani. Tnejn mill-ajruplani RJ70

li għadhom kif inbiegħu se jiġu konvertiti għal użu ta’

VIP’s. L-istqarrija tispjega li l-ajruplani RJ kienu

nxtraw bejn l-aħħar tas-sena 1994 u l-bidu tas-sena

1996 biex jew jintużaw fil-flotta ta’ l-Air Malta inkella

mill-kumpanija Taljana AzzurraAir. Wara li din ta’ l-

aħħar falliet, l-ajruplani ma ntużawx għal xi żmien

iżda l-biċċa l-kbira kienu nkrew lil linji ta’ l-ajru

regjonali fl-Ewropa. L-ajruplani RJ kienu nbiegħ lil

konsorzju ta’ erba’ banek lejn l-aħħar ta’ l-2002 u

imbagħad ġew mikrija lura mill-Air Malta iżda l-linja ta’ l-ajru reġgħet kisbet id-dritt

li tixtrihom lura. Flok kompliet tikri l-ajruplani sad-dati ta’ l-iskadenza tagħhom u

ġġedded sa Mejju tas-sena d-dieħla, l-AirMalta ddeċidiet li terġa’ tixtri l-ajruplani u

imbagħad tbiegħhom. F’kummenti dwar il-bejgħ ta’ l-aħħar grupp ta’ ajruplani, iċ-

Chairman ta’ l-Air Malta Lawrence Zammit qal li din hija aħbar eċċellenti għallinja

nazzjonali ta’ l-ajru u grazzi għall-bejgħ ta’ l-RJ’s issa l-kumpanija hija

f’pożizzjoni aħjar biex tkompli l-impenn tagħha u tikkonċentra fuq proġetti ta’ titjib

fid-dħul li huma mmirati li jerġgħu jpoġġu lill-Air Malta fit-triq tal-profitabbilita’.

PULIZIJA AGGREDIT MINN ERBA’ ŻGĦAŻAGĦ GĦAX RIEDHOM JAGĦMLU

L-BREATHALYZER: Membru fil-Korp tal-Pulizija

kien fil-mira ta' grupp ta' erba' żgħażagħ li

aggredewh u tawh xi daqqiet bil-ponn f'wiċċu u

f'rasu. Barra minhekk, waqt il-proċess ta' l-

investigazzjonijiet, iż-żgħażagħ instabulhom numru

ta' joints ta' marijuana fil-pussess tagħhom.

MaltaRightNow.com jinsab infurmat li l-Pulizija kien

qed jaqdi dmiru hekk kif kien stazzjonat biex

jikkontrolla t-traffiku fi Triq St. Andrew's, San Ġiljan, meta għall-ħabta tal-11:15pm

tal-bieraħ waqqaf karozza tal-kiri bajda li kien fiha l-erba' żgħażagħ Maltin

minħabba li ssuspetta li dawn setgħu kienu taħt l-effett eċċessiv ta' l-alkoħol. Kif

titlob il-proċedura f'ċirkostanzi bħal dawn, il-Pulizija talab lix-xufier tal-karozza

biex joħroġ mill-vettura ħalli jsirlu t-test tal-breathalyzer. Kien f'dan il-waqt li l-

erba' żgħażagħ niżlu f'salt mill-karozza u aggredew lill-Pulizija. Huma tawh

daqqiet f'wiċċu u f'rasu bil-Pulizija jipprova jiddefendi ruħu mill-aggressjoni. Il-

Pulizija, li f'dik it-triq kien waħdu, sejjaħ għall-għajnuna b'numru ta' membri oħra

tal-Korp jaslu fil-post għaxar minuti wara minħabba li kienu għaddejjin f'ħidma

relatata mal-Festa ta' San Ġiljan.

Sadanittant, hekk kif iż-żgħażagħ - li tlieta minnhom għandhom anqas minn 18-il

sena u hu x-xufier biss li għandu aktar minn 18-il sena - ittieħdu lejn il-Kwartieri

Ġenerali tal-Pulizija, huma nstabulhom in-numru ta' joints tal-marijuana waqt li

kien għaddej il-proċess ta' l-investigazzjonijiet.

Il-Ħadd, 26 ta’ Awissu:

TURIŻMU: Aktar lukandi jinvestu fi proġetti: It-tursti f’Malta qed ikomplu

jiżdiedu u l-lukandi qed jinvestu biex ikabbru. Oħrajn qed jinvestu fil-bini ta’

lukandi ġodda. L-investiment totali fi proġetti ta’ żvilupp u estesjonijiet ta’ lukandi

jaqbeż il-Lm34 miljun lira għal 25 proġett differenti. Il-proġetti huma mifruxa fuq

lukandi ta’ kull kategorija u se jsiru bejn din is-sena u s-sena d-dieħla. Tnejn millukandi

fil-kategorija 5 Star huma lesti. Waħda minnhom hi l-lukanda The Palace

f’Tas-Sliema li bdiet tilqa’ l-ewwel klienti tagħha ftit tal-ġimgħat ilu, filwaqt li l-

lukanda l-oħra hi l-lukanda Excelsior li mistennija

tiftaħ f’Ottubru. L-Awtorità tat-Turiżmu mbagħad

approvat 11-il proġett ieħor ta’ estensjoni ta’ lukandi,

hostels u guest houses għal din is-sena. Fost dawn

hemm l-estensjoni tal-lukanda Westin, u tal-lukanda

Vivaldi li hi fil-kategorija 4 Star, it-tnejn jinsabu f’San

Giljan. Proġett ieħor approvat hu dak ta’ l-estensjoni

tal-hostel tas-Sprachcafe f’Pembroke. Għal din issena

hemm ukoll ippjanati estensjoni ta’ lukanda 4

Star u lukanda 2 Star f’Ghawdex, estensjoni ta’ Guest House f’San Ġiljan u tliet

hostels fil-Gżira. U l-proġetti ta’ żvilupp u estensjoni huma numerużi anki għassena

d-dieħla l-Awtorità approvat ukoll 14-il proġett għall-estensjoni li huma

ppjanati għall-2008. Dawn jinkludu fost l-oħrajn l-estensjoni tal-lukanda 5 Star

Hilton Malta u l-estensjoni tal-lukanda Alexandra, li hi 3 Star, it-tnejn f’San Ġiljan.

Hemm ippjanati l-estensjoni ta’ tliet lukandi 4 Star fil-Mellieħa, f’San Pawl il-Baħar

u fil-Gżira, lukanda 3 Star f’Għawdex, sitt hostels u żewġ guest houses f’diversi

partijiet ta’ Malta. Sadattant, mibarra l-34 miljun lira fi proġetti approvati, l-

Awtorità tat-Turiżmu għandha quddiemha applikazzjonijiet għal diversi

estensjonijiet u bini ta’ lukandi oħra. Dawn l-applikazzjonijiet issa qed jistennew ilpermessi

meħtieġa mill-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar. L-investiment

ippjanat għal dawn il-proġetti jaqbeż is-Lm60 miljun.

IL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI M’HUWIEX AĠĠORNAT B’DAK LI QED

JITWETTAQ FIL-PAJJIŻ: Fi stqarrija, il-Gvern isostni li fl-aħħar żewġ proposti li

għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, dwar l-MCESD u l-qasam tad-djar, huwa wera li

jew mhux aġġornat b'dak li qed jitwettaq fil-pajjiż jew inkella qed jipprova jqarraq

bil-poplu Malti. Fil-każ ta' l-MCESD, illum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ċċara li l-

proposta tiegħu mhix li ċ-Chairman ta' l-MCESD ikun Ministru kif kien qal ftit

ġranet ilu. Il-Gvern ifakkar lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li ċ-Chairman ta' MCESD

huwa diġa membru sħiħ fil-Kumitat tal-Kabinet għall-Kompetittivita. Dan ifisser li

ċ-Chairman ta' l-MCESD diġa jippartecipa b'mod sħiħ f'dak kollu li jkun qed jiġi

studjat, ippjanat u żviluppat f'dan il-Kumitat tal-Kabinet inkluż il-Pjan Nazzjonali

ta' Riforma u l-Aġenda ta' Lisbona. Dan ifisser li ċ-Chairman ta' l-MCESD diġa'

jipparteċipa b'mod sħiħ u attiv f'ħafna xogħol tal-Kabinett. Fil-proposti tal-Kap ta'

l-Oppożizzjoni dwar il-qasam tad-Djar, jidher li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhux

aġġornat bl-iskemi differenti li żviluppa l-Gvern biex igħin lil min ikun jixtieq jixtri l-

ewwel dar tiegħu. Dawn jinkludu numru ta' skemi ta' l-Awtorita' tad-Djar, bħalma

huma l-iskema ta' equity sharing, l-iskema ta' għajnuna finanzjarja lil min ikun

bena jew irranġa l-ewwel dar tiegħu, l-iskema ta' sussidju tal-kera, u l-iskema

sabiex persuni b'diżabbilta' ikun jista' jkollhom dar skond il-ħtigijiet tagħhom, u

inizijattivi oħra tal-Gvern bħalma huwa l-arranġament li għamel il-Ministeru tal-

Finanzi mal-banek ewlenin għall-każijiet fejn ikun hemm postijiet tax-xogħol li

għalqu. Il-Gvern huwa konxju li f'dan il-qasam hemm aktar x'jista' jsir u dan ġie

trattat fid-Dokument ta' Qabel il-Baġit biex jiġi diskuss bi preparazzjoni għall-baġit

li ġej. Żgur li l-aħjar mod li nindirizzaw dan il-qasam sensittiv u importanti għal

pajjiżna huwa billi ma nħalluhx jerġa' jsir ballun politiku kif kien fi żminijiet talpassat.

Huwa għalhekk li l-Gvern jistieden lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni sabiex, bħal

ħafna Maltin oħra, jieħu sehem fid-diskussjonijiet ta' qabel il-baġit biex is-settur

tad-djar ikompli jiġi ndirizzat bl-aħjar mod possibbli.

KONSULENT TA’ ALFRED SANT JAPPELLA BIEX JIBDEW JINTAGĦŻLU N-

NIES MINN ISSA … biex jieħdu “over bis-serjeta’”: Fl-istess attivita' li fiha s-

Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jason Micallef kixef l-aġenda moħbija tal-

MLP - jiġifieri li Gvern ieħor ta' Sant ikun Gvern tal-Laburisti - konsulent ta' Sant

għamel dikjarazzjoni oħra. L-ex Ministru Laburista

Freddie Micallef appella lill-Amministrazzjoni tal-

Partit Laburista biex tibda tagħżel in-nies minn issa

biex jieħdu over għal meta l-Labour ikun fil-Gvern.

Nhar il-Ħadd li għadda MaltaRightNow.com żvela li

waqt diskors, is-Segretarju Ġenerali Laburista Jason

Micallef qal li Gvern ieħor ta' Sant se jkun Gvern tal-

Laburisti. Fl-attivita', li għaliha ma kinitx mistiedna l-

media, hu qal li seta' jgħid dak id-diskors għaliex iddiskors

kien qiegħed jagħmlu fost il-Laburisti. Freddie Micallef hu wieħed minn

grupp ta' sitta li għażel Alfred Sant biex jagħtuh il-pariri. Dan il-grupp jinkludi wkoll

lill-ex Ministru Laburista Joe Micallef Stafrace u lill-ex Segretarji Ġenerali tal-

General Workers' Union Ġorġ Agius u Anġlu Fenech. Il-membru tal-Kitchen

Cabinet ta' Alfred Sant - Freddie Micallef - appella wkoll għall-għaqda fil-Partit

Laburista. B'ħarstu lejn Alfred Sant, li kien qed jisma' d-diskors tiegħu, Freddie

Micallef saħaq li l-Laburisti għandhom jaqbdu id f'id mal-Mexxej Laburista u

"nżommu l-għaqda". Hu appella wkoll biex minn issa jibdew ikunu avviċinati dawk

il-persuni ħalli jkunu preparati biex ikunu jafu li "malli jkun hemm rebħa tal-Partit

Laburista, int se tkun inkarigat minn hemm, u tiddejqux tagħmluha". Issa li Alfred

Sant għażel lil Freddie Micallef biex jagħtih il-pariri, Micallef qed ikun involut

f'diversi attivitajiet Laburisti. Fil-fatt, ix-xahar li għadda hu tkellem f'laqgħa politika

fil-Gżira flimkien ma' l-ex Ministri Laburisti Ċensu Moran u Joe Debono Grech.

