02.01.2015 Views

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

• Parteċipazzjoni ta’ Malta f’żewġ fieri kbar f’Berlin - ITB (Turizmu) u fil-‘Grüne Woche’ (Green

Week - Prodotti Agrikoli)

Flimkien mas-Segretarjat għat-Turiżmu u l-MTA, l-ambaxxata organizzat l-partecipazzjoni

ta’ Malta fl-akbar fiera dinjija tat-Turizmu – ITB f’ Marzu 2009 permezz ta’ stand kbir li fih

ipparteċipaw numru sabiħ ta’ tour operators Maltin u sidien ta’ lukandi. Barra l-koordinament,

l-Ambaxxata offriet riċeviment lill-esebituri Maltin kif ukoll kuntatti oħra fil-qasam tat-turiżmu

fir-residenza uffiċjali taħt l-awspiċi tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, Dr. Mario de

Marco. F’Jannar 2010, fuq insistenza minn naħa tal-ambaxxata tul l-aħħar snin u flimkien

mal-Ministeru tar-Riżorsi Rurali u Ambjent, l-ambaxxata kkordinat il-parteċipazzjoni ta’ Malta

fil-Green Week – l-akbar fiera tal-prodotti agrikoli fid-dinja. L-aħħar darba li l-Gvern Malti

ipparteċipa f’din il-fiera kien ‘l fuq minn għaxar snin ilu. Il-Ministru George Pullicino żar l-

‘stand’ ta’ Malta fejn numru sabiħ ta’ esebituri ipparteċipaw. Ġie deiż li s-sena d-dieħla Malta

tipparteċipa b’numru akbar ta’ esebituri u bi stand akbar.

L-Ambaxxata Maltija f’Washington

• Laqgħa ma’ disa Senaturi jew l-istaff tagħhom fuq il-Ftehim tat-Tassazzjoni Doppja

• Bidu ta’ kampanja ta’ promozzjoni t’investment immirata prinċiparjament lejn setturi ta’ valur

għoli indikati mill-Malta Enterprise

• Wara s-suċċess fit-twaqqif ta’ joint ventures bejn l-Universita’ ta’ Malta mal-Universita’

James Mason u mal-Universita’ George Mason, l-Ambaxxata bdiet tinvestiga l-possibilita’ li

jiġu stabbiliti u mkabbra relazzjonijiet ma’ Universitajiet oħrajn. Bħala eżempju, l-Ambaxxata

assistiet lill-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi (MEDAC) tistabilixxi kuntatti mal-

Universita’ prestiġjuża ta’ Georgetown.

L-Ambaxxata Maltija fl-Awstrija

• L-Ambaxxata organizzat flimkien mal-Malta Enterprise u l-Kamra tal-Kummerċ Awstrijaka fi

Vjenna delegazzjoni kummerċjali minn Malta sabiex ikompli jisseddaq l-investiment reċiproku

bejn Malta u l-Awstrija.

L-Ambaxxata Maltija fl-Eġittu

• Grazzi għall-ħidma assidwa tal-Ambaxxata ta’ Malta fil-Kajr, Memorandum ta’ Ftehim

(MoU) għall-Kunsill Kummerċjali bejn Malta u l-Egittu ġie ffirmat bejn Il-Kamra tal-

Kummerċ, l-Industrija u Intrapriża Maltija u l-Assoċcjazzjoni ta’ Kummerċanti Eġizzjani.

• Grupp ta’ aġenti turistiċi Eġizzjani ġew mistiedna l-Ambaxxata ta’ Malta fil-Kajr u mogħtija

nformazzjoni dwar it-turiżmu u l-kultura, it-titjiriet għal Malta u proċeduri għal viża turistika

ghall-gżejjer Maltin.

L-Ambaxxata Maltija fl-Għarabja Sawdita

• Iz-żjara uffiċjali tal-President fil-Qatar kienet l-aktar avveniment importanti tas-sena. Miż-żewġ

naħat, ġew iffirmati sitt ftehimiet bilaterali. Kif imfisser f’kull ftehim, iż-żewġ pajjizi fi ħsiebhom

isaħħu l-attivita ekonomika ta’ bejniethom u jsostnu djalogu u forom oħra ta’ kooperazzjoni

• Din l-Ambaxxata tibqa involuta f’kampanja kontinwa ta’ promozzjoni filwaqt illi in-numru

ta’ kumpaniji li jagħrfu l-potenzjal ta’ Malta qiegħed izid. Fil-fatt, hemm numru ta’ rikjesti li

qegħdin jiġu mgħoddijja lill-Malta Enterprise għal evalwazzjoni u azzjoni.

33

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!