02.01.2015 Views

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

F’din iż-żjara l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Russja Sergei Lavrov esprima l-gratitudni tar-Russja

għal Malta fil-koperazzjoni tagħha biex ikun solvut il-każ MV ‘Arctic Sea’, il-vapur li kien rrapurtat nieqes

fl-Atlantiku is-sajf li għadda. Lavrov stqarr f’konferenza tal-aħbarijiet li “din il-problema kienet risolta

b’suċċess, u r-relazzjoni ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi ikkontribwiet għal dan.’

F’din iż-żjara Dr Tonio Borg inawgura l-Konsulat Malti fir-Russja li jinsab f’’Donskaya Street’.

Żjara fl-Indja

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru

tal-Affarijiet Barranin żar l-Indja

fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar tal-

2010 fejn inawgura l-Kummissjoni

Għolja Maltija fl-Indja, kif ukoll

Konsolat Malti f’Chennai. Matul

ż-żjara tiegħu l-Viċi Prim Ministru

kellu laqgħa ma’ Shri M. Kishna,

Ministru tal-Affarijiet Esterni tal-

Indja kif ukoll ma Mahrani Preneet

Kaur, Ministru tal-Istat tal-Affarijiet

Esterni tal-Indja. Matul ż-żjara

tieghu il-Viċi Prim Ministru iffirma

ftehim ieħor mal-INTACH li hija

organizzazzjoni mhux governattiva

li ġiet mwaqqfa fis-snin tmenin

sabiex tipproteġi l-wirt kulturali

u storiku tal-pajjiż. Matul ż-żjara

saret ukoll għotja lill-Sorijiet ta’

Madre Teresa.

Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg jinawgura

l-Kummissjoni Għolja Maltija fl-Indja

L-iStat tal-Vatikan

Il-Viċi Prim Ministru għamel żewġ żjarat matul l-2009 fl-Istat tal-Vatikan. L-ewwel żjara kienet mal-

President Edward Fenech Adami u t-tieni żjara saret mal-President Dr George Abela. Fiż-żewġ żjarat

iltaqgħu mal-Qdusija tieħu il-Papa Benedittu XVI.

It-Turkija

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg, għamel żjara f’Istanbul fejn kellu

laqgħa mal-Ministru tal-Istat u Negozjatur Ewlieni tal-UE, Egemen Bagis. Fost affarijiet oħra, huma

ddiskutew il-ftuħ tal-Konsolat Ġenerali Malti f’Istanbul u l-possibilta` li tinfetaħ Ambaxxata Torka

f’Malta, l-iffirmar tat-Trattat dwar it-Taxxa Doppja, it-turiżmu u t-twaqqif ta’ Kunsill Kummerċjali

Konġunt.

Is-Slovakkja

Dr Tonio Borg għamel żjara uffiċjali fi Bratislava fejn iltaqa’ mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin

Slovakk, Miroslav Lajčák. Huma ddiskutew it-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali,

l-immigrazzjoni illegali u l-EASO, it-turiżmu, l-investiment u l-kummerċ. Il-Ministru Lajčák iddikjara li

s-Slovakkja se tieħu numru ta’ immigranti illegali minn Malta. Dr Tonio Borg semma l-possibilita` li

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!