KONFERMA OĦRA: JASON MICALLEF RIED LI D-DISKORS TIEGĦU JIBQA’

BEJN IL-LABURISTI: Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li "s-Segretarju

Ġenerali tal-Partit Laburista Jason Micallef ried li dak li qal bla tlaqlieq bejn il-

Laburisti, jibqa’ bejn il-Laburisti biss u ma joħroġx fil-pubbliku. Tant ried li dak li

qal jibqa’ bejn il-Laburisti, li wera r-rabja tiegħu kontra min kixfu u għamel iddiskors

tiegħu fuq website billi għajjru injorant." Il-politika vera tal-Partit Laburista

toħroġ meta esponenti tal-Partit Laburista jkunu qed jitkellmu bejn il-Laburisti.

Hekk, kif qal Jason Micallef "hawn qegħdin

bejnietna u tajjeb li ngħidhielkom: se nkunu Gvern

tal-Laburisti". Meta jkollu udjenzi oħra, il-Partit

Laburista jipprova jingħogob magħhom, u jitkellem

b’mod differenti. F’intervista li ta, Jason Micallef qal

li hu "diżappuntant" li kien hemm "injorant" li poġġa

d-diskors li għamel hu fuq YouTube. Din hi

konferma oħra ta’ kemm Jason Micallef ried li d-

diskors li qal jibqa’ bejn il-Laburisti. Il-politika

Laburista hi politika ta’ "bejnietna". Gvern ieħor ta’

Sant ikun Gvern tal-Laburisti tal-qalba. Ikun gvern

ta’ bejnietna li jeskludi lil min ma jaqbilx mal-Partit

Laburista, lil min m’għandux rabtiet ma’ partiti,

jeskludi lil min jappoġġja lill-Partit Nazzjonalista u

jeskludi wkoll Laburisti li ma jkunux tal-qalba. Il-

Partit Laburista mhux kapaċi jkun Gvern ta’ kulħadd. Din ta prova tagħha kull

meta kien fil-Gvern, inkluż fit-22 xahar tal-Gvern ta’ Sant. Minkejja li Sant

iddeċieda li jagħmel 22 xahar biss fil-Gvern, 22 xahar kienu biżżejjed biex saru

inġustizzji. Il-Gvern ta’ Sant kien instab hati ta’ diskriminazzjoni u

vendikazzjonijiet. Dawn saru b’indħil dirett ta’ Ministri Laburisti li jagħtu l-ordnijiet

ta’ min għandu jitqaċċat u min għandu jieħu postu. L-ex Ministru Laburista

Freddie Micallef, li wkoll tkellem waqt l-attivita’ ta’ Charles Buhagiar, talab lill-

Partit Laburista biex jipprepara lin-nies u jgħidilhom minn issa ta’ xiex se jkunu

responsabbli u minn xiex se jkunu nkarigati, malli jkun Gvern ieħor ta’ Sant. Hu

appella lill-Partit Laburista biex ma jiddejjaqx javviċina lin-nies u jinfurmahom

minn issa. Jason Micallef qal li min pogga d-diskors fuq il-YouTube imbarazza

wkoll lil Charles Buhagiar. Filwaqt li qed jgħajjar lil min poġġa d-diskors tiegħu fil-

YouTube bħala injorant, il-fatti huma li dan id-diskors tpoġġa wkoll fuq il-website

tad-deputat Laburista Charles Buhagiar, li l-attivita’ saret ad unur tiegħu!

KUNĊERT MINN TLIET ĠGANTI TAL-MUŻIKA TALJANA: Fil-Valletta

Waterfront, il-bieraħ, folla numeruża, attendiet għall-kunċert kbir minn tliet ġganti

tal-mużika Taljana, Claudio Baglioni, Gianni Morandi u Riccardo Cocciante.

Kunċert li jifforma parti minn kampanja intiża li tqajjem aktar kuxjenza dwar ilproblema

ta' l-imigrazzjoni rregolari. Il-bieraħ filgħodu wasal Malta bħala

mistieden speċjali għal dan il-kunċert il-Ministru tal-Ġustizzja Taljan, Clemente

Mastella li ntlaqa' fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta minn Tonio Borg, il-Viċi-PM

u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Malti. F'konferenza ta' l-aħbarijiet li saret ilbieraħ

wara nofsinhar, iż-żewġ Ministri flimkien ma'

Francis Zammit Dimech, l-Ministru għat-Turiżmu u

Kultura, tkellmu dwar il-problema ta' l-immigrazzjoni

llegali li qed tolqot l-Ewropa. Il-Ministru Taljan qabel

ma' Tonio Borg u Francis Zammit Dimech u sostna li

l-problema ta' l-immigrazzjoni tittaffa biss jekk

b'solidarjeta', il-pajjiżi Ewropej jingħaqdu flimkien u

lkoll jieħdu xi wħud mill-immigranti f'pajjiżhom. Anke

it-tlett kantanti barranin tkellmu dwar il-messaġġ talkunċert

intitlolat Ciao Shia li minbarra li se joffri divertiment lil dawk preżenti

mistenni joħloq kuxjenza kontra d-diskriminazzjoni razzjali. Fil-kuncert taw

sehemhom ukoll ż-żewġ kantanti lokali, Ivan Filletti u Ira Losco kif ukoll il-grupp

mużikali Winter Moods. F'kumment lil Media.Link lkoll sostnew li din hija

esperjenza unika għall-kantanti Maltin u ħolma li dejjem xtaqu li ssir realta'.

ĠIRJA FAVUR IL-ĦAJJA U S-SAĦĦA FIŻIKA: Dan kien l-għan tal-ġirja ta’

ħames kilometri li għamlet il-Ħadd fil-għodu, din it-tifla Ingliż flimkien ma’

missierha. Il-ġirja kienet parti mill-inizjattiva race for life li permezz tagħha l-

organizzazzjoni Cancer Research UK torganizza tlielaq madwar ir-Renju Unit

biex tiġbor flus għar-riċerka xjentifika dwar il-kanċer u l-kura għalih. Il-Ħadd,

b’eċċezzjoni u għall-ewwel darba, tellieqa kienet organizzata f’Malta. L-

organizazzjoni ilha għal dawn l-ahhar 13-il sena

tagħmel tlielaq. Tul din is-sena diġa’ sar 280 tellieqa

madwar ir-Renju Unit, b’dik ta’ York – il-post fejn

toqgħod it-tifla, tkun postposta minħabba l-maltemp.

Kien imiss li t-tellieqa f’York issir il-Ħadd, iżda nzerta

li t-tifla Sophie, din id-darba kienet Malta fil-jum tattellieqa,

u minflok tilfet iċ-ċans li din is-sena tiehu

sehem, għamlet il-ġirja tagħha f’Malta waqt btala

f’pajjiżna, fl-istess ħin li sħabha lura f’York kienu qed

jagħmlu t-tellieqa. F’moħħ it-tifla waqt il-ġirja l-memorja ta’ nannitha li mietet

propju bil-kanċer. Jakkumpanja lil Sophie waqt il-ġirja kien hemm missierha – l-

ewwel raġel li qatt ħa sehem f’din l-inizjattiva kemm ilha ssir hekk kif

tradizzjonalment itellqu n-nisa biss. Il-missier, barra li biex ikun ta’ appoġġ għattifla

għamel din il-ġirja minflok martu, li minħabba raġunijiet mediċi ma setgħetx

tieħu sehem. L-organizazzjoni din is-sena qed tipprova tiġbor 600 miljun sterlina

għar-riċerka fuq il-kanċer, u Sophie ma naqsitx li tagħmel l-appell tagħha biex

kulħadd jagħti sehmu. “Aħdmu biex tgħatu sehmkom għal din il-kawza” kien l-

aħħar kumment tat-tifla li esperjenzat il-kruha u l-kefrija tal-marda tal-kanċer.

It-Tnejn, 27 ta’ Awissu:

PROĠETT TAT-TOMBLA MISTENNI JOĦLOQ 600 IMPJIEG: Kumpanija oħra li

tispeċjalizza fil-logħba tradizzjonali tat-tombla se tinvesti aktar minn disa’ miljun

ewro fi proġett li mistenni joħloq 600 impjieg ġdid f’dan is-settur li kulma jmur qed

jikber. Il-kumpanija Gaming Operations, ibbażata f’San Pawl il-baħar daħlet għal

proġett ambizzjuz ta’ swali tat-tombla mill-aktar moderni u sofistikati b’kuncett

gdid għal pajjiżna. Dan għaliex il-progett żzewweġ il-logħba tradizzjonali tal-bingo

mat-teknologija moderna bl-uzu ta’ l-aktar faċilitajiet żviluppati fil-kamp tatteknologija.

L-investiment ta’ din il-kumpanija ġdida lokali, mifrux sas-sena 2009,

ifisser il-bini ta’ 4 swali kbar tat-tombla – waħda fil-Qawra li nfethet fix-xhur li

għaddew, oħra ġdida fjamanta f’San Giljan li qed tkun inawgurata f’dawn il-jiem,

oħra fil-belt Valletta u oħra f’Rahal Ġdid. Dawn it-tnejn ta’ l-aħħar mistennija

jinfethu għall-pubbliku matul is-sena d-diehla. Is-swali, l-erbgħa li huma rrikjedew

investiment qawwi mhux biss fl-infrastruttura imma wkoll f’teknoloġija moderna li

tbiddel għal kollox il-metodu kif tintlagħab din il-logħba. Fost l-oħrajn, per

eżempju, kienu stallati dawk li jissejħu “electronic bingo terminals” li jagħmluha

possibbli li l-logħob ikun jista’ jsir b’mod separat imma magħqud permezz ta’ link

komuni bejn is-swali differenti. Dawk li jkunu qed jilagħbu t-tombla għandhom ilfacilita’

li jirbħu aktar flus aktar ma jkun hemm nies jilagħbu l-istess logħba flistess

ħin. Johann Schembri, direttur maniġerjali ta’ Gaming Operations Ltd

ikkonferma ma’ dan l-istazzjon li dan l-investiment sar possibbli wara li l-Ġvern

waqqaf l-Awtorita’ tal-Logħob u l-Lotteriji u dahlu fis-seħħ regolamenti ġodda

konnessi mal-logħob. B’dan l-izvilupp importanti f’pajjizna, din il-kumpanija

ħasbet li tisfrutta l-potenzjal qawwi li jeżisti u toffri lil dawk kollha li jħobbu l-

logħba tat-tombla faċilitajiet moderni li bħalhom ma kienx hawn f’Malta. Dan l-

aħħar investiment isegwi l-aħbar li waħda mill-akbar żewġ kumpaniji Ingliżi filqasam

tal-logħob fuq l-Internet, il-William Hill, qed tittrasferixxi b’seħħ immedjat ilparti

l-kbira ta’ l-operat tagħha mill-Karibew lejn Malta. Il-William Hill ingħatat illiċenzja

biex topera f’Malta fl-aħħar jiem.

KONFERMA OĦRA: JASON MICALLEF RIED LI D-DISKORS TIEGĦU JIBQA’

BEJN IL-LABURISTI – “Injorant” lil min tella’ l-filmat fuq il-YouTube:

F'intervista li ta, s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jason Micallef qal li hu

"diżappuntanti" li kien hemm "injorant" li poġġa d-diskors li għamel hu fuq

YouTube. Din hi konferma oħra ta' kemm Jason Micallef ried li d-diskors li qal

jibqa' bejn il-Laburisti. Il-politika Laburista hi politika ta' "bejnietna" biex Gvern

ieħor ta' Sant ikun Gvern tal-Laburisti tal-qalba ... Gvern ta' bejnietna li jeskludi lil

min ma jaqbilx mal-Partit Laburista, lil min ma għandux rabtiet ma' partiti, jeskludi

lil min jappoġġja lill-Partit Nazzjonalista u jeskludi wkoll Laburisti li ma jkunux talqalba.

Fi stqarrija, l-Partit Nazzjonalista sostna li l-politika vera tal-Partit Laburista

toħroġ meta esponenti tal-Partit Laburista jkunu qed jitkellmu bejn il-Laburisti.

