02.01.2015 Views

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

tkun stabbilità assoċjazzjoni ta’ ħbiberija bejn Malta u l-iSlovakkja fuq l-aspetti kulturali filwaqt li jkun

hemm aktar delegazzjonijiet kummerċjali biex tiġi esplorata bi sħiħ il-possibbiltà ta’ investiment bejn

iż-żewġ pajjiżi. Preżenti għal dawn it-taħditiet kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Malti għall-Awstrija,

Christopher Grima li huwa akkreditat ukoll għall-iSlovakkja.

L-Ungerija

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg, għamel żjara uffiċjali fl-Ungerija fejn

iltaqa’ mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Péter Balázs fejn iddiskutew il-ħidma taż-żewġ pajjiżi fi ħdan

l-Unjoni Ewropea u kif Malta tista’ tgħin biex l-Ungerija ssaħħaħ ir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-pajjiżi

tal-Mediterran u tal-Ewropa Ċentrali. Il-Viċi Prim Ministru ppropona li jitwaqqaf grupp paralmentari

Malti-Ungeriż kif ukoll li possibilment isiru delegazzjonijiet kummerċjali regolari bejn iż-żewġ naħat.

Ġew diskussi wkoll l-oqsma tal-investiment u t-turiżmu, l-immigrazzjoni illegali u l-EASO.

Il-Polonja

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg, kellu laqgħa mal-Radoslaw Sikorski,

Ministru tal-Affarijiet Barranin Pollakk waqt żjara li għamel fil-Polonja. Fost ħwejjeġ oħra huma

ddiskutew ir-relazzjonijiet diplomatiċi, ekonomiċi, kulturali kif ukoll il-kummerċ, l-investiment, itturiżmu,

l-immigrazzjoni illegali u l-EASO.

Malta tiċċelebra sittin sena fil-Commonwealth

Malta ċċelebrat is-sittin anniversarju tal-“Commonwealth” moderna billi kompliet tieħu sehem attiv

fi ħdan il-“Commonwealth”. Malta ipparteċipat fil-“Commonwealth Foreign Ministers’ Meeting”

li sar f’ Settembru 2009 fi New York. Għal din il-laqgħa għall-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin tal-

“Commonwealth”, id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio

Borg, u ġew diskussi diversi suġġetti; fosthom is-sitwazzjoni ekonomika globali u l-impatt tagħha fuq

pajjiżi żgħar u vulnerabbli kif ukoll id-demokrazzija u tmexxija tajba. Laqgħa oħra speċifikament fuq

it-terroriżmu, inżammet fl-istess ġurnata. F’din il-laqgħa, bl-isem “Commonwealth Ministerial Meeting

on Terrorism”, ġew diskussi temi relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Il-Viċi Prim Ministru Dr Tonio Borg f’laqgħa mal-President Iżraeljan Shimon Peres

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!