15.04.2014 Views

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

MINN ĠIMGĦA SA ĠIMGĦA - MaltaRightNow.com

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Nazzjonali. Il-Kullana għat-Tfal tippreżenta l-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin

b'mod aktar ħafif biex jifmuh it-tfal. Fl-istand wieħed se jkun jista' jsib ukoll il-ktieb

il-ġdid maħruġ mill-PIN dwar l-Internament u l-Eżilju matul l-aħħar Gwerra.

GĦAXRA JEĦILSUHA ĦAFIF META ĊEDA SAQAF F’ĦAŻ ŻABBAR – Il-

Gvern joffri għajnuna mmedjata lill-familji: Għaxar membri ta' żewġ familji -

omm li qed tistenna tarbija flimkien ma' tliet uliedha u familja oħra ta' sitt persuni -

ħelsuha ħafif meta ċeda saqaf ta' kerrejja f'Ħaż Żabbar. L-inċident seħħ fi Sqaq

Numru 5 fi Triq il-Biċċieni, u jirriżulta li fost ilpersuni

involuti hemm tfajla ta' 17-il sena li qed

tistenna tarbija u tifla ta' sentejn. Kien għall-ħabta

tal-5:30am x'ħin infaqa' ċint li fuqu kien qed iżomm

tank ta' l-ilma. Kien f'dan il-mument li t-tank mimli

bl-ilma għeleb u t-toqol tiegħu faqa' x-xorok tassaqaf

tal-kċina tal-kerrejja.

Skond dawn iż-żewġ familji kien ilhom japplikaw

għall-għajnuna biex titranġa din ir-residenza. Malli

sar jaf bil-kaz, il-Ministeru tal-Familja u s-

Solidarjeta' Socjali beda jahdem biex joffri kenn lil

dawn iz-zewg familji minhabba li barra li spiccaw

f'post ikkundannat spiccaw ukoll minghajr isservizzi

essenzjali tad-dawl u l-ilma.

Filwaqt li rrakkontaw dak li għaddew minnu tul l-

għodwa, ż-żewġ ommijiet kellhom stqarrija waħda:

"Madonna tal-Grazzja ħelsitilna". Dan hekk kif l-

inċident seħħ propju ġimgħa qabel il-Festa tal-Madonna tal-Grazzja f'Ħaż Żabbar.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija f'dan il-kaz tmexxew mis-Surgent Charles Bonello

mill-Għassa ta' Ħaż Żabbar.

IX-XOGĦLIJIET FUQ IZ-ZUNTIER TAS-

SANTWARJU TA’ ĦAŻ ŻABBAR: L-iżvilupp u l-

progress ma jwaqqafhom ħadd. Iżda qed isir minn

kollox biex il-karatteristiċi tipiċi taċ-ċentru tar-raħal

Malti jinżammu. Dan qalu il-Ministru għar-Riżorsi u

l-Infrastruttura Ninu Zammit. Ix-xoghol li qed isir fuq

iz-zuntier tas-Santwarju ta' Haż Żabbar hu parti

zgħira biss minn programm ta' xogħlijiet li saru u

qed isiru madwar il-gżejjer Maltin tul l-aħħar snin u

li b'kollox involvew investiment ta' nofs miljun lira.

Iż-żona totali tal-pavimentar hi ta' madwar 400

metru kwadru. Ix-xogħol sar kollu mill-ħaddiema

tal-Gvern filwaqt li l-madum tqiegħed minn

kuntrattur privat. Il-Ministru tenna li dan il-proġett

hu eżempju ċar ta' l-effiċjenza u l-mod kif qed

jaħdmu l-ħaddiema tal-Gvern peress li sar fi żmien

stipulat ta' anqas minn tmien ġimgħat.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!