Tant li kif qal Jason Micallef "hawn qegħdin bejnietna u tajjeb li ngħidhielkom: se

nkunu Gvern tal-Laburisti". Iżda meta jkollu udjenzi oħra, l-Partit Laburista

jipprova jingħoġob magħhom, u jitkellem b'mod differenti. Il-Partit Nazzjonalista

fakkar li l-Partit Laburista mhux kapaċi jkun Gvern ta' kulħadd. Din ta prova

tagħha kull meta kien fil-Gvern, inkluż fit-22 xahar tal-Gvern ta' Sant. Minkejja li

Sant iddeċieda li jagħmel 22 xahar biss fil-Gvern, 22 xahar kienu biżżejjed biex

saru inġustizzji. Tant hu hekk li l-Gvern ta' Sant kien instab ħati ta'

diskriminazzjoni u vendikazzjonijiet. Dawn saru b'indħil dirett ta' Ministri Laburisti

li jagħtu l-ordnijiet ta' min għandu jitqaċċat u min għandu jieħodlu postu. Flintervista

Jason Micallef qal li min poġġa d-diskors fuq il-YouTube imbarazza

wkoll lid-Deputat Laburista Charles Buhagiar. Iżda filwaqt li għajjar lil min poġġa

d-diskors tiegħu fil-YouTube bħala "injorant", il-fatti huma li dan id-diskors tpoġġa

wkoll fuq is-sit elettroniku tad-Deputat Laburista Charles Buhagiar innifsu, li l-

attivita' saret ad unur tiegħu!

SAMMUT JITFA’ T-TORT FUQ IL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-GWU:

F'dikjarazzjoni li bagħat lil Media.Link għal darb' oħra b'rabta mar-riżenja ta'

Charles Mizzi minn Chairman tal-kumpaniji ta' l-ivvjaġġar u l-assigurazzjoni tal-

GWU Untours, il-President tal-GWU Salv Sammut sostna li hu ġie implikat f'xi

ħaġa li qatt ma kellu f'moħħu li jagħmel. Sammut

isostni li xeba' jiġi implikat u jgħid li kif l-affarijiet qed

iduru u jieħdu perspettivi manipolattivi qed iġibuh

donnu xi aggressur. Kien għalhekk, jgħid Sammut li

ħass li kellu jerġa' jikteb u jeżerċita d-dritt ta' l-

istampa permezz ta' din id-dikjarazzjoni li kif talab il-

President tal-GWU stess, se tiġi pubblikata b'mod

sħiħ fil-ġurnal in-Nazzjon fil-ħarġa tat-Tlieta f'paġna

ħamsa. Fid-dikjarazzjoni tiegħu, il-President tal-GWU

jiftaħ attakk fuq dawk li tul il-laqgħa tal-Kunsill

Nazzjonali li ddiskutiet il-każ ta' Charles Mizzi, dawru l-kwistjoni kollha fuq kemm

kien tajjeb l-operat ta' Mizzi meta suppost li fil-laqgħa kellu jiġi diskuss l-operat

tal-bord li kien imexxi u mhux tiegħu personali. Dwar dawn Sammut jgħid li llum

qed jissejħu moderati imma fil-kungress t'Ottubru 2005 kienu militanti għax hekk

kien qabel għalihom li jiġu ttimbrati biex isalvaw posthom. Hu fatt magħruf li ż-

żewġ persuni li fil-Kunsill Nazzjonali ddefendew lil Charles Mizzi u l-operat tiegħu

kienu ż-żewġ diretturi ta' l-Untours Michael Parnis u Roberto Cristiano. Waqt li

jammetti li mhux l-ewwel darba li lil Charles Mizzi qallu personalment kemm l-

Untours taħt it-tmexxija tiegħu mxiet 'il quddiem, Sammut jgħid li kien xi

ħaddieħor – li ma jsemmihx b'ismu – li gibidlu l-attenzjoni biex jinvestiga l-operat

ta' Mizzi. Sammut jerġa' jtenni li hu qatt ma kkritika lil Charles Mizzi imma l-kritika

tiegħu dejjem kienet indirizzata lill-Bord u f'dan il-kuntest jgħid li l-ħsieb tiegħu

kien li l-Kunsill jiddiskuti l-operat tal-bord ta' l-Untours u mhux ta' Charles Mizzi.

Minbarra Charles Mizzi bħala Chairman, fuq dan il-bord kien hemm bħala Viċi-

Chairman Michael Parnis, Deputat Segretarju generali tal-GWU u Roberto

Cristiano bħala wieħed mid-diretturi. Skond Sammut, dan Charles Mizzi suppost

li kien jafu għax kellu laqgħa ma' Toni Zarb li fiha s-Segretarju Ġenerali tal-GWU

suppost li nformah. Mill-ittra tar-riżenja ta' Charles Mizzi pero' joħroġ ċar li

dakinhar lil Mizzi Zarb kien qallu “int m'għamilt xejn ħażin”. Dan jikkonferma dak li

kien żvela dan l-istazzjon li biex ma jidher ikrah ma' ħadd, f'dik il-laqgħa tal-kunsill

nazzjonali Toni Zarb la kien ħa pożizzjoni favur u lanqas kontra. Fil-fatt fiddikjarazzjoni

tiegħu Salv Sammut ikompli li Toni Zarb fil-Kunsill ma tkellem xejn la

biex jiġġustifikah, la biex jappoġġjah u wisq inqas biex jiddefendih.

SLOVAKKJA TIMXI FUQ L-EŻEMPJI TA’ MALTA BIEX IDDAĦĦAL L-EWRO:

Numru ta' pajjiżi li qed jittamaw li fis-snin li ġejjin idaħħlu l-munita ewro qed jimxu

fuq l-eżempju ta' Malta. Dan qed jiġri wara l-kampanja informattiva eċċellenti li

għamel u għadu qed imexxi l-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla għall-Ewro (NECC)

f'pajjiżna. F'Malta bħalissa hawn delegazzjoni mis-

Slovakkja, pajjiż li mistenni jdaħħal l-ewro f'Jannar

2009. Din id-delegazzjoni kellha programm sħiħ biex

tara dak li qed tagħmel Malta fit-tħejjijiet għad-dħul

ta' l-ewro. F'kummenti lil MaltaRightNow.com id-

Direttur għar-Riċerka fil-Bank Nazzjonali tas-

Slovakkja Martin Suster spjega li d-delegazzjoni

Slovakka ġiet Malta għax it-tħejjijiet hawn saru bilgħaqal

afna. Bħalissa s-Slovakkja qed tirsisti biex

tgħaddi mill-ħames eżamijiet ħalli l-pajjiż idaħħal l-

ewro, eżamijiet li teknikament jissejħu l-Kriterji ta'

Maastricht. Malta rnexxielha tgħaddi minn dawn l-eżamijiet u fis-16 ta' Mejju li

għadda l-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Bank Ċentrali Ewropew

irrakkomandaw li Malta ddaħħal l-ewro. Fl-10 ta' Lulju li għadda l-Kunsill tal-

Ministri Ewropej tal-Finanzi u l-Ekonomija (ECOFIN) issiġilla d-deċiżjoni li Malta u

Ċipru jidħl fiż-Żona Ewro.

FL-AQWA TAGĦHOM IT-TĦEJJIJIET GĦALL-FESTI TA’ L-INDIPENDENZA:

Jinsabu fl-aqwa tagħhom It-thejjijiet għall-Festi ta' l-Indipendenza ta' din is-sena.

Fi ftit jiem oħra fuq il-Fosos tal-Floriana tibda l-ħidma biex isiru l-Festi li jfakkru t-

43 anniversarju ta' l-Indipendenza. L-attivitajiet se jibdew fl-14 ta' Settembru u

jintemmu fl-20 ta' Settembru b'mass meeting indirizzat mill-Prim Ministru u Kap

tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi. Dakinhar ukoll jittellgħu l-premijiet kbar

abbinati mal-Loterija Indipendenza. Bħal kull sena fuq il-Fosos se jkun hemm

Arena għat-Tfal. L-attivitajiet għat-tfal se jsiru taħt tinda imsejħa it-Tinda tal-

Fantasija. Kull siegħa se jkunu qed isiru attivitajiet partikolari għat-tfal b'temi

differenti, li kollha għadhom tagħlima marbuta magħhom. Rokna ta' interess li se

terġa' ssib postha fuq il-Fosos se tkun dik ta' l-għana tradizzjonali. Dawn is-serati

ta' l-għana se jibdew fit-8:00pm u se jkun hemm għana spirtu pront, għana talfatt,

botta u risposta, u makjetti. B'rabta mal-Festi ta' l-Indipendenza se jkun

organizzat ukoll football tournament mill-MŻPN. It-tournament se jsir fil-Luxol

Grounds nhar is-Sibt, 15 ta' Settembru fil-Luxol Grounds mid-9:00am. It-tim

rebbieħ se jingħata vjaġġ għall-Ingilterra, grazzi għal Britishjet.com. Sadanittant,

mil-lum, il-ġurnal In-Nazzjon beda jippublika d-dettalji tal-Festi ta' l-Indipendenza

għal din is-sena.

ĠENEROŻITA’ KBIRA GĦALL-MALTIN F’OPEN DAY BIEX JINĠABRU

AFFARIJIET GĦALL-PERUVJANI: Il-ġenerożita' tal-poplu Malti, li wieġeb b'ruħu

u ġismu għall-appell li sar biex jiġu mgħejjuna l-

vittmi tat-terremot li laqat il-Peru' fil-15 ta' Awissu li

għadda, tant kienet kbira li s-Soċjeta' Missjunarja ta'

San Pawl qed tappella biex b'seħħ immedjat ħadd

ma jieħu aktar ħwejjeġ biex jintbagħtu fiż-żona

milquta. Dan l-appell qed isir hekk kif f'open day li

saret il-Ħadd, eluf ta' Maltin marru jagħtu l-oġġetti li

ntalbu biex jitpoġġew fil-kontejners li se jintbagħtu l-

Peru'.

Kelliema għaċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja ta' l-MSSP f'Malta qaltilna li matul

il-ġurnata tal-Ħadd imtlew żewġ kontejners u nofs oħra. Hu ttamat li sa l-aħħar

tal-ġimgħa l-għajnuna kollha tkun intbagħtet bil-baħar lejn il-kapitali Peruvjana

Lima, fejn il-Patrijiet tas-Soċjeta' Missjunarja ta' San Pawl se jqassmuha fiż-żoni

milquta.

CLAUDIO BAGLIONE JINTERPRETA “L-AĦĦAR BIDWI F’WIED IL-

GĦASEL”: “Esperjenza Sensazzjonali” – Is-Surmast Paul Abela: "Hi

esperjenza sensazzjonali u inspjegabbli fl-istess ħin li tisma' interpretazzjoni talkanzunetta

"L-Aħħar Bidwi f'Wied il-Għasel" millkantant

popolari Taljan Claudio Baglioni".

F'kummenti lil MaltaRightNow.com wara l-kunċert

mużikali ta' Claudio Baglioni, Gianni Morandi u

Riccardo Cocciante li sar fil-Valletta Waterfront nhar

is-Sibt filgħaxija, Mro. Paul Abela rrimarka li l-

interpretazzjoni tal-kanzunetta Maltija minn Baglioni

kienet eċċellenti. Għalkemm il-melodija baqgħet l-

istess u l-istil tbiddel xi ftit, in-nies kienu sorpriżi iżda

mbagħad komplew ikantaw mal-kantant. Mro. Abela,

li kien membru tal-grupp New Cuorey, kien ħa ħsieb il-mużika tal-kanzunetta

Maltija b'lirika ta' Alfred C. Sant. "L-Aħħar Bidwi f'Wied il-Għasel" kien ikantaha l-

mibki kantant Mellieħi Sammy Bartolo. Mro. Paul Abela ddeskriva l-kuntatti li

kienu saru bejnu u n-nies tal-kantawtur Claudio Baglioni. Hu qal li kien

ikkuntattjah is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Turiżmu u l-Kultura Peter

Portelli, li nfurmawh li Claudio Baglioni xtaq jinterpreta kanzunetta Maltija. Peter

Portelli fisser li l-kanzunetta "L-Aħħar Bidwi f' Wied il-Għasel" hi sinonima ma' l-

istil Malti. Mro. Abela għamel CD għal Claudio Baglioni bil-kundizzjoni li l-

kanzunetta Maltija togħġbu. Lill-kantant Taljan għaddielu wkoll il-mużika u l-kliem.

