15.04.2014 Views

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

IL-GVERN JITLOB INKJESTA MILL-KUMITAT TAL-KONTIJIET PUBBLIĊI

DWAR IL-KSIR: F'ittra mibgħuta liċ-Chairman tal-

Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi Charles Mangion, il-

Ministru għall-Investiment, l-Industrija u l-IT Austin

Gatt talab li ssir inkjesta dwar sensiela ta'

allegazzjonijiet li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni

Alfred Sant fuq il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-

Ilma (KSI). L-allegazzjonijiet kienu saru mill-Kap ta' l-

Oppożizzjoni fi stqarrija tal-Partit Laburista li ħarġet

nhar il-Ħadd li għadda. Hu esprima t-tama li l-Kap ta'

l-Oppożizzjoni jkun preżenti għal-laqgħa tal-Kumitat,

jew bħala wieħed mill-membri ta' l-Oppożizzjoni

inkella bħala xhud. B'hekk kulħadd ikollu l-

opportunita' jiddjaloga direttament miegħu u jara s-

sustanza tal-provi li kapaċi jġib.

PROĠETTI TA’ TITJIB F’SITT SKEJJEL MADWAR GĦAWDEX: Bħalissa

għaddejjin diversi xogħlijiet ta’ tisbiħ u modernizzar f’sitt skejjel f’Għawdex. Dawn

ix-xogħlijiet għaddejjin fl-istess ħin biex ikunu jistgħu jiġu mitmuma sal-bidu tassena

skolastika li jmiss. Dan ifisser li bħalissa qiegħed isir xogħol fi kważi nofs l-

iskejjel f’Għawdex għat-tfal ta’ taħt is-sittax-il sena. Fi kliem il-Ministru għal

Għawdex Giovanna Debono, li għamlet żjarat waqt li kien għaddej ix-xogħol fliskejjel

primarji tax-Xewkija, Nadur, Għajnsielem u Żebbuġ, dawn ix-xogħlijiet

huma konferma oħra ta’ l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex kontinwament

ikompli jiżviluppa s-settur ta’ l-edukazzjoni f’Għawdex. Il-proġett ta’ tisbiħ fl-iskola

primarja Roża Magro fix-Xewkija riesaq lejn il-fażi finali tiegħu. Permezz ta’

investiment ta’ Lm130,000 saru xogħolijiet fost l-

oħrajn fil-klassijiet fis-sular ta’ fuq, inbnew aperturi

ġodda, ġew installati sistemi ġodda u moderni ta’

sigurta’ kontra n-nirien u CCTV flimkien ma’ sistema

ġdida ta’ l-elettriku waqt li ġew ukoll mibdula l-

faċilitajiet sanitarji madwar l-iskola. Xogħlijiet li diġa’

tlestew jinkludu l-immodernizzar tas-sala ta’ din l-

iskola, xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-kolonni talfaċċata

kif ukoll xogħlijiet ġenerali bħal tibjid, tikħil u

bdil ta’ madum. Fl-aħħar ġimgħat bdew xogħlijiet strutturali fl-iskola primarja

Mons Salv Vella fin-Nadur, fejn ġew mibdula xi soqfa, tkabbru xi klassijiet, u sar

tibdil fis-sistema ta’ l-elettriku u ta’ l-ilma.

Skola oħra fejn qed isiru x-xogħlijiet hija l-iskola Anton Cassar f’Għajnsielem fejn

sar xogħol fil-klassijiet kif ukoll fil-kuridur. Ġew ukoll installati aperturi u bibien

ġodda permezz ta’ fondi allokati lil din l-iskola mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’

Għada. Fl-iskola primarja Mons Giov Andrea Vella fiż-Żebbuġ l-aperturi ta’ l-

injam inbidlu ma’ oħrajn ta’ l-aluminju permezz ta’ fondi ta’ l-FTS filwaqt li

bħalissa qed isir xogħol ta’ manutenzjoni ta’ l-istrutturi tal-konkrit kif ukoll tibjid.

Fil-jiem li ġejjin se jinbidlu wkoll il-bibien u t-twieqi kollha tas-sala li hemm f’din l-

iskola. Waqt żjara li għamlet f’erba’ mis-sitt skejjel fejn qed isir ix-xogħol, il-

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!