15.04.2014 Views

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

nazzjonali Toni Zarb la kien ħa pożizzjoni favur u lanqas kontra. Fil-fatt fiddikjarazzjoni

tiegħu Salv Sammut ikompli li Toni Zarb fil-Kunsill ma tkellem xejn la

biex jiġġustifikah, la biex jappoġġjah u wisq inqas biex jiddefendih.

SLOVAKKJA TIMXI FUQ L-EŻEMPJI TA’ MALTA BIEX IDDAĦĦAL L-EWRO:

Numru ta' pajjiżi li qed jittamaw li fis-snin li ġejjin idaħħlu l-munita ewro qed jimxu

fuq l-eżempju ta' Malta. Dan qed jiġri wara l-kampanja informattiva eċċellenti li

għamel u għadu qed imexxi l-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla għall-Ewro (NECC)

f'pajjiżna. F'Malta bħalissa hawn delegazzjoni mis-

Slovakkja, pajjiż li mistenni jdaħħal l-ewro f'Jannar

2009. Din id-delegazzjoni kellha programm sħiħ biex

tara dak li qed tagħmel Malta fit-tħejjijiet għad-dħul

ta' l-ewro. F'kummenti lil MaltaRightNow.com id-

Direttur għar-Riċerka fil-Bank Nazzjonali tas-

Slovakkja Martin Suster spjega li d-delegazzjoni

Slovakka ġiet Malta għax it-tħejjijiet hawn saru bilgħaqal

afna. Bħalissa s-Slovakkja qed tirsisti biex

tgħaddi mill-ħames eżamijiet ħalli l-pajjiż idaħħal l-

ewro, eżamijiet li teknikament jissejħu l-Kriterji ta'

Maastricht. Malta rnexxielha tgħaddi minn dawn l-eżamijiet u fis-16 ta' Mejju li

għadda l-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Bank Ċentrali Ewropew

irrakkomandaw li Malta ddaħħal l-ewro. Fl-10 ta' Lulju li għadda l-Kunsill tal-

Ministri Ewropej tal-Finanzi u l-Ekonomija (ECOFIN) issiġilla d-deċiżjoni li Malta u

Ċipru jidħl fiż-Żona Ewro.

FL-AQWA TAGĦHOM IT-TĦEJJIJIET GĦALL-FESTI TA’ L-INDIPENDENZA:

Jinsabu fl-aqwa tagħhom It-thejjijiet għall-Festi ta' l-Indipendenza ta' din is-sena.

Fi ftit jiem oħra fuq il-Fosos tal-Floriana tibda l-ħidma biex isiru l-Festi li jfakkru t-

43 anniversarju ta' l-Indipendenza. L-attivitajiet se jibdew fl-14 ta' Settembru u

jintemmu fl-20 ta' Settembru b'mass meeting indirizzat mill-Prim Ministru u Kap

tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi. Dakinhar ukoll jittellgħu l-premijiet kbar

abbinati mal-Loterija Indipendenza. Bħal kull sena fuq il-Fosos se jkun hemm

Arena għat-Tfal. L-attivitajiet għat-tfal se jsiru taħt tinda imsejħa it-Tinda tal-

Fantasija. Kull siegħa se jkunu qed isiru attivitajiet partikolari għat-tfal b'temi

differenti, li kollha għadhom tagħlima marbuta magħhom. Rokna ta' interess li se

terġa' ssib postha fuq il-Fosos se tkun dik ta' l-għana tradizzjonali. Dawn is-serati

ta' l-għana se jibdew fit-8:00pm u se jkun hemm għana spirtu pront, għana talfatt,

botta u risposta, u makjetti. B'rabta mal-Festi ta' l-Indipendenza se jkun

organizzat ukoll football tournament mill-MŻPN. It-tournament se jsir fil-Luxol

Grounds nhar is-Sibt, 15 ta' Settembru fil-Luxol Grounds mid-9:00am. It-tim

rebbieħ se jingħata vjaġġ għall-Ingilterra, grazzi għal Britishjet.com. Sadanittant,

mil-lum, il-ġurnal In-Nazzjon beda jippublika d-dettalji tal-Festi ta' l-Indipendenza

għal din is-sena.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!