Ftit wara Peter Portelli reġa' kkuntattja lil Mro. Abela u qallu li l-kanzunetta Maltija

ntogħġbot ħafna minn Baglioni. Mro. Abela baqa' bil-kurżita' sa l-aħħar biex jara

kif Claudio Baglioni kien se jagħti l-interpretazzjoni tal-kanzunetta klassika

Maltija. Fil-fatt "L-Aħħar Bidwi f'Wied il-Għasel" instemgħet it-tieni waħda fil-

kunċert tas-Sibt li għadda. Fi kliem il-Mro. Abela, l-folla numeruża preżenti

baqgħet "iċċassata" meta semgħet lil Claudio Baglioni jkanta bil-Malti u nfexxew

iċapċpu u jkantaw mal-kanzunetta popolari Maltija.

It-Tlieta, 28 ta’ Awissu:

L-ISPTAR MATER DEI B’AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TAT-TV, INTERNET U

TELEFON MIS-SODOD: Il-pazjenti fl-Isptar Mater Dei se jkollhom aċċess għasservizzi

tat-televiżjoni, internet u telefon direttament mis-sodda tagħhom. Dan

jikkuntrasta bil-kbir mas-servizz tat-televiżjoni li jingħata fl-Isptar San Luqa, fejn ilpazjenti

għandhom aċċess biss fil-partijiet komuni. Barra minhekk il-pazjenti llum

jistgħu jużaw biss jew telefon pubbliku inkella t-telefon ċellulari tagħhom. Iżda

grazzi għall-ftehim ma' Melita Cable, se jinghata servizz tal-cable television b'xejn

fis-sezzjoni tal-pedjatrija, fejn hemm 80 sodda,

f'218-il post fil-partijiet komuni madwar l-isptar kollu

u fi 12-il post fid-Day Care Centre. Fis-sodod l-oħra

fil-bqija tas-swali se jkunu allokati f'kull channels u

servizzi oħra bi ħlas differenti. Dan jikkonsisti

f'pakkett bażiku ta' aktar minn 40 channel, Premium

Package ta' aktar minn 70 channel flimkien ma'

servizz ta' internet u e-mail, sejħiet mingħajr limitu

minn Hello-to-Hello, 50 stazzjon tar-radju u logħob elettroniku sempliċi. L-apparat

stallat mill-Melita Cable hu żviluppat apposta għall-użu fi sptarijiet u maħsub biex

jagħmel użu minnu kulħadd. Dawn huma magħmulin b'mod li ma jkunux mezz ta'

infezzjoni u l-istruzzjonijiet fuq l-użu tal-funzjonijiet differenti jixegħlu fuq screen

biex jagħmluha faċli issegwihom. Rappreżentanti tal-kumpanija se jkunu fl-Isptar

biex jassistu pazjenti fl-użu tat-terminals u biex jiżguraw li dawn jinżammu nodfa

f'kull

ħin.

Fi stqarrija l-Kap Eżekuttiv ta' Melita Cable Philip Micallef qal li l-għażla ta' Melita

Cable biex tipprovdi dan is-servizz importanti lill-Isptar Mater Dei hu unur kbir

ghall-kumpanija. Minbarra li Melita Cable tgħin biex tagħmel il-pazjenti aktar

komdi waqt iż-żmien tagħhom fl-Isptar, se tipprovdilhom ukoll ħin ta' divertiment

permezz ta' l-internet u t-telefonija.

IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-PN JAKKUŻA LILL-MLP B’SENSIELA TA’

GIDEB – Libell kontra Alfred Sant u Jason Micallef: Is-Segretarju Ġenerali tal-

Partit Nazzjonalista Joe Saliba qal li l-Partit Laburista qed jinfexx f'sensiela ta'

gideb, tgħawwiġ tal-fatti u sensazzjonaliżmu biex

jipprova jtellef l-attenzjoni tal-poplu Malti millkontroversji

fi ħdanu. Fi stqarrija Joe Saliba qal li l-

Partit Laburista u l-mezzi tax-xandir tiegħu qed

jigdbu meta jgħidu li l-vaganza tiegħu kienet sigrieta.

Tant li kemm mat-tluq kif ukoll fid-dħul tiegħu lura

f'Malta, kulħadd għadda mill-proċedura normali tad-

Dwana u tal-wiri tal-Passaporti. Il-Partit Laburista

gideb ukoll meta qal li Joe Saliba pprova jaħrab. Bil-

kontra, Joe Saliba qal li hu ta l-kummenti tiegħu b'mod immedjat mal-wasla

tiegħu lura Malta. Dan għamlu bla ħabi u biex juri wkoll id-diżonesta' tal-Partit

Laburista u tal-mexxejja tiegħu. Il-Partit Laburista qed jigdeb ukoll meta jgħid li

Żaren Vassallo ħa kuntratti minħabba li hu attivist tal-PN. Joe Saliba qal li l-

kuntratti pubbliċi jingħataw permezz ta' offerti mill-Gvern u li bħala Segretarju

Ġenerali tal-PN hu m'għandu l-ebda involviment dwar kif dawn jingħataw. Bilkontra

ta' Deputati Laburisti, Joe Saliba qal li hu m'għandu l-ebda rabtiet

kummerċjali f'negozji ma' negozjanti. Joe Saliba fisser lill-Partit Laburista

inkonsistenti meta aktar kmieni din is-sena kien qed jattakka lill-Gvern talli l-

kumpanija ta' Żaren Vassallo ma ħaditx tender għall-immodernizzar ta' l-Impjant

ta' Sant'Antnin, filwaqt li issa l-Partit Laburista qed jattakka lill-Gvern għax Żaren

Vassallo ħa kuntratti pubbliċi. Dan kollu juri li l-Partit Laburista hu mimli

opportuniżmu bla rażan, sostna Joe Saliba. Fl-istqarrija Joe Saliba qal ukoll li l-

Partit Laburista qed jipprova jaljena lill-poplu mill-iskandlu Laburista ta' Dubaj

meta fi ħdan id-delegazzjoni Laburista kien hemm bil-moħbi kuntratturi li

għandhom xibka ta' negozju ma' ex Ministri Laburisti li llum huma Deputati

Laburisti u li kienu fid-delegazzjoni wkoll - fosthom Charles Mangion u Charles

Buhagiar. Joe Saliba qal li ż-żjara tad-Deputati Laburisti u l-kuntratturi flimkien

ma kenitx btala privata iżda kienet delegazzjoni ta' l-Oppożizzjoni Laburista. Hu

f'dan il-każ li kien hemm taħlit ċar ta' interessi politiċi u interessi kummerċjali fiżżjara

tal-Partit Laburista f'Dubaj. Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista

sfida lill-Partit Laburista jiddikjara li l-kuntratturi li kienu Dubaj mad-delegazzjoni

Laburista għandhomx jiġu esklużi minn kull kuntratt pubbliku, taħt kull Gvern

Laburista, kemm-il darba Charles Mangion u Charles Buhagiar ikunu Deputati

Laburisti. Joe Saliba sfida wkoll lill-Partit Laburista biex minħabba l-kunflitt li kien

hemm bejn il-politika u n-negozju, jieħu passi kontra Charles Mangion u Charles

Buhagiar li għandhom rabtiet kummerċjali mal-kuntratturi li kienu Dubaj. Is-

Segretarju Ġenerali tal-PN temm l-istqarrija billi fakkar kif il-MLP qed jipprova

joħloq diversiv wara l-kontroversja li beda s-Segretarju Ġenerali tal-MLP Jason

Micallef, meta f'attivita' fil-magħluq għal-Laburisti qal li kienu bejniethom u li seta'

jitkellem mingħajr xkiel. Il-politika uffiċjali tal-MLP hi li Gvern Laburista ikun Gvern

tal-Laburisti u politika ta' vendikazzjonijiet u tpattija li Alfred Sant u Jason Micallef

iddeskrivewha "għajn għal għajn u sinna għal sinna". Sadanittant aktar tard matul

il-ġurnata s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista għamel libell kontra l-

mexxej tal-partit Laburista Alfred Sant u s-Segretarju Ġenerali ta' l-MLP Jason

Micallef. Dan il-libell se jwassal biex tkompli tinkixef l-istrateġija ta’ qerq u gideb

tal-Partit Laburista li issa addotta bħala parti mill-politika tiegħu li jipprova

jħammeġ. Stqarrija maħruġa mill-PN tgħid li mhux l-ewwel darba li l-Qorti sabet

lill-MLP ħati b'malafama u b'gideb apposta. Fil-fatt l-istqarrija tfakkar kif din issena,

il-Qorti sabet lill-Partit Laburista ħati li ġideb fuq il-Prim Ministru, fuq il-Vici

Prim Ministru u fuq 8 ministri oħra. Dakinhar il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li l-

Partit Laburista xandar affarijiet foloz biex iqarraq u min jaqra dak li qal il-Partit

Laburista jasal għall-konklużjonijiet żbaljati mibnija fuq fatti foloz.

ŻIEDA TA’ AKTAR MINN 3,000 FIN-NISA LI JAĦDMU: Ikomplu jiżdiedu l-

impjiegi b'aktar nisa jaħtfu l-opporunitajiet li qed jinħolqu u jidħlu fid-dinja taxxogħol.

Ċifri ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika (NSO) juru li fl-ewwel tliet xhur

ta' din is-sena n-nisa jaħdmu żdiedu bi 3,249 meta mqabbel ma' l-istess żmien

tas-sena li għadiet, filwaqt li fl-istess perjodu n-nisa bla xogħol naqsu b'967. Dan

biex bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena kien hawn 48,989 mara jaħdmu.

Jirriżulta li kien hemm żieda qawwija fin-nisa li qed jipprattikaw professjoni,

b'żieda ta' 1,784. Żieda sostanzjali oħra kienet fit-technicians nisa u fin-nisa li

għandhom impjieg relatat ma' din il-professjoni. Żdiedu wkoll l-iskrivana nisa, n-

nisa li jaħdmu f'fabbriki u dawk in-nisa f'impjieg bażiku. Dawn iċ-ċifri u aktar

ikkwotahom is-Segretarju Parlamentari għan-

Negozji ż-Żgħar u s-Self-Employed Edwin Vassallo

meta żar l-Uffiċini ta' Professional Health and

Beauty Services u Biocare fil-Mosta: żewġ kumpaniji

li jaħdmu flimkien bil-maġġoranza ta' l-impjegati

huma nisa. Edwin Vassallo qal li ż-żieda qawwija ta'

nisa professjonisti hi xhieda ta' l-impenn tal-Gvern li

jtejjeb is-servizzi edukattivi. Iċ-ċifri pożittivi fiż-żieda

ta' nisa jaħdmu juru wkoll li l-inizjattivi li l-Gvern

ħabbar fil-Budget li għadda qed jagħtu l-frott. Matul

din iż-żjara ż-żewġ kumpaniji kienu ppreżentati biċċertifikat

CSQM, li juri l-kwalita' fis-servizz li joffru.

KIF IL-ĦADDIEMA MALTIN JISTA’ JKOMPLU JAGĦMLU SUĊĊESS MILL-UE

– “UĦM Sajf” b’attivitajiet divertenti għal kulħadd: Fi tmiem din il-ġimgħa

għas-seba' sena konsekuttiva se ssir l-attivita' "UĦM Sajf" b'jumejn ta' divertiment

u informazzjoni għall-familja kollha f'Ta' Fra Ben, il-Qawra, organizzati mill-Union

Ħaddiema Maqgħudin (UĦM). Waqt konferenza ta' l-aħbarijiet tħabbru d-dettalji

dwar l-attivitajiet ta' tmiem din il-ġimgħa. Kif spjega s-

Segretarju Ġenerali tal-UĦM Gejtu Vella, din is-sena

l-attivitajiet - minbarra li joffru divertiment għal

kulħadd - se jiffokaw fuq kif il-ħaddiema Maltin

jistgħu jkomplu jagħmlu suċċess mis-sħubija ta'

Malta fl-UE. Għal dan il-għan din is-sena ngħaqad

mal-UĦM il-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla għall-Ewro

(NECC), li se jkollu stand fejn wieħed jista' jmur għal

informazzjoni dwar l-ewro. Dan bil-għan li l-Kumitat

ikollu aktar kuntatt mal-konsumatur u jisma' aktar dak

li għandu xi jgħid dwar l-ewro u l-bidla fil-prezzijiet.

