15.04.2014 Views

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

ĠENEROŻITA’ KBIRA GĦALL-MALTIN F’OPEN DAY BIEX JINĠABRU

AFFARIJIET GĦALL-PERUVJANI: Il-ġenerożita' tal-poplu Malti, li wieġeb b'ruħu

u ġismu għall-appell li sar biex jiġu mgħejjuna l-

vittmi tat-terremot li laqat il-Peru' fil-15 ta' Awissu li

għadda, tant kienet kbira li s-Soċjeta' Missjunarja ta'

San Pawl qed tappella biex b'seħħ immedjat ħadd

ma jieħu aktar ħwejjeġ biex jintbagħtu fiż-żona

milquta. Dan l-appell qed isir hekk kif f'open day li

saret il-Ħadd, eluf ta' Maltin marru jagħtu l-oġġetti li

ntalbu biex jitpoġġew fil-kontejners li se jintbagħtu l-

Peru'.

Kelliema għaċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja ta' l-MSSP f'Malta qaltilna li matul

il-ġurnata tal-Ħadd imtlew żewġ kontejners u nofs oħra. Hu ttamat li sa l-aħħar

tal-ġimgħa l-għajnuna kollha tkun intbagħtet bil-baħar lejn il-kapitali Peruvjana

Lima, fejn il-Patrijiet tas-Soċjeta' Missjunarja ta' San Pawl se jqassmuha fiż-żoni

milquta.

CLAUDIO BAGLIONE JINTERPRETA “L-AĦĦAR BIDWI F’WIED IL-

GĦASEL”: “Esperjenza Sensazzjonali” – Is-Surmast Paul Abela: "Hi

esperjenza sensazzjonali u inspjegabbli fl-istess ħin li tisma' interpretazzjoni talkanzunetta

"L-Aħħar Bidwi f'Wied il-Għasel" millkantant

popolari Taljan Claudio Baglioni".

F'kummenti lil MaltaRightNow.com wara l-kunċert

mużikali ta' Claudio Baglioni, Gianni Morandi u

Riccardo Cocciante li sar fil-Valletta Waterfront nhar

is-Sibt filgħaxija, Mro. Paul Abela rrimarka li l-

interpretazzjoni tal-kanzunetta Maltija minn Baglioni

kienet eċċellenti. Għalkemm il-melodija baqgħet l-

istess u l-istil tbiddel xi ftit, in-nies kienu sorpriżi iżda

mbagħad komplew ikantaw mal-kantant. Mro. Abela,

li kien membru tal-grupp New Cuorey, kien ħa ħsieb il-mużika tal-kanzunetta

Maltija b'lirika ta' Alfred C. Sant. "L-Aħħar Bidwi f'Wied il-Għasel" kien ikantaha l-

mibki kantant Mellieħi Sammy Bartolo. Mro. Paul Abela ddeskriva l-kuntatti li

kienu saru bejnu u n-nies tal-kantawtur Claudio Baglioni. Hu qal li kien

ikkuntattjah is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Turiżmu u l-Kultura Peter

Portelli, li nfurmawh li Claudio Baglioni xtaq jinterpreta kanzunetta Maltija. Peter

Portelli fisser li l-kanzunetta "L-Aħħar Bidwi f' Wied il-Għasel" hi sinonima ma' l-

istil Malti. Mro. Abela għamel CD għal Claudio Baglioni bil-kundizzjoni li l-

kanzunetta Maltija togħġbu. Lill-kantant Taljan għaddielu wkoll il-mużika u l-kliem.

Ftit wara Peter Portelli reġa' kkuntattja lil Mro. Abela u qallu li l-kanzunetta Maltija

ntogħġbot ħafna minn Baglioni. Mro. Abela baqa' bil-kurżita' sa l-aħħar biex jara

kif Claudio Baglioni kien se jagħti l-interpretazzjoni tal-kanzunetta klassika

Maltija. Fil-fatt "L-Aħħar Bidwi f'Wied il-Għasel" instemgħet it-tieni waħda fil-

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!