02.01.2015 Views

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Żjarat fil-Lvant Nofsani

Fost iż-żjarat importanti li saru mill-Ministru Tonio Borg insemmu ż-żjarat f’Ġunju f’Tel Aviv u f’Ramallah.

F’din l-okkazjoni ġew inawgurati l-Ambaxxata Maltija f’Iżrael u r-Rappreżentanza Diplomatika

f’Ramallah.

Inħasset il-ħtieġa li din ir-relazzjoni tittieħed fuq livell iktar għoli, permezz ta’ rappreżentanza

diplomatika residenti. Dawn iż-żewġ rappreżentanzi qed jitħaddmu b’koperazzjoni diplomatika bejn

Malta u Ċipru wara li ż-żewġ pajjiżi iffirmaw ftehim li permezz tiegħu jintużaw l-istess uffiċċji għarrappreżentanzi

tagħhom.

Il-ftuħ tal-Uffiċċju tar-Rappreżentanza f’Ramallah ifisser mhux biss il-konkretizzazzjoni tar-rabtiet

storiċi mal-poplu Palestinijan fl-isforzi tiegħu sabiex iwaqqaf stat sovran, iżda l-preżenza ta’ Malta fil-

Palestina tippermetti li jissaħħu dawn ir-rabtiet u jiġu identifikati oqsma oħra ta’ koperazzjoni u jiġu

esplorati kif, fil-limitazzjonijiet tagħha, Malta tista’ żżid l-għajnuna tagħha lill-poplu Palestinjan. F’dan

il-kuntest it-Territorji Palestinjani jitqiesu bħala priorità għall-politika Maltija fil-qasam tal-iżvilupp ta’

pajjiżi oħrajn. Għaldaqstant, l-għanijiet prinċipali tar-rappreżentanzi l-ġodda huma li jiġu stabbiliti u

jissaħħu aktar ir-rabtiet mas-soċjetà Palestinjana u dik Iżraeljana fuq il-livelli kollha, kif ukoll li jagħtu

sehem fil-formulazzjoni tal-politika li tikkonċerna r-rabtiet li għandha Malta ma’ Iżrael u l-Awtorità

Palestinjana kif ukoll is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. Iż-żewġ uffiċċji jipprovdu rappurtaġġ tagħhom

mill-post fuq is-sitwazzjoni u l-iżviluppi li jseħħu f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess tal-paċi, liema

rappurtaġġ ikun kruċjali biex Malta tkun tista’ timbotta l- quddiem il-pożizzjonijiet tagħha f’fora

internazzjonali, speċjalment fi ħdan l-UE.

Waqt iż-żjara tiegħu fil-Palestina, il-Viċi Prim Ministru kellu laqgħat ma’ uffiċjali għolja tal-pajjiż,

fosthom mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Riyad al-Malki, il-Ministru tal-Ekonomija Dr Basem Khoury,

il-Ministru tal-Intern Said Abu Ali u l-Prim Ministru Salam Fayyad. Il-Viċi Prim Ministru Dr Tonio Borg

żar ukoll il-qabar tal-ex mexxej Palestinjan Yasser Arafat.

Waqt iż-żjara tiegħu fl-Iżrael, l-Viċi Prim Ministru enfasizza l-importanza li jkompli jissaħħaħ iddjalogu

ma’ Iżrael, u dan sabiex jiġu imsaħħa r-rabtiet eżistenti f’diversi oqsma tas-soċjetà u fl-istess

waqt ikunu analizzati oħrajn ġodda li jistgħu jkunu ta’ ġid għaż-żewġ pajjiżi. Iżrael għandu ħafna

x’jikkontribwixxi speċjalment fuq materji ekonomiċi, hemm ħafna potenzjali f’dak li għandu x’jaqsam

ma’ opportunitajiet ta’ kummerċ, speċjalment fid-dawl tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Ġew

diskussi ukoll possibiltajiet ta’ tisħiħ fis-setturi turistiċi, tal-IT, u dak tal-enerġija li tiġġedded, kemm

dik solari u dik tar-riħ. Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg kellu laqgħat mal-Viċi Prim Ministru Danny

Meridor, u mal-President Shimon Peres.

Żjarat fis-Sirja, il-Libanu u l-Ġordan

Is-Sirja

F’April il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-

Affarijiet Barranin Tonio Borg kellu taħditiet

mal-President tas-Sirja u mal-Ministru tal-

Affarijiet Barranin Sirjan, bħala parti mill-mawra

li għamel fi tliet pajjiżi tal-Lvant Nofsani: is-Sirja,

il-Ġordan u l-Libanu. It-taħditiet iffukaw fuq ilkollaborazzjoni

bejn iż-żewġ pajjiżi fuq materji

relatati mal-paċi u s-sigurtà fil-Mediterran, u kif

jistgħu jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali.

Il-Ministru Tonio Borg f’taħditiet mal-President tas-Sirja

Bashar Al-Assad

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!