In-NECC u l-UĦM diġa' qed jikkoperaw flimkien biex

isir monitoraġġ fil-bdil ta' prezzijiet u min qed jabbuża

qed ikun penalizzat. "UĦM Sajf" din is-sena se

jinkludi wkoll lill-Forum Malta fl-Ewropa. Fi tmiem din

il-ġimgħa se jkun imniedi wkoll uffiċċju ta' Europe

Direct li se tkun qed tieħu ħsiebu l-UĦM u li hu 50% iffinanzjat mill-Kummissjoni

Ewropea. Dan il-proġett hu riżultat tal-ħidma bejn il-UĦM u l-Uffiċċju tar-

Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta. Minbarra din l-informazzjoni

kollha dwar l-UE, matul "UĦM Sajf" se jkun hemm diskussjonijiet fuq diversi

suġġetti, żfin, kant u spettaklu bil-parteċipazzjoni ta' pesonalitajiet Maltin popolari.

L-ISKOLA SEKONDARJA L-ĠDIDA F’ĦAL QORMI SE TIFTAĦ IX-XAHAR ID-

DIEĦEL: L-Iskola Sekondarja l-ġdida f’Ħal Qormi mistennija tiftaħ ix-xahar iddieħel,

mal-bidu tas-sena skolastika l-ġdida, minkejja li ftit iktar minn sena ilu,

kienet għadha kemm saret iċ-ċerimonja tat-tqegħid ta’ l-ewwel ġebla. Minbarra li

din l-iskola qed tkun mgħammra fuq livell għoli bħal ma sar fil-Kulleġġ ta’ San

Benedittu, kienet iddisinjata b’mod li jitħares l-ambjent. Il-Ministru ta’ l-

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Mpjiegi Louis Galea qal

dan waqt żjara li għamel fis-sit fejn qed tinbena din l-

iskola, f’Ħal Qormi biswit il-Junior Lyceum f’Tal-

Ħandaq. Hu mistenni wkoll li fil-jiem li ġejjin

jitqiegħed it-turf artifiċjali fil-ground ta’ l-iskola li se

jkun fiha wkoll track ta’ l-atletika ta’ 200 metru. L-

inġinier Albert Ellul mill-FTS spjega l-karatteristiċi

ambjentali ewlenin li fiha din l-iskola. Dawn jinkludi

aperturi double glazed, materjal speċjali fis-soqfa kontra s-sħana fis-sajf, u l-

kesha fix-xitwa, kif ukoll ġwiebi kbar għall-ilma tax-xita li bejniethom jesgħu 1600

metru kubu t’ilma. Dan l-ilma minbarra li se jintuża għat-tisqija tal-ġonna madwar

l-iskola, se jintuża wkoll fil-faċilitajiet sanitartji. Kien maħsub ukoll li l-viti ta’ l-ilma

tax-xorb, jingħalqu waħidhom biex titnaqqas il-ħela. Aspett ieħor innovattiv f’din l-

iskola hi s-sistema tad-dawl, fejn il-kuridur tas-sular ta’ fuq se jkun qed jiddawwal

b’sistema li tuża r-raġġi tax-xemx li jgħaddu minn tubi apposta b’riżultat li jkun

hemm raġġ qawwi ta’ dawl fil-bini. Barra minn hekk l-iskola se jkollha wkoll

sistema magħrufa bħala T5 technology li hi ħames darbiet iktar effiċjenti minn

bozoz u tubi normali. L-iskola l-ġdida f’Ħal Qormi se jkollha wkoll sistema solari

biex jissaħħan l-ilma li se bih se jkunu ffrankati 15,000 unit ta’ elettriku fis-sena,

kif ukoll sistema ta' pannelli li jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx, li se jipproduċu 7.8

kiloWatt. Hu maħsub li din is-sena se tipproduċi sa 10% ta’ l-enerġija li jkollha

bżonn l-iskola, kif ukoll se tiffranka 10 tunnellati ta’ CO2 fl-arja. Il-Ministru Louis

Galea qal li dan il-proġett juri kemm il-Gvern qed jagħti prijorita' lill-ambjent. Hu

temm jgħid li din l-iskola hi eżempju tajjeb ta’ kif għandhom isiru l-proġetti tal-

Gvern, fil-ħin bi kwalita' għolja u b’użu tajjeb tal-fondi pubbliċi.

IL-POWER STATION TAL-MARSA TRID TINGĦALAQ SA L-2015: Il-power

station tal-Marsa sa l-aħħar tas-sena ta’ l-2015 trid tingħalaq kompletament, kif

tisħaq Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea li mistennija tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar li

ġej. Dan tħabbar mill-Kap Eżekuttiv tal-

Korporazzjoni Enemalta Alexander Tranter waqt

laqgħa li kellu ma’ delegazzojni tal-MLP fil-power

station tal-Marsa. Fil-kummenti tiegħu il-Kap

Eżekuttiv ta’ l-Enemalta qal li l-power station tal-

Marsa qdiemet u għadha taħdem grazzi għallimpenn

tal-ħaddiema ta’ l-Enemalta li huma kapaċi

iżommu s-sistema taħdem. Madankollu ħabbar li f’Jannar li ġej se tidħol fis-seħħ

direttiva ta’ l-UE, li tgħid li impjanti bħal dak tal-Marsa jistgħu jitħaddmu sa 20,000

siegħa oħra, iżda sal-31 ta’ Diċembru ta’ l-2015 dawn xorta waħda iridu

jingħalqu. Alex Tranter spjega li l-Enemalta qed tippjana li żżid il-kapaċita ta’ l-

impjant ta’ Delimara biex dan ikun jista’ jlaħħaq mad-domanda meta l-power

station tal-Marsa tingħalaq. Fl-istess ħin l-Enemalta qed tippjana li teqleb il-power

station ta’ Delimara għall-gass, biex ikun hemm inqas tniġġiż. Barra minn hekk issistema

ta’ distribuzzjoni se tingħaqad ma’ dik Ewropea permezz ta’ cable taħt ilbaħar

bejn Malta u Sqallija.

KONFERENZA DWAR “MALTA FIT-TRIQ GĦALL-EWRO”: Fl-1 ta' Ottubru li

ġej il-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla għall-Ewro (NECC) u l-Bank Ċentrali ta'

Malta bl-appoġġ tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea se

jorganizzaw konferenza bit-tema "Malta fit-triq għall-ewro". Għal din il-konferenza

se jiġu Malta diversi politiċi u personalitajiet distinti

Ewropej, fosthom il-President tal-Bank Ċentrali

Ewropew Jean Claude Trichet u l-Kummissarju ta' l-

Unjoni Ewropea responsabbli mill-Affarijiet

Ekonomiċi u Monetarji Joaquin Almunia. Ma' dawn

se jingħaqdu diversi kelliema ta' reputazzjoni

internazzjonali, li se jiddiskutu l-kisbiet u l-isfidi li

għaddew minnhom il-pajjiżi li diġa' introduċew l-

ewro. Il-konferenza se tiffoka fuq it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta qabel ma' erba

xhur oħra tibda tuża l-ewro u l-kordinazzjoni bejn il-pajjizi li jużaw din il-munita.

L-ISTAND TA’ MEDIA.LINK COMMUNICATIONS WAQT IL-FESTI TA’ L-

INDIPENDENZA: Stand imfittex kull sena waqt il-Festi ta' l-Inipendenza ta' din issena

hu dak ta' Media.Link Communications – il-kumpanija li tmexxi t-taqsimiet

kummerċjali tal-Partit Nazzjonalista – Net TV,

Radio 101, il-gazzetti In-Nazzjon u il-mument, issit

elettonriku maltarightnow.com, il-librerija

Informa u l-Pubblikazzjonijiet Indipendenza. Kif

inhi t-tradizzjoni f'dawn l-aħħar snin, din l-istand

toffri informazzjoni u fl-istess waqt pubbliċita' dwar

l-iskedi ‘l ġodda tal-programmi ta' Net TV u Radio

101 li jkunu se jibdew jixxandru minn Ottubru li ġej.

Minkejja li bħalissa l-iskeda għadha qed tkun

finalizzata, mhux eskluż li l-iskeda ta' Net TV

tinkludi xi sorpriża interessanti, kif żvelat Louiselle Vassallo, Media Manager ta'

Media Link Communications. Fost il-programmi konfermati għall-Ottubru li ġej

insibu Bongu Net, Minibugz, Kontra l-Ħin, Sellili, Replay, Newsroom, House

Magazine, Niltaqgħu, Eva u Wheelspin. Is-Sibt se jibdew jixxandru żewġ

programmi ġodda. ‘Sas-sitta' hu l-programm ta' wara nofsinhar ippreżentat minn

Mirelle Bonello u J Anvil u Kollox Sibt Sorpriża hu l-programm il-ġdid tas-Sibt

filgħaxija flimkien ma' Karl u Romina Bonaci, Hector Bruno, Augusto Cardinali u

Ryan Borg. Ma jistax jonqos li l-iskeda ta' Ottubru tinkludi żewġ sensiliet tad-

drama ferm mistennija – Santa Monika u s-sensiela l-ġdida, Għeruq. Ma' NET TV

se jingħaqdu diversi personalitajiet ġodda fosthom Rachel Micallef, Toni maghruf

ta' l-Arloġġi, Diane Nikolic, Robert Farrugia Vella u Debbie Scerri. B'rabta ma' l-

iskeda ta' Radio 101, din mistennija tinkludi ħafna iktar programmi ta' diskussjoni.

UFFIĊJAL TAL-GWU JIDDEFENDI LIL JASON MICALLEF: Andre Borg li hu

wkoll ufficjal tal-GWU f’ittra li kienet pubblikata fil-gazzetta The Times iddefenda

l-aġir tas-Segretarju Ġenerali tal-MLP Jason Micallef li waqt attivita' tad-Deputat

Laburista Charles Buhagiar qal li jekk il-MLP ikun fil-Gvern se jkun Gvern tal-

Laburisti. L-ittra kienet iffirmata minn Andre Borg li hu ukoll il-President tal-GWU

Youth li hi l-fergħa taż-żgħażagħ fi ħdan il-GWU. Fl-ittra tiegħu Andre Borg

jiġġustifika dak li qal Jason Micallef u jgħid li din id-dikjarazzjoni ma fiha xejn

ħazin, għax skond hu tfisser ġustizzja mal-Labursti. Andre Borg ikompli

jiġġustifika lil Jason Micallef billi jallega li l-persuni ta’ fehma Laburista qed ikunu

diskriminati. Dan jikkonferma dak li kien qal il-Mexxej Laburista Alfred Sant waqt

il-Kungress Nazzjonali tal-GWU fl-2005. Dakinhar Alfred Sant f’diskors li kien

għamel quddiem id-delegati tal-GWU kien sostna li għall-MLP il-GWU hi Union

privileġġjata.

L-Erbgħa, 29 ta’ Awissu:

IL-UĦM MA TAQBILX MAL-PROPOSTA TA’ ALFRED SANT: Il-Union

Ħaddiema Magħqudin ma' taqbilx mal-proposta li ħareġ biha l-kap ta' l-

oppożizzjoni Alfred Sant li ċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku

u Soċjali jingħata rank ta' Ministru fil-kabinett. Skond il-UHM, jekk jiġri dan, l-

indipendenza tant meħtieġa għax-xogħol ta' l-istess kunsill, tintilef. Fi stqarrija, il-

Union Ħaddiema Magħqudin sostniet li l-kabinett tal-Ministri hu magħmul minn

persuni eletti fuq programm ta' partit politiku u

għaldaqstant iċ-Chairman ta' l-MCESD m'għandux

jassumi responsabbilita' jew ikun kelliem ta' l-

imsieħba soċjali fil-kabinett tal-gvern. Aktar milli ċ-

Chairman tal-Kunsill jispiċċa jpoġġi fuq il-kabinett

tal-Ministri, il-UHM temmen bis-sħiħ li r-

rappreżentanza tal-gvern fuq l-MCESD għandha

tissaħħaħ. Għax l-esperjenza uriet li meta l-gvern

ikun rappreżentat ukoll fl-MCESD minn Ministru,

ħidmet il-kunsill tkun wahda mill-aktar effettiva u

produttiva.

U għandu jkun dan ir-rwol tal-Ministru fl-MCESD li bħalma jagħmlu r-

rappreżentanti tal-korpi kostitwiti u t-trejdunions li jmorru lura jirraportaw lillkunsilli

rispettivi tagħhom, hekk ukoll il-Ministru jew segretarju parlamentari

jirraporta lill-kabinett. Il-UHM għamlitha ċara li biex id-djalogu soċjali jkun wieħed

kostruttiv u effettiv, fl-MCESD it-tliet partijiet, il-gvern, il-unions u l-għaqdiet ta'

min iħaddem irid ikollhom l-istess jeddijiet, doveri u responsabbilitajiet. Ebda

parti, fl-ebda mument, ma tista' tieħu jew tokkupa pożizzjoni ta' dominanza fuq ilpartijiet

l-oħra.

