15.04.2014 Views

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

It-Tnejn, 27 ta’ Awissu:

PROĠETT TAT-TOMBLA MISTENNI JOĦLOQ 600 IMPJIEG: Kumpanija oħra li

tispeċjalizza fil-logħba tradizzjonali tat-tombla se tinvesti aktar minn disa’ miljun

ewro fi proġett li mistenni joħloq 600 impjieg ġdid f’dan is-settur li kulma jmur qed

jikber. Il-kumpanija Gaming Operations, ibbażata f’San Pawl il-baħar daħlet għal

proġett ambizzjuz ta’ swali tat-tombla mill-aktar moderni u sofistikati b’kuncett

gdid għal pajjiżna. Dan għaliex il-progett żzewweġ il-logħba tradizzjonali tal-bingo

mat-teknologija moderna bl-uzu ta’ l-aktar faċilitajiet żviluppati fil-kamp tatteknologija.

L-investiment ta’ din il-kumpanija ġdida lokali, mifrux sas-sena 2009,

ifisser il-bini ta’ 4 swali kbar tat-tombla – waħda fil-Qawra li nfethet fix-xhur li

għaddew, oħra ġdida fjamanta f’San Giljan li qed tkun inawgurata f’dawn il-jiem,

oħra fil-belt Valletta u oħra f’Rahal Ġdid. Dawn it-tnejn ta’ l-aħħar mistennija

jinfethu għall-pubbliku matul is-sena d-diehla. Is-swali, l-erbgħa li huma rrikjedew

investiment qawwi mhux biss fl-infrastruttura imma wkoll f’teknoloġija moderna li

tbiddel għal kollox il-metodu kif tintlagħab din il-logħba. Fost l-oħrajn, per

eżempju, kienu stallati dawk li jissejħu “electronic bingo terminals” li jagħmluha

possibbli li l-logħob ikun jista’ jsir b’mod separat imma magħqud permezz ta’ link

komuni bejn is-swali differenti. Dawk li jkunu qed jilagħbu t-tombla għandhom ilfacilita’

li jirbħu aktar flus aktar ma jkun hemm nies jilagħbu l-istess logħba flistess

ħin. Johann Schembri, direttur maniġerjali ta’ Gaming Operations Ltd

ikkonferma ma’ dan l-istazzjon li dan l-investiment sar possibbli wara li l-Ġvern

waqqaf l-Awtorita’ tal-Logħob u l-Lotteriji u dahlu fis-seħħ regolamenti ġodda

konnessi mal-logħob. B’dan l-izvilupp importanti f’pajjizna, din il-kumpanija

ħasbet li tisfrutta l-potenzjal qawwi li jeżisti u toffri lil dawk kollha li jħobbu l-

logħba tat-tombla faċilitajiet moderni li bħalhom ma kienx hawn f’Malta. Dan l-

aħħar investiment isegwi l-aħbar li waħda mill-akbar żewġ kumpaniji Ingliżi filqasam

tal-logħob fuq l-Internet, il-William Hill, qed tittrasferixxi b’seħħ immedjat ilparti

l-kbira ta’ l-operat tagħha mill-Karibew lejn Malta. Il-William Hill ingħatat illiċenzja

biex topera f’Malta fl-aħħar jiem.

KONFERMA OĦRA: JASON MICALLEF RIED LI D-DISKORS TIEGĦU JIBQA’

BEJN IL-LABURISTI – “Injorant” lil min tella’ l-filmat fuq il-YouTube:

F'intervista li ta, s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jason Micallef qal li hu

"diżappuntanti" li kien hemm "injorant" li poġġa d-diskors li għamel hu fuq

YouTube. Din hi konferma oħra ta' kemm Jason Micallef ried li d-diskors li qal

jibqa' bejn il-Laburisti. Il-politika Laburista hi politika ta' "bejnietna" biex Gvern

ieħor ta' Sant ikun Gvern tal-Laburisti tal-qalba ... Gvern ta' bejnietna li jeskludi lil

min ma jaqbilx mal-Partit Laburista, lil min ma għandux rabtiet ma' partiti, jeskludi

lil min jappoġġja lill-Partit Nazzjonalista u jeskludi wkoll Laburisti li ma jkunux talqalba.

Fi stqarrija, l-Partit Nazzjonalista sostna li l-politika vera tal-Partit Laburista

toħroġ meta esponenti tal-Partit Laburista jkunu qed jitkellmu bejn il-Laburisti.

Tant li kif qal Jason Micallef "hawn qegħdin bejnietna u tajjeb li ngħidhielkom: se

nkunu Gvern tal-Laburisti". Iżda meta jkollu udjenzi oħra, l-Partit Laburista

jipprova jingħoġob magħhom, u jitkellem b'mod differenti. Il-Partit Nazzjonalista

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!