02.01.2015 Views

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

ministeru tal-affarijiet barranin - Ministry of Foreign Affairs Malta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Iffukajna fuq l-industrija tat-tagħlim tal-Ingliż f’pajjiżna. L-Ambaxxati ħadu bosta inizjattivi f’dan irrigward.

Attirajna studenti ġodda fosthom mill-Italja permezz tal-Konsli ta’ Turin u Genoa, u mill-Belġju

permezz tal-Ambaxxata tagħna fi Brussell.

Fl-aħħar tnax-il xahar il-Gvern iffirma jew irratifika 40 ftehim ma’ pajjiżi varji. Iffaċilitajna n-negozju

bi 11-il ftehim dwar il-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja.

Laqqajna f’Malta madwar 90 Konslu Onorarju. Dawn kellhom ‘il fuq minn 450 laqgħa ma’ negozjanti

u professjonisti Maltin.

Matul l-aħħar tnax-il xahar għamilt ‘il fuq minn 28 żjara f’diversi pajjiżi. Żort diversi pajjiżi fil-Lvant

Nofsani: is-Sirja, il-Ġordan, il-Libanu, Iżrael u l-Palestina. Ftaħna Ambaxxata f’Iżrael, Rappreżentanza

Diplomatika f’Ramallah; Konsulat f’Moska u f’Istanbul; u Kummissjoni Għolja fl-Indja.

Ġiet reġistrata żieda fil-ħruġ ta’ viżas mal-Libja, l-Eġittu, u t-Turkija. Kellna wkoll żieda fl-interess ta’

barranin li ibbenefikaw mill-permanent residence scheme, u mill-vantaġġi li toffri s-sistema ta’ taxxa

Maltija. L-Ambaxxati tagħna kienu vitali għal dan is-suċċess.

Saħħaħna r-relazzjoni tagħna mal-pajjiżi tal-Mediterran. Mal-Italja saru diversi skambji ta’ żjarat.

Bl-aħħar żjara f’Malta tkun dik tal-President tal-Kamra tad-Deputati Gianfranco Fini. Insemmi wkoll

l-aħħar laqgħat li saru bejn Malta, l-Italja u l-Libja f’Ruma fi Frar sabiex tinstab soluzzjoni għall-kriżi

li inqalgħet bejn il-Libja u l-Isvizzera li ħalliet impatt fuq il-pajjiżi li jinsabu fiż-żona Schengen. Kellna

wkoll ftehim mal-Italja dwar is-saħħa.

Bosta dinjitarji barranin żaru Malta. Iffirmajna sitt ftehim bilaterali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin

ta’ Spanja waqt iż-żjara tar-Re ta’ Spanja f’Malta. B’kollox ġew Malta personalitajiet minn 27 stati, kif

ukoll 7 żjarat minn uffiċjali għolja tal-Unjoni Ewropea.

Il-manwal ta’ gwida għal min isiefer kien suċċess. Dan kien jinkludi informazzjoni konsulari għal min

isiefer. Minn dan il-ktejjeb tqassmu 30,000 kopja u hemm il-ħsieb li jiġu ippubblikati iktar kopji matul

din is-sena.

Ftaħna l-Uffiċċju Konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Lega Għarbija f’Malta. L-għan huwa li

Malta tkun pont bejn l-Unjoni Ewropea u d-dinja Għarbija. L-Ambaxxati tagħna ħadmu fl-akkwist

importanti tal-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn dwar l-Ażil magħruf aħjar bħala l-EASO. Dan għandu

baġit ta’ madwar 40 miljun ewro.

Ser inwettqu wegħda elettorali oħra fil-ġranet li ġejjin. Se nlaqqgħu f’Malta il-Maltin li jgħixu barra

minn xtutna. Din il-Konvenzjoni se tkun it-tielet waħda fl-aħħar 40 sena. Fiha se jaqsmu l-esperjenzi

tagħhom numru sabiħ ta’ Maltin li baqgħu ħobbu lil Malta minkejja li bosta minnhom emigraw ħafna

snin ilu. Esperjenza bħal din turik biċ-ċar kemm l-imħabba lejn art twelidna għandha tibqa tikber u

tissaħħaħ.

Nagħlaq billi nsemmi aspett ieħor importanti tal-politika barranija tagħna. Il-Maltin huma magħrufa

għall-ġenerożita tagħhom. Permezz tal-Outside Development Aid, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

qassam madwar 330,000 ewro f’għajnuna lill-għaqdiet volontarji biex iwettqu proġetti ta’ fejda umana

f’pajjiżi tat-tielet dinja. Dawn il-flus imorru għall-proġetti biex jinbnew skejjel; djar għall-familji filbżonn

u proġetti infrastrutturali oħra.

Din il-ħarsa qasira lejn il-ħidma li wettaqna tiftaħ orizzonti ġodda għal aktar xogħol fix-xhur u snin li

ġejjin. Xogħol li se jibqa’ iffukat fuq il-bżonnijiet tal-Maltin, kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn Malta.

B’enfażi speċjali fuq il-ħolqien tax-xogħol.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!