Dwar ic-Chairman, jingħad li dan għandu jibqa' jintagħżel mill-PM wara process

ta' konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali kollha. Kif qed isir illum. Il-UHM qalet li

waslet għal dawn il-konkluzjonijiet f'laqgħa msejħa apposta bejn l-uffiċjali u s-

segretarji tat-taqsimiet tagħha wara li analizzat fid-dettal il-proposta li ressaq ilmexxej

laburista. U enfasizzat li din id-deċizjoni hi konsonanti ma' dak li ġie

adottat fil-konferenza ġenerali tagħha ta' Marzu ta' din is-sena meta ġie approvat

dokument bi proposti dwar ir-riforma fl-MCESD. Kien il-ġimgħa l-oħra li Alfred

Sant iddikjara li jekk ikun Prim Ministru, jaħtar fil-kabinett tal-Ministri liċ-Chairman

ta’ l-MCESD. Il-proposta kontroversjali li ħareġ biha l-kap ta' l-oppożizzjoni

jirriżulta li ma kkonsulta ma' ħadd dwarha. Qabad u ħareg biha dak il-ħin. Fil-fatt

ma tidher imkien fil-famuż pjan għall-bidu ġdid li jiġbor fih id-dokumenti li hareġ ilpartit

laburista fl-aħħar snin. Dokument li ironikament kien f'idejn Alfred Sant

stess meta ħareġ b'din il-proposta. Alfred Sant mhux talli qal li liċ-Chairman tal-

MCESD jaħtru fir-rank ta' Ministru fil-kabinett laburista, imma saħanistra qal li

jagħzlu hu stess. Dan ikun ifisser li minkejja li jkun fir-rank ta' Ministru, dan ma

jkunx ġie elett demokratikament bħal ħaddieħor u jintagħżel direttament mill-Prim

Ministru.

AKTAR MINN 21,000 INTITOLATI GĦAL RIFUŻJONI TAT-TAXXA: Madwar

21,541 individwu u kumpaniji għandhom jieħdu bejniethom Lm17 miljun

f'rifużjonijiet tat-taxxa mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni (IRD). Dawn l-individwi jew

kumpaniji se jirċievu ċekk jew notifika dwar kif se jitħallsu. Dan tħabbar mis-

Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi Tonio Fenech waqt konferenza

ta' l-aħbarijiet. Hu spjega li fid-diskors tal-Budget għal din is-sena ttieħdet

deċiżjoni li l-ħlas ta' rifużjonijiet li l-IRD għandu jagħti lil diversi individwi u

kumpaniji għas-snin l-imgħoddija ma jibqgħux ikunu

posposti aktar għal żmien indefinit.

Tonio Fenech spjega li ħlief għal numru żgħir ta' kumpaniji li għandhom jieħdu

aktar minn Lm10,000, kulmin għandu xi rifużjoni se jirċievi l-ammont dovut

f'pagamenti li se jitħallsu sa perjodu massimu ta' 28 xahar. Is-Segretarju

Parlamentari Fenech stqarr li dawn l-ammonti ta' taxxa li tħallset żejda huma

għas-snin ta' qabel daħlet is-sistema l-ġdida tas-Self Assessment fl-1999.

Hu fisser li taħt is-sistema l-ġdida, l-IRD hu obbligat li jħallas ir-refunds kollha

dovuti fi żmien sitt xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-prospett tat-taxxa annwali.

1998-2007: IL-GVERN B’INVESTIMENT TA’ AKTAR MINN LM13-IL MILJUN

GĦALL-ISPORTS: Bejn l-1998 u l-2007 il-Gvern se

jkun investa aktar minn Lm13-il miljun (€30.28

miljun) fl-isport Malti. Lm5 miljun (€11.65 miljun)

minnhom intefqu fi proġetti kapitali filwaqt li l-bqija -

Lm8 miljun (€18.63 miljun) - kienet spiża rikorrenti. Il-

Ministru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi

Louis Galea qal dan meta dalgħodu żar ix-xogħol li

qed isir fil-Kumpless Sportiv ta' Melita f'Pembroke.

Il-ħidma fil-Kumpless qed issir b'għajnuna qawwija

mill-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport u l-

Fond għall-Kawżi Ġusti fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi. Il-Ministru Galea sostna li

l-politika tal-gvern hi li jappoġġja kemm jista' jkun lill-għaqdiet sportivi b'faċilitajiet

u riżorsi biex dawn iwasslu l-programmi fil-komunita'.Il-proġett tal-Kumpless

Sportiv tal-Melita beda bit-tqegħid ta' żewġ pitches tat-turf artifiċjali 5-a-side li

tlestew fl-2004. Wara li ntemmet din il-fażi, d-diriġenti ta' Melita FC bdew jaħdmu

fuq il-fażi li kien imiss, jiġifieri li jsir ground 11-a-side bit-turf artifiċjali minflok ilpitch

taż-żrar li kien hemm s'issa. Il-ground il-ġdid issa beda u miexi b'ritmu

mgħaġġel, tant li diġa' tqiegħed is-saff ta' taħt. Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda

jitqiegħed it-turf artifiċjali u wara jkun stallat l-apparat kollu meħtieġ inkluż id-dawl,

il-lasti u l-ilqugħ. Il-proġett jinkludi wkoll xogħol fuq l-istand ta' l-ispettaturi kif ukoll

blokk amministrattiv li se jinbena taħt l-art li fost oħrajn se jinkludi gym maħsub

apposta għat-tfal.

JOE SALIBA JIPPREŻENTA LIBELLI KONTRA L-MLP U L-MEDIA

LABURISTA: Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Joe Saliba dalgħodu

ppreżenta żewġ libelli fil-Qorti tal-Maġistrati: wieħed

fil-konfront tal-Mexxej Laburista Alfred Sant u s-

Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jason

Micallef, u l-ieħor fil-konfront ta' l-Editur ta' l-

Aħbarijiet fuq l-istazzjonijiet Laburisti Miriam Dalli.

Il-libelli saru permezz ta' rikors wara li dan l-aħħar

saret kampanja qarrieqa mill-Partit Laburista blintenzjoni

ewlenija li tħammeġ. Għalhekk Joe Saliba

qed jitlob lill-Qorti biex tillikwida danni wara li ssib lill-

Partit Laburista ħati ta' malafama bl-iskop li ttellef

mir-reputazzjoni tiegħu. Il-libelli saru wara stqarrija li ħareġ il-Partit Laburista l-

bieraħ u fuq dak li xxandar fl-aħbarijiet fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Laburista

l-bieraħ ukoll. Il-libelli, li kienu ffirmati mill-Avukat Joe Zammit Maempel, qed issir

talba biex id-danni jiġu likwidati favur is-Segretarju Ġenerali tal-Partit

Nazzjonalista skond l-Artiklu 28 tal-Liġi Dwar l-Istampa. F'kumment li ta lil

MaltaRightNow.com ftit minuti qabel ma ppreżenta l-libelli, s-Segretarju Ġenerali

tal-Partit Nazzjonalista qal li dan kollu jikkonferma f'liema stat wasal il-Partit

Laburista li lest li jattakka akkost ta' kollox anke meta ma jkunx hemm issue. Hu

qal li l-mistoqsija issa hi "min imissu jgħaddi mill-istess sitwazzjoni?". Hu tenna li

dan kollu jikkonferma dak li qed jgħid il-Partit Laburista llum, dwar kif beħsiebu

jadotta l-politika tiegħu jekk ikun fil-Gvern.

L-ISTAND TAL-PIN FUQ IL-FOSOS WAQT IL-JIEM TAL-FESTI TA’ L-

INDIPENDENZA: Għall-Festi ta' l-Indipendenza fuq

il-Fosos tal-Floriana se jittella l-istand tal-

Pubblikazzjonijiet Indipendenza (PIN) li ta kull sena

jkun popolari ferm ma' dawk kollha li jżuru l-

attivitajiet fuq il-Fosos. Din is-sena fl-istand tal-PIN

wieħed se jkun jista' jsib il-Kullana għat-Tfal. Din ilkullana

ta' pubblikazzjonijiet hi programm ta'

tagħlim li jimxi id f'id mal-ħtiġijiet tal-Kurrikulu

Nazzjonali. Il-Kullana għat-Tfal tippreżenta l-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin

b'mod aktar ħafif biex jifmuh it-tfal. Fl-istand wieħed se jkun jista' jsib ukoll il-ktieb

il-ġdid maħruġ mill-PIN dwar l-Internament u l-Eżilju matul l-aħħar Gwerra.

GĦAXRA JEĦILSUHA ĦAFIF META ĊEDA SAQAF F’ĦAŻ ŻABBAR – Il-

Gvern joffri għajnuna mmedjata lill-familji: Għaxar membri ta' żewġ familji -

omm li qed tistenna tarbija flimkien ma' tliet uliedha u familja oħra ta' sitt persuni -

ħelsuha ħafif meta ċeda saqaf ta' kerrejja f'Ħaż Żabbar. L-inċident seħħ fi Sqaq

Numru 5 fi Triq il-Biċċieni, u jirriżulta li fost ilpersuni

involuti hemm tfajla ta' 17-il sena li qed

tistenna tarbija u tifla ta' sentejn. Kien għall-ħabta

tal-5:30am x'ħin infaqa' ċint li fuqu kien qed iżomm

tank ta' l-ilma. Kien f'dan il-mument li t-tank mimli

bl-ilma għeleb u t-toqol tiegħu faqa' x-xorok tassaqaf

tal-kċina tal-kerrejja.

Skond dawn iż-żewġ familji kien ilhom japplikaw

għall-għajnuna biex titranġa din ir-residenza. Malli

sar jaf bil-kaz, il-Ministeru tal-Familja u s-

Solidarjeta' Socjali beda jahdem biex joffri kenn lil

dawn iz-zewg familji minhabba li barra li spiccaw

f'post ikkundannat spiccaw ukoll minghajr isservizzi

essenzjali tad-dawl u l-ilma.

Filwaqt li rrakkontaw dak li għaddew minnu tul l-

għodwa, ż-żewġ ommijiet kellhom stqarrija waħda:

"Madonna tal-Grazzja ħelsitilna". Dan hekk kif l-

inċident seħħ propju ġimgħa qabel il-Festa tal-Madonna tal-Grazzja f'Ħaż Żabbar.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija f'dan il-kaz tmexxew mis-Surgent Charles Bonello

mill-Għassa ta' Ħaż Żabbar.

IX-XOGĦLIJIET FUQ IZ-ZUNTIER TAS-

SANTWARJU TA’ ĦAŻ ŻABBAR: L-iżvilupp u l-

progress ma jwaqqafhom ħadd. Iżda qed isir minn

kollox biex il-karatteristiċi tipiċi taċ-ċentru tar-raħal

Malti jinżammu. Dan qalu il-Ministru għar-Riżorsi u

l-Infrastruttura Ninu Zammit. Ix-xoghol li qed isir fuq

iz-zuntier tas-Santwarju ta' Haż Żabbar hu parti

zgħira biss minn programm ta' xogħlijiet li saru u

qed isiru madwar il-gżejjer Maltin tul l-aħħar snin u

li b'kollox involvew investiment ta' nofs miljun lira.

Iż-żona totali tal-pavimentar hi ta' madwar 400

metru kwadru. Ix-xogħol sar kollu mill-ħaddiema

tal-Gvern filwaqt li l-madum tqiegħed minn

kuntrattur privat. Il-Ministru tenna li dan il-proġett

hu eżempju ċar ta' l-effiċjenza u l-mod kif qed

jaħdmu l-ħaddiema tal-Gvern peress li sar fi żmien

stipulat ta' anqas minn tmien ġimgħat.

