15.04.2014 Views

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

ŻIEDA TA’ AKTAR MINN 3,000 FIN-NISA LI JAĦDMU: Ikomplu jiżdiedu l-

impjiegi b'aktar nisa jaħtfu l-opporunitajiet li qed jinħolqu u jidħlu fid-dinja taxxogħol.

Ċifri ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika (NSO) juru li fl-ewwel tliet xhur

ta' din is-sena n-nisa jaħdmu żdiedu bi 3,249 meta mqabbel ma' l-istess żmien

tas-sena li għadiet, filwaqt li fl-istess perjodu n-nisa bla xogħol naqsu b'967. Dan

biex bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena kien hawn 48,989 mara jaħdmu.

Jirriżulta li kien hemm żieda qawwija fin-nisa li qed jipprattikaw professjoni,

b'żieda ta' 1,784. Żieda sostanzjali oħra kienet fit-technicians nisa u fin-nisa li

għandhom impjieg relatat ma' din il-professjoni. Żdiedu wkoll l-iskrivana nisa, n-

nisa li jaħdmu f'fabbriki u dawk in-nisa f'impjieg bażiku. Dawn iċ-ċifri u aktar

ikkwotahom is-Segretarju Parlamentari għan-

Negozji ż-Żgħar u s-Self-Employed Edwin Vassallo

meta żar l-Uffiċini ta' Professional Health and

Beauty Services u Biocare fil-Mosta: żewġ kumpaniji

li jaħdmu flimkien bil-maġġoranza ta' l-impjegati

huma nisa. Edwin Vassallo qal li ż-żieda qawwija ta'

nisa professjonisti hi xhieda ta' l-impenn tal-Gvern li

jtejjeb is-servizzi edukattivi. Iċ-ċifri pożittivi fiż-żieda

ta' nisa jaħdmu juru wkoll li l-inizjattivi li l-Gvern

ħabbar fil-Budget li għadda qed jagħtu l-frott. Matul

din iż-żjara ż-żewġ kumpaniji kienu ppreżentati biċċertifikat

CSQM, li juri l-kwalita' fis-servizz li joffru.

KIF IL-ĦADDIEMA MALTIN JISTA’ JKOMPLU JAGĦMLU SUĊĊESS MILL-UE

– “UĦM Sajf” b’attivitajiet divertenti għal kulħadd: Fi tmiem din il-ġimgħa

għas-seba' sena konsekuttiva se ssir l-attivita' "UĦM Sajf" b'jumejn ta' divertiment

u informazzjoni għall-familja kollha f'Ta' Fra Ben, il-Qawra, organizzati mill-Union

Ħaddiema Maqgħudin (UĦM). Waqt konferenza ta' l-aħbarijiet tħabbru d-dettalji

dwar l-attivitajiet ta' tmiem din il-ġimgħa. Kif spjega s-

Segretarju Ġenerali tal-UĦM Gejtu Vella, din is-sena

l-attivitajiet - minbarra li joffru divertiment għal

kulħadd - se jiffokaw fuq kif il-ħaddiema Maltin

jistgħu jkomplu jagħmlu suċċess mis-sħubija ta'

Malta fl-UE. Għal dan il-għan din is-sena ngħaqad

mal-UĦM il-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla għall-Ewro

(NECC), li se jkollu stand fejn wieħed jista' jmur għal

informazzjoni dwar l-ewro. Dan bil-għan li l-Kumitat

ikollu aktar kuntatt mal-konsumatur u jisma' aktar dak

li għandu xi jgħid dwar l-ewro u l-bidla fil-prezzijiet.

In-NECC u l-UĦM diġa' qed jikkoperaw flimkien biex

isir monitoraġġ fil-bdil ta' prezzijiet u min qed jabbuża

qed ikun penalizzat. "UĦM Sajf" din is-sena se

jinkludi wkoll lill-Forum Malta fl-Ewropa. Fi tmiem din

il-ġimgħa se jkun imniedi wkoll uffiċċju ta' Europe

Direct li se tkun qed tieħu ħsiebu l-UĦM u li hu 50% iffinanzjat mill-Kummissjoni

Ewropea. Dan il-proġett hu riżultat tal-ħidma bejn il-UĦM u l-Uffiċċju tar-

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!