15.04.2014 Views

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

JITĦABBRU D-DATI TA’ L-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA U L-INSIB FIL-ĦARIFA: Il-

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħabbar id-dati tal-ftuħ ta' l-istaġun talkaċċa

u l-insib fil-ħarifa. Il-kaċċa fuq l-art se tkun miftuħa bejn l-ewwel ta'

Settembru u l-31 ta' Jannar 2008. Waqt li l-kaċċa fuq il-baħar se tkun miftuħa

bejn l-ewwel t'Ottubru u l-31 ta' Jannar li ġej. L-

istaġun ta' l-insib ta' l-għasafar ta' l-għana se jkun

miftuħ bejn l-1 t'Ottubru u l-31 ta’ Jannar waqt li dak

ta' l-insib tal-gamiem u s-summien, se jiftaħ fl-1 ta'

Settembru u wkoll jagħlaq fil-31 ta’ Jannar. Iżda l-

insib tal-malvizz u l-pluvieri jista' jsir bejn l-20

t'Ottubru u l-10 ta' Jannar. Il-Gvern iddeċieda wkoll li

għall-perjodu bejn il-15 u t-30 ta’ Settembru, li huwa

perjodu li fih l-aktar li jpassi t-tajr tal-priża, il-kaċċa

minn fuq l-art se tingħalaq mit-tlieta ta' wara

nofsinhar sa sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx. Il-kaċċa fil-Ħdud tibqa' skond il-ħinijiet

stipulati fil-liġi jiġifieri sas-siegħa ta' wara nofsinhar. Il-gvern fakkar li min jinqabad

jikser il-liġi jista' jeħel multi u pieni u għalhekk appella lill-kaċċaturi u n-nassaba

kollha sabiex jipprattikaw l-attivita' tagħhom b'mod responsabbli biex ikunu evitati

inċidenti bħalma ġara f'Mejju li għadda meta nqatel numru ta' tajr protett.

Il-Ħamis, 30 ta’ Awissu:

LULJU B’ĊIFRA OĦRA REKORD TA’ TURISTI – Jonqfu Lm9.6 miljun aktar:

B'147,700 turist iżuru Malta, Lulju kompla bix-xejra pożittiva fis-settur turistiku li

issa ilha għaddejja tul is-sena kollha, xahar wara l-ieħor. Iż-żieda f'Lulju kienet ta'

12.1% fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra. Fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena żaru

Malta 649,502 turist, jiġifieri żieda ta' 7.6% fuq l-

istess perjodu s-sena li għaddiet u l-aħjar ċifri għallewwel

seba' xhur tas-sena fl-aħħar sitt snin. Flistess

waqt l-infiq mit-turisti fl-ewwel seba' xhur ta'

din is-sena kien ta' Lm232.7 miljun (€542.05 miljun),

żieda ta' Lm9.6 miljun (€22.36 miljun), jew 4.3% fuq

l-istess perjodu s-sena l-oħra. F'kumment lil

MaltaRightNow.com, il-Ministru għat-Turiżmu u l-

Kultura Francis Zammit Dimech qal li x-xejra

pożittiva fis-settur turistiku qed tissokta b'mod tajjeb. Hu qal li mhux biss l-ewwel

seba' xhur huma pożittivi iżda ċifri li joħorġu mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta

jindikaw li f'Awissu kien hemm ukoll żieda ta' madwar 11% fil-movimenti talpassiġġieri.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura qal li l-introduzzjoni tal-low-cost

carriers stimulat lil-legacy airlines biex huma wkoll iżidu r-rotot u joffru prezzijiet

aktar kompetittivi. Dan kollu wassal biex aktar nies qed jagħżlu Malta għallvaganzi

tagħhom.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!