JITĦABBRU D-DATI TA’ L-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA U L-INSIB FIL-ĦARIFA: Il-

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħabbar id-dati tal-ftuħ ta' l-istaġun talkaċċa

u l-insib fil-ħarifa. Il-kaċċa fuq l-art se tkun miftuħa bejn l-ewwel ta'

Settembru u l-31 ta' Jannar 2008. Waqt li l-kaċċa fuq il-baħar se tkun miftuħa

bejn l-ewwel t'Ottubru u l-31 ta' Jannar li ġej. L-

istaġun ta' l-insib ta' l-għasafar ta' l-għana se jkun

miftuħ bejn l-1 t'Ottubru u l-31 ta’ Jannar waqt li dak

ta' l-insib tal-gamiem u s-summien, se jiftaħ fl-1 ta'

Settembru u wkoll jagħlaq fil-31 ta’ Jannar. Iżda l-

insib tal-malvizz u l-pluvieri jista' jsir bejn l-20

t'Ottubru u l-10 ta' Jannar. Il-Gvern iddeċieda wkoll li

għall-perjodu bejn il-15 u t-30 ta’ Settembru, li huwa

perjodu li fih l-aktar li jpassi t-tajr tal-priża, il-kaċċa

minn fuq l-art se tingħalaq mit-tlieta ta' wara

nofsinhar sa sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx. Il-kaċċa fil-Ħdud tibqa' skond il-ħinijiet

stipulati fil-liġi jiġifieri sas-siegħa ta' wara nofsinhar. Il-gvern fakkar li min jinqabad

jikser il-liġi jista' jeħel multi u pieni u għalhekk appella lill-kaċċaturi u n-nassaba

kollha sabiex jipprattikaw l-attivita' tagħhom b'mod responsabbli biex ikunu evitati

inċidenti bħalma ġara f'Mejju li għadda meta nqatel numru ta' tajr protett.

Il-Ħamis, 30 ta’ Awissu:

LULJU B’ĊIFRA OĦRA REKORD TA’ TURISTI – Jonqfu Lm9.6 miljun aktar:

B'147,700 turist iżuru Malta, Lulju kompla bix-xejra pożittiva fis-settur turistiku li

issa ilha għaddejja tul is-sena kollha, xahar wara l-ieħor. Iż-żieda f'Lulju kienet ta'

12.1% fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra. Fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena żaru

Malta 649,502 turist, jiġifieri żieda ta' 7.6% fuq l-

istess perjodu s-sena li għaddiet u l-aħjar ċifri għallewwel

seba' xhur tas-sena fl-aħħar sitt snin. Flistess

waqt l-infiq mit-turisti fl-ewwel seba' xhur ta'

din is-sena kien ta' Lm232.7 miljun (€542.05 miljun),

żieda ta' Lm9.6 miljun (€22.36 miljun), jew 4.3% fuq

l-istess perjodu s-sena l-oħra. F'kumment lil

MaltaRightNow.com, il-Ministru għat-Turiżmu u l-

Kultura Francis Zammit Dimech qal li x-xejra

pożittiva fis-settur turistiku qed tissokta b'mod tajjeb. Hu qal li mhux biss l-ewwel

seba' xhur huma pożittivi iżda ċifri li joħorġu mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta

jindikaw li f'Awissu kien hemm ukoll żieda ta' madwar 11% fil-movimenti talpassiġġieri.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura qal li l-introduzzjoni tal-low-cost

carriers stimulat lil-legacy airlines biex huma wkoll iżidu r-rotot u joffru prezzijiet

aktar kompetittivi. Dan kollu wassal biex aktar nies qed jagħżlu Malta għallvaganzi

tagħhom.

9,000 TURIST QATGĦU BILJETT MA’ L-AIR MALTA GĦAL BEJN APRIL U

ĠUNJU LI ĠEJJIN: Waqt li l-lukandiera u dawk involuti fit-turiżmu qed isostnu li

dan kien l-aħjar Sajf fl-aħħar snin, jirriżulta li l-indikazzjoni għall-Ħarifa, x-Xitwa u

saħansitra r-Rebbiegħa tas-sena d-dieħla huma pożittivi. MaltaRightNow.com

jista' jiżvela kif il-linja nazzjonali ta' l-ajru Air Malta diġa' għandha aktar minn

9,000 turist li qatgħu l-biljett ta' l-ajru biex iżuru l-gżejjer Maltin bejn April u Ġunju

tas-sena d-dieħla. Dawn it-turisti approfittaw minn

offerta ta' titjirijiet li jibdew minn Lm2 li nediet l-Air

Malta fl-aħħar ta' Lulju li għadda u li għalqet il-bieraħ

filgħaxija. Kelliem għall-Air Malta qal li din l-offerta

kienet esperiment li rnexxa. Għal din l-offerta, l-Air

Malta m'għamiltx pubbliċita' fuq il-mezzi tax-xandir

jew mezzi oħrajn iżda użat biss il-portal il-ġdid

airmalta.com, li tnieda f'April li għadda. L-offerta

serviet ukoll biex tara jekk it-turisti u l-Maltin humiex

lesti jibbukkjaw titjira minn xhur ferm qabel. Jingħad li

5,000 persuna xtraw il-biljett ta' l-ajru għall-prezz ta'

Lm2 biss, filwaqt li 6,000 oħra xtraw il-biljett bi prezz imraħħas li ma kienx jaqbeż

il-Lm31. Ħafna mit-turisti li diġa' ddeċiedew li jiġu Malta fir-rebbiegħa tas-sena d-

dieħla mhux biss xtraw il-biljett ta' l-ajru, iżda saħansitra bbukkjaw il-lukanda fejn

se jkunu alloġġjati. Dan għamluh mill-portal ta' l-Air Malta. Minbarra l-eluf ta'

turisti li approfittaw minn titjirijiet irħas ħafna lejn Malta, jirriżulta li kien hemm

madwar 2,200 Malti u Maltija li wkoll xtraw biljetti irħas ma' l-Air Malta għal tmien

destinazzjonijiet fl-Ewropa.

APRIL-ĠUNJU 2007: Il-Bejgħ totali tan-negozji fil-manifattura jiżdied

b’Lm6.5 miljun: Bejn April u Ġunju ta' din is-sena, l-bejgħ totali tan-negozji filmanifattura

fosthom kumpaniji li jipproduċu l-ikel, tessuti, injam u karti żdied

b'Lm6.5 miljun (€15.1 miljun) meta mqabbel ma' l-istess perjodu fl-2006. Dan

joħroġ minn stħarriġ li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika (NSO) fost 390

kumpanija tal-manifattura. Minn dan l-istħarriġ jirriżulta li kien hemm żieda ta'

2.6% tal-bejgħ totali, minn madwar Lm253 miljun

(€589.3 miljun) fl-2006 għal aktar minn Lm260 miljun

(€605.6 miljun). L-istħarriġ juri wkoll li l-bejgħ ta'

apparat li jintuża fil-qasam tal-mezzi ta'

komunikazzjoni, fosthom is-settur tar-radju u t-

telviżjoni żdied bi Lm3.3 miljun (€7.7 miljun) fuq l-

istess perjodu tas-sena li għaddiet. Il-bejgħ żdied

ukoll fil-qasam tal-farmaċewtika u l-għamara fost l-

oħrajn. Intant, in-negozji li jimmanifatturaw apparat

elettroniku, apparat li jintuża fis-settur tal-media u

prodotti fil-qasam tal-kimika rreġistraw żieda fl-impjiegi filwaqt kien hemm tnaqqis

fl-impjiegi, f'oqsma oħra bħal dak tat-tessuti. L-investiment fil-qasam talmanifattura

għall-ewwel sitt xhur tas-sena kien fl-istess livell bħal dak ta' l-2006 u

ammonta għal aktar minn Lm33 miljun (€76.9 miljun).

IL-GVERN JITLOB INKJESTA MILL-KUMITAT TAL-KONTIJIET PUBBLIĊI

DWAR IL-KSIR: F'ittra mibgħuta liċ-Chairman tal-

Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi Charles Mangion, il-

Ministru għall-Investiment, l-Industrija u l-IT Austin

Gatt talab li ssir inkjesta dwar sensiela ta'

allegazzjonijiet li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni

Alfred Sant fuq il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-

Ilma (KSI). L-allegazzjonijiet kienu saru mill-Kap ta' l-

Oppożizzjoni fi stqarrija tal-Partit Laburista li ħarġet

nhar il-Ħadd li għadda. Hu esprima t-tama li l-Kap ta'

l-Oppożizzjoni jkun preżenti għal-laqgħa tal-Kumitat,

jew bħala wieħed mill-membri ta' l-Oppożizzjoni

inkella bħala xhud. B'hekk kulħadd ikollu l-

opportunita' jiddjaloga direttament miegħu u jara s-

sustanza tal-provi li kapaċi jġib.

PROĠETTI TA’ TITJIB F’SITT SKEJJEL MADWAR GĦAWDEX: Bħalissa

għaddejjin diversi xogħlijiet ta’ tisbiħ u modernizzar f’sitt skejjel f’Għawdex. Dawn

ix-xogħlijiet għaddejjin fl-istess ħin biex ikunu jistgħu jiġu mitmuma sal-bidu tassena

skolastika li jmiss. Dan ifisser li bħalissa qiegħed isir xogħol fi kważi nofs l-

iskejjel f’Għawdex għat-tfal ta’ taħt is-sittax-il sena. Fi kliem il-Ministru għal

Għawdex Giovanna Debono, li għamlet żjarat waqt li kien għaddej ix-xogħol fliskejjel

primarji tax-Xewkija, Nadur, Għajnsielem u Żebbuġ, dawn ix-xogħlijiet

huma konferma oħra ta’ l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex kontinwament

ikompli jiżviluppa s-settur ta’ l-edukazzjoni f’Għawdex. Il-proġett ta’ tisbiħ fl-iskola

primarja Roża Magro fix-Xewkija riesaq lejn il-fażi finali tiegħu. Permezz ta’

investiment ta’ Lm130,000 saru xogħolijiet fost l-

oħrajn fil-klassijiet fis-sular ta’ fuq, inbnew aperturi

ġodda, ġew installati sistemi ġodda u moderni ta’

sigurta’ kontra n-nirien u CCTV flimkien ma’ sistema

ġdida ta’ l-elettriku waqt li ġew ukoll mibdula l-

faċilitajiet sanitarji madwar l-iskola. Xogħlijiet li diġa’

tlestew jinkludu l-immodernizzar tas-sala ta’ din l-

iskola, xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-kolonni talfaċċata

kif ukoll xogħlijiet ġenerali bħal tibjid, tikħil u

bdil ta’ madum. Fl-aħħar ġimgħat bdew xogħlijiet strutturali fl-iskola primarja

Mons Salv Vella fin-Nadur, fejn ġew mibdula xi soqfa, tkabbru xi klassijiet, u sar

tibdil fis-sistema ta’ l-elettriku u ta’ l-ilma.

Skola oħra fejn qed isiru x-xogħlijiet hija l-iskola Anton Cassar f’Għajnsielem fejn

sar xogħol fil-klassijiet kif ukoll fil-kuridur. Ġew ukoll installati aperturi u bibien

ġodda permezz ta’ fondi allokati lil din l-iskola mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’

Għada. Fl-iskola primarja Mons Giov Andrea Vella fiż-Żebbuġ l-aperturi ta’ l-

injam inbidlu ma’ oħrajn ta’ l-aluminju permezz ta’ fondi ta’ l-FTS filwaqt li

bħalissa qed isir xogħol ta’ manutenzjoni ta’ l-istrutturi tal-konkrit kif ukoll tibjid.

Fil-jiem li ġejjin se jinbidlu wkoll il-bibien u t-twieqi kollha tas-sala li hemm f’din l-

iskola. Waqt żjara li għamlet f’erba’ mis-sitt skejjel fejn qed isir ix-xogħol, il-

Ministru Giovanna Debono qalet li l-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-

Ministeru ta’ l-Edukazzjoni qed jinvestu b’mod sħiħ biex itejbu l-infrastruttura

eżistenti fil-qasam edukattiv f’Għawdex bl-għan li l-Gvern jipprovdi faċilitajiet u

għodda adegwati biex iħajjar u jinkoraġġixxi aktar tagħlim fost l-istudenti

Għawdxin ta’ kull eta’. Il-Ministru Debono fakkret li f’dawn l-aħħar tmien snin sar

investiment ta’ aktar minn Lm2.5 miljun biex saru xogħlijiet ta’ tisbiħ u

modernizzar f’diversi skejjel f’Għawdex filwaqt li rreferiet għal iktar proġetti

ambizzjużi li mistennija jibdew fil-qasam edukattiv f’Għawdex, fosthom l-

investiment ta’ Lm3 miljun għall-bini ta’ skola sekondarja ġdida għas-subien filbelt

Victoria. Dan minbarra iktar xogħlijiet ta’ titjib li għaddejjin bħalissa fi skejjel

oħra, fosthom fl-iskola sekondarja tal-bniet Agius de Soldanis u fiċ-Ċentru għal

Studji Ogħla Sir Mikelanġ Refalo. Il-Ministru Debono żaret ukoll iċ-ċentru ta’

Skola Sajf fl-iskola primarja tan-Nadur waqt li t-tfal kienu mpenjati f’attivita’

kreattiva. Tfal li qegħdin jattendu fid-disa’ ċentri ta’ Skola Sajf f’Għawdex, jiġu

pprovduti b’sessjonijiet ta’ pittura, tisjir u taħriġ kreattiv b’temi u suġġetti varjati.

