02.01.2015 Views

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

• l-Edukazzjoni u l-formazzjoni rikreattiva,

• l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni Teknoloġika,

• il-proċess demokratiku u t-tmexxija tajba; u

• it-tfal

Malta qegħda tagħti s-sehem tagħha ta’ għajnuna permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-

Unjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa, il-Commonwealth, l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni

Ewropea, il-Ġnus Magħquda u l-istituzzjonijiet tagħha.

Malta kompliet tipparteċipa fid-diversi Working Groups tal-Unjoni Ewropea, fosthom fil-Grupp li

jikkonċerna l-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (ACP Working Party) il-Grupp ta’ l-Iżvilupp (CODEV),

il-Grupp ta’ l-Għajnuna Alimentarja u dak tal-Għajnuna Umanitarja, kif ukoll il-laqgħat għall-DGs

Development. Malta tipparteċipa attivament f’dawn il-Gruppi, billi tesponi l-ideat u tħares l-interessi

tagħha fil-politika u r-regolamenti fuq l-iżvulupp li jkunu qed jiġu diskussi.

Ir-Rwol ta’ Malta fl-“Afrika-EU Partnerships”

Malta, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea, qed tipparteċipa fl-

Africa-EU Partnership, li hija għaqda ta’ sħubija bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u dawk tal-Unjoni

Afrikana fuq l-MDGs, imwaqqfa wara li ġie adottat l-EU-Africa Action Plan li jkopri s-snin 2008 u l-

2010. Dan il-grupp għandu d-dmir li jara li jkun hemm bażi finanzjarja u politika biex jinkisbu l-MDGs;

u li jħaffef il-proċess sabiex jintlaħqu l-miri tal-MDGs, rigward is-sigurta` tal-ikel, il-qasam tas-saħħa,

u l-edukazzjoni.

L-Unjoni Ewropeja tixtieq li l-pajjiżi Afrikani jaħdmu id f’id ma’ pajjiżi donaturi Ewropej b’sens ta’

koperazjoni u ftehim bejniethom. Il- pajjiżi Afrikani għandhom jiftehmu biex ikun hemm aktar sigurtà

u koperazjoni bejn il-pajjiżi ġirien u bejn reġjun u ieħor. B’hekk jinħoloq aktar ftehim u kummerċ li

għandu jgħin li dawn il-pajjiżi biex jgħollu l-għexien tagħhom. Il-punti bażiċi ta’ dan il-ftehim huwa

li kemm il-pajjiżi donaturi kif ukoll dawk li qegħdin jirċievu l-għajnuna jippruvaw biex flimkien isibu

soluzjoni u negozjar għal aktar żviluppi fil-qasam tal-kummerċ, edukazjoni, saħħa, sigurtà, fis-settur

agrikolu u speċjalment l-ikel. F’dan il-kuntest, it-taħditiet qegħdin jiffukaw l-aktar fuq dawn il-punti

u l-mira qegħda taħdem kif jista jiġi mnaqqas il-faqar u l-ġuħ f’dan il-kontinent.

Ser jitkompla l-eżerċizzju annwali biex tiġi kkalkulata l-għajnuna li l-Gvern Malti jagħti kull sena lillpajjiżi

li għadhom qed jiżviluppaw.

Il-Politika ta’ Żvilupp Barrani tagħraf ukoll l-importanza tal-Għajnuna Umanitarja għall-Iżvilupp. Din

għandha tingħata wkoll mingħajr kundizzjonijiet u f’kull ċirkostanza. Kriżijiet umanitarji jistgħu jseħħu

kemm b’kaġun ta’ l-għemil tal-bniedem, kif ukoll minħabba diżastri naturali.

Il-Jiem Ewropej ta’ Żvilupp

Illum il-ġurnata l-avveniment Il-Jiem Ewropej ta’ Żvilupp, huwa meqjus bħala t-tielet l-akbar avveniment

organizzat mill-Kummissjoni Ewropea. Malta pparteċipat ukoll fl-edizzjoni tal-2009 li saret f’Ottubru fi

Stockholma, fl-Isvezja, u ttrattat it-tema ‘Iċ-Ċittadin u l-Iżvilupp’ . F’din l-edizzjoni, Malta pparteċipat

permezz ta’ delegazzjoni magħmula mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, kif ukoll minn rapprezentanti

tas-socjeta’ ċivili, bħala rikonoxximent lejn l-esperjenza u l-kontribut tagħhom fil-qasam ta’ l-iżvilupp.

Din id-delegazzjoni tellgħet stand fil-Villaġġ ta’ l-Iżvilupp, fejn ħejjiet materjal dwar ix-xogħol li l-partijiet

konċernati qegħdin iwettqu f‘dan il-qasam.

18

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!