Jiġu organizzati wkoll laqgħat informattivi ma’ entitajiet filantropiċi u

personalitajiet impenjati fl-oqsma soċjali u edukattivi. Din is-sena ġiet mogħtija

attenzjoni partikolari lit-tagħrif nutrizzjonali u l-introduzzjoni tal-munita Ewro.

Madwar tlett mitt student qed jattendu ċ-ċentri ta’ Skola Sajf f’Għawdex.

TRAĦĦIS FIL-PREZZIJIET TAD-DIESEL U L-PITROLJU: Il-Korporazzjoni

Enemalta ħabbret li b'effett mill-1 ta' Settembru li ġej il-prezz tad-diesel se jonqos

bi 8m għal kull litru. B'effett mill-bidu tax-xahar id-dieħel il-prezz tal-pitrolju se

jonqos b'9m. Min-naħa l-oħra, l-prezz tal-pretol bla ċomb u l-LRP żdied b'1m,

filwaqt li l-prezz tal-Light Heating Oil baqa' l-istess kif kien f'Awissu jiġifieri 25.6 ċ

għal kull litru. Il-bidliet li ħabbret l-Enemalta jinkludu żieda ta' 2.7m għal kull litru

bħala kummissjoni li se jibdew jieħdu s-sidien tal-pompi tal-petrol.

SANT IKOMPLI JIDDEFENDI DIKJARAZZJONIJIET KONTROVERSJALI U

DISKRIMINATORJI: Il-Mexxej Laburista Alfred Sant qed ikompli jiddefendi lillesponenti

Laburisti li fl-aħħar jiem għamlu dikjarazzjonijiet kontroversjali u

diskriminatorji. Wara li fl-aħħar jiem iddefenda lis-Segretarju Ġenerali Laburista,

Jason Micallef, Alfred Sant issa qed jiddefendi wkoll lill-ex Ministru Laburista,

Freddie Micallef. Fl-istess attivita li fiha Jason

Micallef kixef l-aġenda moħbija tal-Partit Laburista –

jiġifieri li Gvern ieħor ta’ Sant ikun Gvern tal-Laburisti

– Freddie Micallef appella lit-tmexxija tal-Partit

Laburista biex tibda minn issa tagħżel in-nies biex

jieħdu over meta l-Labour ikun fil-Gvern. Madankollu,

il-Mexxej Laburista Alfred Sant meta mistoqsi biex

jikkundanna din id-dikjarazzjoni, għażel li jiddefendi

lil Freddie Micallef – wieħed mis-sitt konsulenti

tiegħu. Ftit tal-jiem ilu, Media.Link żvela li waqt

attivita politika fil-magħluq tad-Deputat Laburista

Charles Buhagiar f’lukanda fil-Qawra, li għaliha ma

kienux mistednin il-ġurnalisti, Jason Micallef qal li

seta jistqarr kif se jkun il-Partit Laburista fil-Gvern għax fi kliemu “qegħdin

bejnietna”. Sa minn meta din id-dikjarazzjoni ħarġet fil-pubbliku, il-Partit Laburista

ordna lill-artikolisti u esponenti Laburisti biex kemm jista jkun jiddefendu lil Jason

Micallef. Fost l-oħrajn, fil-ġurnali tal-GWU inkitbu artikli bl-iskop li jnaqqsu millħsara

kbira li għamel Jason Micallef bid-dikjarazzjoni li għamel.

IĊĊEKKJA TISTAX TIVVOTA FUQ elezzjonigenerali.com: Ċittadini ta'

nazzjonalita barranija u li ilhom miżżewġin ma' ċittadini Maltin għal aktar minn

ħames snin jistgħu japplikaw għal ċittadinanza Maltija filwaqt li jekk huma

residenti Malta għandhom dritt għall-vot fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Min hu

eliġibbli japplika għaċ-ċittadinanza doppja għandu

jagħmel dan sa l-aħħar ta' Settembru. Barra

minhekk, wieħed jista' jivverifika jekk jistax jivvota billi

jżur is-sit elettroniku elezzjonigenerali.com. L-aktar li

għandhom jużaw dan is-sit elettroniku huma dawk li

għadhom kemm għalqu it-18-il sena, min kien jew

għadu jgħix barra minn Malta fuq xogħol, studju jew

għal xi raġuni oħra, min kien xi żmien ilu jgħix barra u

issa rritorna lura Malta, u dawk b'ċittadinanza doppja.

F'kumment lil MaltaRightNow.com, id-Direttur ta' l-

Uffiċċju Elettorali tal-Partit Nazzjonalista (ELCOM) Henri Darmanin fakkar li l-Liġi

Maltija dwar l-Elezzjonijiet tgħid li għandhom isiru żewġ pubblikazzjonijiet ta'

Reġistru Elettorali fis-sena: darba f'April u darba f'Ottubru. Għaldaqstant, wara l-

publikazzjoni ta' Ottubru 2007, ir-Reġistru li jmiss jidħol fis-seħħ fil-bidu tas-Sajf

2008, u għalhekk jaf ikun tard wisq biex wieħed jirranġa l-pożizzjoni tiegħu. Is-sit

elettroniku elezzjonigenerali.com se jkun aċċessibli kemm minn fuq is-sit

elettroniku tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll minn fuq il-portal MaltaRightNow.com.

Henri Darmanin qal li hu ferm importanti li kulħadd jiċċekja jekk ismu jidhirx fir-

Reġistru Elettorali. Min għandu xi diffikulta' jista' jikkuntatja lill-Uffiċċju ELCOM

fuq 2149 3143 jew jibgħat e-mail fuq eg@pn.org.mt. Il-helplines ikunu miftuħa

bejn l-4:00pm u t-8:00pm.

Il-Ġimgħa, 31 ta’ Awissu:

FIDUĊJA LI X-XEJRA POŻITTIVA FIT-TURIŻMU TKOMPLI WKOLL FIX-XHUR TAX-

XITWA: Ix-xejra pożittiva fit-turiżmu mistennija tkompli fix-xhur li ġejjin. Dawk li

jaqilgħu x'jieklu minn din l-industrija turistika qed iħarsu 'l quddiem b'mod pożittiv

u qed jistennew Xitwa tajba. Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-

Istatistika (NSO) fil-jiem li għaddew urew li f'Lulju li għadda żaru Malta 147,700

turist. Dan ifisser żieda ta' 12.1% fuq l-istess xahar

is-sena li għaddiet. Żdiedu wkoll it-turisti meta

wieħed iħares lejn il-perjodu bejn Jannar u Lulju li

għadda, hekk kif fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena

ġew Malta 649,502 turist jew żieda ta' 7.6% fuq l-

istess seba' xhur tas-sena li għaddiet. Dawn iċ-ċifri

pożittivi issa mistennija jkomplu fix-xhur li ġejjin

fosthom fix-Xitwa, b'sens ta' ottimiżmu jiddomina fost il-lukandiera u dawk involuti

fis-settur turistiku. F'kumment lil MaltaRightNow.com, il-President ta' l-

Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) Sam Mifsud appella

biex il-Gvern iżid ir-reklamar ta' Malta barra minn xtutna, kif mistennija tagħmel l-

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu (MTA). Dan wara li f'Settembru li ġej l-MTA

mistennija tippubblika pjan għal żieda fir-reklamar ta' Malta, li kif diġa' urew iċ-ċifri

qed jagħti l-frott.

ID-DINJA TFAKKAR GĦELUQ L-10 SNIN MILL-MEWT TAL-PRINĊIPESSA

DIANA: Eluf ta' persuni nġabru f'Pariġi u Londra biex ifakkru l-għaxar

anniversarju mill-mewt tal-Prinċipessa Diana u tpoġġew numru kbir ta' fjuri, ritratti

u messaġġi mwaħħla mal-postijiet marbuta mat-traġedja ta' għaxar snin ilu. L-

aktar post popolari jibqa' r-residenza ta' Diana

f'Londra, l-Palazz Kensington. Mat-13-il kolonna filmina

taħt Place de Alma, fejn il-karozza Mercedes li

fiha kien hemm Lady Diana u Dodi al-Fayed ħabtet,

tpoġġew numru ta' fjuri. Sadanittant, f'kappella qrib

Buckingham Palace l-Prinċipijiet William u Harry

organizzaw servizz ta' tifkira flimkien ma' numru ta'

membri tal-familja rjali u ċelebritajiet oħrajn fosthom

r-Reġina Eliżabetta II, l-Prinċep Karlu u il-kantant

Elton John li għaxar snin ilu għamel verżjoni speċjali ta' "Candle in the Wind"

iddedikata lil Diana. It-tieni mara tal-Prinċep Karlu, Camilla Parker-Bowles - li l-

Prinċipessa Diana kienet issejħila "Rotweiller", iddeċidiet li ma tattendix biex

tevita l-kontroversja. Barra minhekk, Peter Burrell - li kien il-butler "tal-Prinċipessa

tal-Poplu" - ma kienx mistieden. F'din iċ-ċerimonja, il-Mexxej Spiritwali tal-Knisja

Anglikana Rowan Williams - li mexxA ċ-ċerimonja – radd hajr lil Alla għall-

"memorji tagħha li għadna ngħożżu". Is-servizz kien jinkludi wkoll qari minn ulied

il-Prinċipessa Diana - William u Harry - li meta mietet ommhom kellhom 15-il

sena u 12-il sena rispettivament - u minn oħtha Lady Sarah McCorquodale.

IS-16-IL EDIZZJONI TAL-KONKORS KANZUNETTA INDIPENDENZA: L-

edizzjoni li jmiss tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2007 hi s-16-il waħda.

Sena wara l-oħra dan il-Festival ġibed l-attenzjoni ta' uħud mill-aqwa kompożituri,

awturi u kantanti Maltin, li llum qed iqisu dan il-

Konkors bħala t-tieni l-akbar Festival f'pajjiżna. Filfatt,

is-16-il edizzjoni qed tingħata prominenza

qawwija tant li għall-ewwel darba dan il-Festival

għandu abbinat miegħu l-programm televiżiv

"IndiFest" li matulu minbarra clips tal-kanzunetti qed

jingħata ċ-ċans ukoll li l-kantanti jinterpretaw ilkanzunetta

sħiħa. Kompożituri u atturi ġew

mistiedna fil-programm biex huma wkoll jingħataw

promozzjoni. Matul dawn il-ġranet tnehdiet ukoll is-

CD bl-20 kanzunetta, u b'hekk il-pubbliku minn issa

jista' jibda jakkwista l-kopja tiegħu. Is-serata finali

tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza se tittella' nhar it-Tnejn 17 ta' Settembru

Fuq il-Fosos tal-Floriana f'xandira diretta fuq NET Television. Is-serata, bi

preżentazzjoni ta' Louise Tedesco u Pierre Cordina, tinfetaħ mir-rebbieħa ta' l-

edizzjoni tas-sena l-oħra Claudia Faniello li se tinterpreta l-kanzunetta rebbieħa

"Ma Nafx" kif ukoll is-silta l-ġdida tagħha "Wild Flower". Hemm ukoll l-ispettaklu

ta' madwar 35 minuta sakemm joħroġ ir-riżultat finali bi Tristan B bħala l-

mistieden ewlieni flimkien mal-mistiedna tiegħu, Ron u Ivana Spagna. Minbarra

kanzunetti mir-repertorju tagħhom, hu mistenni li Tristan B, Ron u Spagna

jinterpretaw flimkien "You Raise Me Up". Bħas-snin l-oħra, waqt il-Konkors

Kanzunetta Indipendenza ġurija apposta se tkun qed tagħti l-voti tagħha, kif ukoll

il-pubbliku se jkun jista' jagħti l-fehma tiegħu.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!